REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI QORMI) ġ L.S.363.50 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.50
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI QORMI)
20 ta’ Mejju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 6/7/2000.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Qormi).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda ġo post bħal dak jew imqiegħda fuqu u
tinkludi dustbins, bankijiet, qsari, ċnut, ħitan, balavostri, kolonni,
roundabouts, central strips, traffic islands, u kull proprjetà  oħra li
tiġi inkluża mill-Kunsill b’riżoluzzjoni;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Qormi;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tinkludi avviż.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal, jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
ta’ Qormi mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub għalhekk, li ssir lill-Kunsill jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-ħtiġiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
2 L.S.363.50 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI QORMI)
F’kull każ il-Kunsill jirriserva d-dritt li jirrifjuta li jġedded il-
kuntratt wara li jagħti raġunijiet validi bil-miktub lill-persuna
konċernata.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq ukoll billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dan il-każ, iżda, reklam jista’
jitwaħħal biss wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-
Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma’ jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal
xi reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt, jew b’xi kondizzjonijiet
differenti minn dawk stipulati fil-kuntratt oriġinali.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta li tkun ġiet milqugħa.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt kull liġi oħra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità ,
għaqdiet parrokkjali u għaqdiet filantropiċi jew lill-
organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
għandu jitnehha fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li
għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni mogħtija
bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws teħel, meta tinsab ħatja, ammenda
ta’ għoxrin lira (Lm20) għal dik il-kontravvenzjoni, flimkien ma’
ammenda oħra ta’ mhux inqas minn lira (Lm1) u mhux aktar minn
ħames liri (Lm5), għal kull ġurnata li tkun kisret xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-
awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI QORMI) ġ L.S.363.50 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq
Pjazzez, roundabouts u toroq meqjusa prinċipali
Qisien Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.1 metru kwadru Lm6 Lm10 Lm40
sa 1.0 metru kwadru Lm12 Lm20 Lm100
sa 2.0 metri kwadri Lm24 Lm40 Lm200
’il fuq minn 2.0 metri kwadri Lm4 kuljum (sakemm dan ma jkunx inqas minn 
Lm80)
Toroq sekondarji
Qisien Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.1 metru kwadru Lm3 Lm5 Lm20
sa 1.0 metru kwadru Lm6 Lm10 Lm50
sa 2.0 metri kwadri Lm12 Lm20 Lm100
’il fuq minn 2.0 metri kwadri Lm2 kuljum (b’minimu ta’ Lm40)
