AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.52 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.52
BYE-LAWS DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA’ 
ĠNIEN KUNSILL TA’ L-EWROPA GŻIRA
(KUNSILL LOKALI GŻIRA)
30 ta’ Ġunju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 21/10/2000.
Titolu.
Amministrazzjoni ta’ Ġnien Kunsill ta’ l-Ewropa Gżira (Kunsill
Lokali Gżira).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
L.S. 363.01
"amministrazzjoni" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bir-
regolament 43(2) tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi);
"applikant" tfisser dik il-persuna, organizzazzjoni jew grupp ta’
persuni li japplikaw lill-Kunsill għal awtorizzazzjoni għall-użu tal-
Ġnien skond id-disposizzjoni ta’ l-ordinament 7;
Kap. 363.
"attività  kummerċjali" tfisser kull attività  li għandha bħala għan
ewlieni l-promozzjoni kummerċjali jew bejgħ ta’ oġġetti jew
servizzi kif stabbilit fit-Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, jew kull attività
oħra hekk meqjusa mill-Kunsill;
"attività  mhux kummerċjali" tfisser kull attività  li għandha
għanijiet edukattivi, soċjali, kulturali jew informattivi kif stabbilit
fit-Taqsima 3, iżda li m’għandhiex bħala għan ewlieni l-
promozzjoni kummerċjali jew il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi;
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill
li xi applikant skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7;
"Ġnien" tfisser Ġnien Kunsill ta’ l-Ewropa Gżira;
"Ġnien Kunsill ta’ l-Ewropa Gżira" tfisser il-ġnien li jinsab fil-
Gżira u sitwat bejn Triq ix-Xatt u l-Yacht Marina kif stabbilit fl-
Ewwel Skeda bħala shaded area fil-pjanta li hemm;
"ħinijiet tal-ftuħ" tfisser dak il-perijodu ta’ ħin li matulu l-Ġnien
ikun miftuħ għall-pubbliku u li jiġi stabbilit mill-Kunsill minn
żmien għal żmien;
"Kumitat ta’ Tmexxija" tfisser il-Kunsill jew xi Kumitat
imwaqqaf mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47 u
l-Ordnijiet Permanenti 26 sa 28 tas-Sitt Skeda ta’ l-Att, sabiex
jeżerċita l-funzjoni li jamministra l-Ġnien għan-nom tal-Kunsill
skond it-termini stipulati fl-ordinament 9;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Gżira;
"kuratur" tfisser dik il-persuna maħtura mill-Kunsill bħala
amministratur ta’ Ġnien Kunsill ta’ l-Ewropa Gżira skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 6;
"organizzazzjoni" tfisser kull għaqda, assoċjazzjoni, jew grupp
2 L.S.363.52 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
ta’ persuni, kemm jekk governattiva u kemm jekk mhux;
"persuna awtorizzata" tfisser dik il-persuna, organizzazzjoni jew
grupp ta’ persuni li tingħatalhom awtorizzazzjoni għall-użu
temporanju tal-Ġnien skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-
Gżira;
"sit" tfisser dik l-area fil-konfini tal-Gżira bejn Triq ix-Xatt u l-
Yacht Marina kif stabbilit fl-Ewwel Skeda;
"tfal" tfisser dawk il-persuni taħt l-età  ta’ erbatax-il sena;
"użu esklużiv" tfisser l-użu li jsir mill-Ġnien minn xi persuna,
organizzazzjoni jew grupp ta’ persuni li japplikaw għal dan il-għan
skond kif stabbilit fl-ordinament 8, li jagħti dritt lil dik il-persuna,
organizzazzjoni jew grupp ta’ persuni li jitolbu dritt għal dħul
għall-attività  awtorizzata;
"użu temporanju" tfisser perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx il-
ħmistax-il ġurnata jew perijodu iqsar.
Drittijiet għal dħul. 3.1 Il-Kunsill jista’ jitlob dritt għal dħul lil kull persuna li tkun
tixtieq tidħol il-Ġnien:
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni għal dħul bla ħlas
jew bi dritt imnaqqas lil kull persuna jew organizzazzjoni hekk kif
jiġi deċiż b’riżoluzzjoni.
