ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA) ġ L.S.363.51 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.51
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
12 ta’ Ġunju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 63/9/2000.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Xagħra).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Xagħra;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew xogħol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Xagħra.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida, bħal meta ma jkunx
hemm l-inqas numru meħtieġ ta’ parteċipanti, iħassar xi kors li
jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba n-numru ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż in-numru ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti li
huma reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali
jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal
tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
2 L.S.363.51 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità , iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, ammont imħallas, numru ta’ l-irċevuta u l-firma
ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill iħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi wieħed mill-
każijiet li ġejjin:
6.1.1 jitħallas lura d-dritt sħiħ mill-Kunsill, kemm-il darba
tkun saret applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat;
6.1.2 kemm-il darba l-kors jiġi kanċellat mill-Kunsill,
titħallas lura dik il-parti tal-miżata li tirrappreżenta l-
proporzjon ta’ sessjonijiet li jkun fadal maħdum fuq
l-għadd totali ta’ sessjonijiet għal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 fi kwalunkwe każ ieħor li jista’ minn żmien għal
żmien jiġi stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Kull persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew għal xi
raġuni valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkun
intitolata għal ebda ħlas lura ta’ drittijiet.
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Ħjata ................................................ Lm45 (tletin lezzjoni)
Taljan ............................................... Lm45 (tletin lezzjoni)
Spanjol ............................................. Lm45 (tletin lezzjoni)
Kompjuter ........................................ Lm35 (għoxrin siegħa)