3.2 Id-drittijiet għal dħul huma dawk kif stipulat fit-Tieni
Skeda, li jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien mill-Kunsill
permezz ta’ Bye-Laws oħrajn.
3.3 Il-ġbir ta’ dawn id-drittijiet għandu jsir jew mill-persuna li
tkun awtorizzata tagħmel dan mill-Kunsill, jew bil-mezz ta’ xi
metodu ieħor kif jiddetermina l-Kunsill.
Projbizzjoni fil-
partijiet kollha tal-
Ġnien.
4.1 Tfal mhux akkumpanjati minn adulti, roti, logħob bil-
ballun, skate-boarding, roller-skating, blade-rollers, u annimali
huma projbiti f’kull parti tal-Ġnien.
4.2 Ebda vettura bil-mutur ma tista’ tidhol fil-ġnien sakemm
mhux awtorizzata bil-miktub mill-Kunsill.
Apparat li 
jirreġistra 
awtomatikament 
kemm jidħlu 
persuni fil-ġnien.
5. Għal skop ta’ żamma ta’ records, il-Kunsill jista’ jwaħħal
turnstile jew kull apparat ieħor li jirreġistra b’mod awtomatiku.
Kuratur. 6.1 Il-Kunsill jista’ jaħtar persuna biex taġixxi bħala kuratur
tal-Ġnien.
Ħatra ta’ kuratur. 6.2 Il-ħatra ta’ kuratur issir bil-mezz ta’ kuntratt li jkun għal
perijodu ta’ sena, li jista’ jiġi mġedded għal perijodi oħra
suċċessivi ta’ sena kull darba.
Funzjonijiet ta’ 
kuratur.
6.3 Il-kuratur ikun l-amministratur tal-Ġnien. Il-funzjonijiet
tiegħu huma -
(a) li jamministra l-Ġnien fix-xogħol ta’ kuljum;
(b) li jkollu l-kustodja ta’ l-assi kollha li jinsabu ġewwa l-
Ġnien;
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.52 3
(ċ) li jimmaniġġja, jagħmel superviżjoni u jagħti kull
istruzzjoni lil kull persuna li tkun qed tagħmel
xogħlijiet ġewwa l-Ġnien jew xi xogħol ieħor konness
miegħu;
(d) li jżomm inventarju dettaljat u aġġornat ta’ l-oġġetti
kollha li jinsabu fi jew jappartjenu għall-Ġnien;
(e) li jagħti permess għall-użu ta’ kull għamara, fornituri,
apparat, vetturi, impjant, makkinarju jew kull oġġett
ieħor li jkun taħt il-kontroll tiegħu, ġewwa l-konfini
tal-Ġnien;
(f) li jivverifika minn żmien għal żmien kull oġġett li
jinsab fl-inventarju u jagħmel rapport lis-Segretarju
Eżekuttiv dwar kull oġġett żejjed jew nieqes;
(g) li jieħu miżuri ta’ kontroll u ta’ ħażna ta’ l-oġġetti
kollha fl-inventarju;
(h) li jżomm inventarju preċiż ta’ l-oġġetti ta’ stock;
(i) li jagħmel rapport ta’ xi inċident li jseħħ fil-konfini
tal-Ġnien meta jiġi mitlub jagħmel dan mis-Segretarju
Eżekuttiv;
(j) li joħroġ entrance block tickets maħruġa mill-Kunsill
lil kull persuna jew organizzazzjoni li tagħmel talba
bil-quddiem għal dħul, u li jieħu deċiżjoni dwar dħul
jew tkeċċija mill-Ġnien kif jidhirlu xieraq fiċ-
ċirkostanzi; iżda ma jkollu ebda awtorità  li jagħti jew
jirrevoka xi awtorizzazzjoni li tkun fil-kompetenza tal-
Kunsill;
(k) li jżomm record ta’ l-attivitajiet kollha li jkunu saru
jew maħsuba li jsiru fil-Ġnien, li għalihom tkun
ingħatat awtorizzazzjoni;
(l) li kuljum jiddepożita mas-Segretarju Eżekuttiv, il-flus
miġbura bħala drittijiet għal dħul u dawk miġbura
minn makni mħaddma bil-flus, kif ukoll li jagħmel
rapporti finanzjarji kull ġimgħa u jgħaddihom lis-
Segretarju Eżekuttiv;
(m) li jagħmel rapport amministrattiv kull tliet xhur u
jgħaddih lill-Kunsill, li jkun jinkludi
rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-Ġnien u għas-
sistema ta’ maniġġjar b’mod ġenerali;
(n) li jagħmel dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
ordnati jew delegati lilu mill-Kunsill.
Awtorizzazzjoni 
mill-Kunsill għal 
ċerti attivitajiet.
7.1 Il-Kunsill ikollu d-dritt li jagħti awtorizzazzjoni bil-miktub
lil xi persuna jew organizzazzjoni, għall-użu temporanju tal-Ġnien,
li għaliha jitħallas dritt lill-Kunsill.
Awtorizzazzjoni 
tkun iffirmata mis-
Segretarju 
Eżekuttiv jew mis-
Sinku.
7.2 L-awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa skond kif stipulat
fl-ordinament 7.1 hawn fuq tingħata bil-firma tas-Segretarju
Eżekuttiv jew tas-Sindku wara li tkun saret applikazzjoni lill-
Kunsill fuq il-formula preskritta fit-Taqsima 1 tat-Tielet Skeda:
Iżda attività  kummerċjali tiġi awtorizzata biss mill-Kunsill
b’riżoluzzjoni. F’każ ta’ dubju jekk attività  tkunx kummerċjali jew
4 L.S.363.52 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
le dan għandu jiġi deċiż mill-Kunsill, li d-deċiżjoni tiegħu tkun
finali:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ applikazzjoni għal photo sessions ta’
Tiġijiet, Engagements, l-Ewwel Tqarbina u Griżma, l-
awtorizzazzjoni għandha tingħata mis-Segretarju Eżekuttiv meta
ssir l-applikazzjoni.
Awtorizzazzjoni 
soġġetta għall-
pattijiet u 
kondizzjonijiet.
7.3.1 Kull awtorizzazzjoni li tingħata tkun soġġetta għall-
pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 tat-
Tielet Skeda;
7.3.2 Kopja tal-pattijiet u kondizzjonijiet marbuta ma’
awtorizzazzjoni li tkun ingħatat tista’ titqiegħed mill-
Kunsill f’post prominenti fid-daħla tal-Ġnien matul
iż-żmien li fih issir l-attività .
Drittijiet għal 
awtorizzazzjoni.
7.4 L-applikant għandu jħallas dak id-dritt kif stipulat fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, skond ix-xorta ta’ l-attività :
Iżda d-dritt imħallas għandu jingħata lura lill-applikant
kemm-il darba dik l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għal xi raġuni li
tkun, mill-Kunsill, u lil kull applikant li jirtira l-applikazzjoni sa
mill-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta’ l-attività :
Iżda wkoll l-awtorizzazzjoni titqies mhux valida kemm-il
darba l-persuna awtorizzata tonqos li tħares il-pattijiet u
kondizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jew jekk tonqos li tobdi
xi istruzzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill. F’dan il-każ, id-dritt li
jkun tħallas jinżamm mill-Kunsill.
Persuna 
awtorizzata tista’ 
titlob ħlas għal 
dħul.
7.5.1 Il-Kunsill ikollu d-dritt li jagħti awtorizzazzjoni lil xi
applikant li jkun ser jagħmel attività  li għaliha l-
persuna awtorizzata tista’ titlob ħlas għal dħul. F’dan
il-każ, il-Kunsill ikollu d-dritt li jirċievi sa għoxrin
fil-mija (20%) tad-dħul kollu mid-drittijiet għad-dħul
li jitħallas għall-attività  awtorizzata:
Iżda, f’kull każ, il-Kunsill m’għandux jirċievi
inqas minn 25ċ għal kull persuna adulta.
7.5.2 Il-Kunsill ikollu l-jedd ukoll li jirċievi sa massimu ta’
għoxrin fil-mija (20%) tad-dħul kollu minn
sponsorship, reklami bi ħlas jew bejgħ li jkun sar
minn jew b’konsegwenza ta’ l-attività  awtorizzata.
Ħlasijiet u spejjeż 
addizzjonali li 
jitħallsu lill-
Kunsill mill-
persuna 
awtorizzata.
7.6 Il-Kunsill jista’ jitlob ukoll lill-persuna awtorizzata sabiex
tħallas kull nefqa u spiża addizzjonali li jagħmel il-Kunsill bħala
konsegwenza ta’ l-attività  li jinkludu utilities u l-għoti ta’ servizz
addizzjonali.
Attivitajiet oħra. 7.7 Il-Kunsill ikollu d-dritt ukoll li jagħti awtorizzazzjoni
għall-użu temporanju tal-Ġnien għal xi attività  li mhix elenkata fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, li għaliha d-dritt jiġi stabbilit mill-
Kunsill u li fl-ebda każ m’għandu jkun ta’ aktar minn mitejn lira
(Lm200) kull jum.
Caution money. 7.8.1 Il-Kunsill jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu,
minkejja d-dritt kif imsemmi fl-ordinament 7.4, jitlob
somma li ma teċċedix il-mitejn lira (Lm200) li sservi
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.52 5
bħala caution money.
Ħlas lura tal-
caution money.
7.8.2 Dik is-somma titħallas lura lill-persuna awtorizzata
kemm-il darba l-Kunsill ikun sodisfatt li fi tmiem l-
attività  ma tkun saret l-ebda ħsara jew ksur tal-
kondizzjonijiet mill-persuna awtorizzata.
Caution money 
tinżamm mill-
Kunsill f’każ ta’ 
ksur ta’ pattijiet u 
kondizzjonijiet.
7.8.3 F’każ ta’ xi ksur ta’ xi waħda mill-pattijiet u
kondizzjonijiet imsemmija hawn aktar qabel, din is-
somma tiġi miżmuma mill-Kunsill mingħajr ħsara
għal kull azzjoni oħra li l-Kunsill jista’ jieħu.
Polza ta’ 
assigurazzjoni.
7.9 Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7.8,
il-Kunsill jista’ wkoll jitlob li l-applikant jissottometti polza ta’
assigurazzjoni li tagħmel tajjeb għal ħsarat, serq, u għal kull xorta
jew għamla ta’ danni jew talba minn terzi persuni, għal kemm
iddum dik l-attività  inkluż il-perijodu ta’ preparamenti u dak ta’
żarmar ta’ tagħmir, apparat, għamara jew mezz ieħor użati fl-
attività .
Konċessjoni 
speċjali.
7.10 Il-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni speċjali lil xi
organizzazzjoni volontarja jew lil xi organizzazzjoni oħra biex
tagħmel attività  fil-Ġnien, bi ħlas inqas minn dak stipulat fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, jew mingħajr ebda ħlas.
Użu esklużiv tal-
Ġnien jew ta’ parti 
minnu.
8. Il-Kunsill, kull awtorità  tal-Gvern ċentrali, jew kull
persuna jew organizzazzjoni li tingħatalhom awtorizzazzjoni skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7.5.1, jista’ jagħmel użu
esklużiv tal-Ġnien jew parti minnu sakemm ikun avża mill-inqas
ġimgħatejn qabel lill-Kunsill. Għal dan il-għan, il-Ġnien kollu jew
parti minnu jista’ jingħalaq jew id-dħul ikun ristrett.
Kumitat ta’ 
Tmexxija.
9.1 Il-Kunsill jista’ jaħtar Kumitat ta’ Tmexxija li għandu
jaqdi dawk id-dmirijiet kollha fil-kompetenza tal-Kunsill għar-
rigward ta’ l-immaniġġjar tal-Ġnien skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws:
Iżda s-Segretarju Eżekuttiv jkun responsabbli mill-
immaniġġjar finanzjarju.
Dritt tal-Kunsill li 
jagħti b’kuntratt lil 
terzi drittijiet , 
konċessjonijiet, 
eċċ.
9.2 L-għadd ta’ membri, il-korpi li jiġu mistiedna biex
jinnominaw membri u t-termini ta’ referenza tal-Kumitat ta’
Tmexxija jiġu stabbiliti mill-Kunsill.
Makni mħaddma 
bil-flus.
L.S. 363.01
10. Il-Kunsill ikollu dritt, skond kif stipulat fir-regolament 43
tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), li jagħti b'kuntratt
lil terzi persuni, drittijiet, konċessjonijiet, permessi jew
awtorizzazzjonijiet biex imexxu, jħaddmu, jużaw jew jokkupaw il-
Ġnien jew parti minnu:
Iżda kuntratt ikun biss validu kemm-il darba l-persuna li
lilha jkun ingħata tkun kisbet kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt xi liġi oħra.
Makni mħaddma 
bil-flus.
11. Il-Kunsill jista’ jwaħħal, fil-konfmi kif stabbilit fl-Ewwel
Skeda, makna li taħdem bil-flus għall-bejgħ ta’ biljetti, ikel tal-ħut,
xorb jew snacks, kif ukoll għal xi għan ieħor normalment assoċjat
ma’ postijiet pubbliċi, li jinkludu mobile public toilets, u kull
apparat ieħor imħaddem bil-flus li l-Kunsill jidhirlu xieraq,
soġġetti għal kull permess ieħor meħtieġ taħt xi liġi oħra.
6 L.S.363.52 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
Penali. 12.1 Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws, jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, għajr għad-
disposizzjonijiet taħt l-ordinament 4, teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda ta’ tletin lira (Lm30) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull ġurnata
li fiha tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-
Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
12.2 Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament
4 teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ għoxrin lira (Lm20) għal
kull kontravvenzjoni msemmija taħt l-istess klawsola.
12.3 Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament
4.2, dik il-persuna jew il-licence holder ta’ dik il-vettura bil-mutur,
teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’ tletin lira (Lm30) għal kull
kontravvenzjoni.
Avviż li għandu 
jitwaħħal jew 
jitpoġġa fid-daħla 
tal-Ġnien.
13. Il-Kunsill ikollu d-dritt li jwaħhal jew ipoġġi avviż fid-
daħla tal-Ġnien li fih jiġu mniżżla dawn il-Bye-Laws jew parti
minnhom, sew bl-ilsien Malti sew bl-ilsien Ingliż.
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.52 7
L-EWWEL SKEDA
(Ordinament 2)
KONFINI TAS-SIT MAGĦRUF BĦALA
ĠNIEN KUNSILL TA’ L-EWROPA GŻIRA
(Area Shaded)
8 L.S.363.52 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
IT-TIENI SKEDA
(Ordinament 3)
DRITT GĦAD-DĦUL
Id-dritt għad-dħul ikun ta’ 10 ċenteżmi kull persuna.
IT-TIELET SKEDA
(Ordinament 7.2)
TAQSIMA 1
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI
(Din l-applikazzjoni qed issir skond id-disposizzjonijiet tal-Bye-Laws dwar l-
Amministrazzjoni tal-Ġnien Kunsill ta’ l-Ewropa Gżira (Kunsill Lokali Gżira), u
soġġetta għall-pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 ta’ din l-Iskeda.)
Nru. ta’ l-Applikazzjoni (timtela mill-Kunsill): ..............................
Isem ta’ l-Applikant: .............................................................................................
Nru. tad-Dokument ta’ Identità /Nru. tal-Passaport: ...............................................
Kariga fl-Organizzazzjoni: ....................................................................................
(e.ż. President, Segretarju, eċċ)
Isem ta’ l-Organizzazzjoni: ...................................................................................
Indirizz Uffiċjali: ..................................................................................................
.................................................................................................
Nru. tat-Tel: ........................................... Nru. tal-Fax: .........................................
Tip ta’ Attività  li ser issir: .....................................................................................
(jingħataw dettalji sħaħ)
Jekk hiex Attività  Kummerċjali/Attività  Mhux Kummerċjali (ingassa skond il-
każ) (Ara Taqsima 3 ta’ din l-Iskeda)
Jekk hux qed jintalab użu esklużiv: Iva/Le (ingassa kif meħtieġ) (Ara l-ordinament
8 tal-Bye-Laws. Jekk timmarka Iva, ehmeż pjanta li turi l-area esklużiva li qed
tintalab).
Għadd ta’ persuni li ser jipparteċipaw: ..................................................................
Data/i ta’ l-Attività : Minn: ................................... Sa: .....................................
(Ħin):Minn: ................................ Sa: .....................................
Dritt Imħallas Lm ........................... Caution Money Imħallas: Lm ........................
(jekk mitluba)
Nru ta’ l-Irċevuta: .................................. (timtela mill-Kunsill)
......................................... ..............................
Segretarju Eżekuttiv/Sindku*  Data
*indikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill
(Timbru tal-Kunsill)
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.52 9
(Ordinament 7.3)
TAQSIMA 2
PATTIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-UŻU 
TEMPORANJU TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ L-EWROPA, GŻIRA
1. L-awtorizzazzjoni tkun valida biss jekk iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv,
tal-Kunsill jew mis-Sindku u f’dawk id-dati u ħinijiet indikati fl-awtorizzazzjoni u
għall-arei awtorizzati.
2. Il-Kunsill ikollu d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni f’kull ħin għal xi ksur ta’
xi waħda minn dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet jew xi disposizzjoni tal-Bye-Laws.
Il-Kunsill għandu d-dritt ukoll li jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk l-attività  titqies li
tkun kontra d-deċenza pubblika jew il-morali.
3. Jekk il-Kunsill jirrevoka l-awtorizzazzjoni għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmija fil-paragrafu 2, il-persuna awtorizzata ma tingħatax lura d-dritt li tkun
ħallset jew xi parti minnu.
4. L-awtorizzazzjoni hi soġġetta għal kull permess jew liċenza meħtieġa taħt xi
liġi oħra, u jkun obbligu ta’ l-applikant li jġibhom hu nnifsu.
5. Il-persuna awtorizzata ma tistax tagħmel xi attività  li ma tkunx indikata fl-
awtorizzazzjoni.
6. Il-persuna awtorizzata tinżamm responsabbli għal kull serq, użu ħażin, jew
ħsara kkaġunata fil-Ġnien b’konsegwenza ta’ l-attività  awtorizzata.
7. Il-persuna awtorizzata għandha żżomm il-post fejn issir l-attività  nadif minn
kull skart f’kull waqt ta’ l-attività .
8. L-apparat, mezzi, għamara u aċċessorji oħra wżati waqt l-attività  għandhom
jitneħħew mill-Ġnien sa mhux aktar tard minn ................. wara t-tmiem ta’ l-attività .
9. Il-mod li bih tkun ser issir l-attività  għandu jiġi diskuss minn qabel bejn l-
applikant u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill jew il-kuratur tal-Ġnien, u l-persuna
awtorizzata għandha tagħmel dawk l-aġġustamenti rakkomandati mis-Segretarju
Eżekuttiv/kuratur.
10. Kull hoss għandu jieqaf f’nofs il-lejl fi żmien il-ħin tas-Sajf u fil-11.00 p.m.
fix-Xitwa.
(Ordinament 7.4)
TAQSIMA 3
DRITTIJIET LI GĦANDHOM JITĦALLSU GĦAL ATTIVITAJIET LI JEĦTIEĠU 
AWTORIZZAZZJONI MILL-KUNSILL
Tip ta’ Attività Dritt Dovut
1. ATTIVITAJIET KUMMERĊJALI MATUL
JUM WIEĦED
Photo Sessions (esklużi ritratti għal Tiġijiet,
Engagements, l-Ewwel Tqarbina u Griżma),
reklami, mudellar u fashion shows, fieri, eċċ., u l-
iffilmar u produzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħhom, u xi attività  oħra li għandha x’taqsam
ma’ l-ordinament 2 ta’ dawn il-Bye-Laws.
Lm 100 għall-ewwel siegħa
Lm25 għal kull siegħa oħra
10 L.S.363.52 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN KUNSILL TA’ 
L-EWROPA GŻIRA (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
2. MHUX KUMMERĊJALI
Plays, serati, attivitajiet mużikali u letterarji,
media productions, ritratti għal Tiġijiet,
Engagements, l-Ewwel Tqarbina u Griżma u xi
attività  oħra li għandha x’taqsam ma’ l-
ordinament 2 ta’ dawn il-Bye-Laws.
Lm10 kull jum
3. ATTIVITAJIET KUMMERĊJALI LI
JDUMU AKTAR MINN 24 SIEGĦA IŻDA
MHUX AKTAR MINN ĠIMGĦA
Lm150 kull 24 siegħa jew
parti
4. ATTIVITAJIET KUMMERĊJALI LI
JDUMU AKTAR MINN ĠIMGĦA
Lm200 għal kull jum jew
parti minnu
