UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.55 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.55
BYE-LAWS DWAR UŻU
TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
9 ta’ Lulju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 67/13/2000.
Titolu.
Faċilitajiet u Amministrazzjoni (Kunsill Lokali Żurrieq).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser kull persuna, sew jekk kumpannija, każin,
għaqda jew soċjetà , li japplika biex jagħmel użu mill-faċilitajiet
skond dawn il-Bye-Laws;
Kap. 363.
"attrezzamenti" tfisser kull ħaġa mqiegħda jew imwaħħla ġewwa
l-faċilitajiet, u kull struttura ornamentali oħra;
"faċilitajiet" tfisser il-proprjetà  sħiħa jew parti minnha magħrufa
bħala l-Mitħna tax-Xarolla, Żurrieq;
"Gvern" tfisser il-Gvern ċentrali;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Żurrieq;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Żurrieq li tinsab fil-konfini
definiti fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att;
"persuna awtorizzata" tfisser il-persuna, kumpannija, għaqda jew
soċjetà  li tkun ġiet mogħtija l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws sabiex tuża xi waħda
mill-faċilitajiet.
Użu ta’ faċilitajiet.
meħtieġ minn xi awtorità  oħra jew taħt xi liġi oħra, ħadd ma’ jista’
jagħmel użu mill-faċilitajiet mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel
tal-Kunsill.
Użu ta’ 
attrezzamenti.
3.2 L-attrezzamenti jistgħu jiġu wżati biss għall-iskop li għalih
ikunu saru.
Applikazzioni 
għall-użu ta’ 
faċilitajiet.
4.1 Il-Kunsill għandu jagħti awtorizzazzjoni għall-użu ta’ xi
waħda mill-faċilitajiet wara li ssir applikazzjoni bil-miktub minn
applikant fuq il-formula preskritta fl-Ewwel Skeda:
Iżda l-Kunsill ikollu d-dritt li jirrifjuta li jagħti
awtorizzazzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi u għal xi raġuni li l-Kunsill
iħoss li hija ġusta; madanakollu, il-Kunsill għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ l-applikazzjoni, jagħti l-
awtorizzazzjoni tiegħu jew jiċhad, skond il-każ, bil-miktub.
4.2 L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill sa
mhux aktar tard minn xahar u mhux aktar qabel minn xahrejn mid-
data meta jkollha ssir l-attività . Id-deċiżjoni tal-Kunsill għandha
tiġi mgħarrfa lill-applikant kemm jista jkun malajr:
2 L.S.363.55 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni billi jbiddel dawn il-
perijodi.
4.3 Meta jaslu aktar minn applikazzjoni waħda għal xi attività
biex issir fl-istess post u fl-istess jum, l-ewwel applikazzjoni li tkun
daħlet għandha tingħata prijorità . Jekk jaslu xi applikazzjonijiet
f’daqqa, l-applikant li jgħix fil-lokalità  għandu jingħata preferenza.
Jekk l-applikanti huma kollha mill-istess lokalità , jew jekk ħadd
minnhom ma jkun joqgħod fil-lokalità , il-Kunsill għandu jtella’
bix-xorti l-applikazzjoni li tkun se tintgħażel fil-preżenza ta’ l-
applikanti.
Xorta ta’ attività . 5. Ma għandha tiġi milqugħa ebda applikazzjoni skond kif
provdut fl-ordinament 4.1 kemm-il darba x-xorta ta’ attività  ma
tkunx waħda edukattiva, rikreattiva, reliġjuża, kulturali jew
filantropika, jew dik l-attività  ma tkunx approvata mill-Kunsill.
Awtorizzazzjoni. 6.1.1 L-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikant fuq
il-formula stabbilita fl-Ewwel Skeda u bla ħsara
għall-patti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Tieni
Skeda, u għal kull kondizzjonijiet oħra li l-Kunsill
jista’ jimponi. Kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għandha
tinżamm mill-Kunsill.
6.1.2  Din il-proċedura għandha tkun tapplika wkoll fil-każ
ta’ ċħid. F’każ li l-applikazzjoni tiġi miċhuda, l-
Kunsill għandu wkoll jagħti r-raġuni għal dak ir-
rifjut.
L-awtorizzazzjoni 
mhux trasferibbli.
6.2 Awtorizzazzjoni maħruġa taħt dawn il-Bye-Laws ma tkunx
trasferibbli jekk mhux bil-permess bil-miktub mogħti bil-quddiem
tal-Kunsill.
Il-Kunsill preferut 
fl-użu tal-
faċilitajiet.
6.3 Il-Kunsill ikollu preferenza għall-użu tal-faċilitajiet.
6.4 Meta tkun diġà  inħarġet awtorizzazzjoni taħt dawn il-Bye-
Laws biex issir attività  fl-istess data u post fejn il-Kunsill ikun bi
ħsiebu jagħmel xi attività  tiegħu nnifsu, il-Kunsill jista’ jirrevoka l-
awtorizzazzjoni li tkun diġà  maħruġa billi jgħarraf b’dan bil-
miktub lill-applikant mill-inqas ħmistax-il ġurnata qabel id-data ta’
dik l-attività . F’dak il-każ, il-Kunsill għandu jirrifondi d-dritt
imħallas mill-applikant, u kull spejjeż oħra li jkunu saru u li
jkollhom x’jaqsmu ma’ dik l-attività  li tkun saret applikazzjoni
għaliha sakemm tinġieb kull riċevuta.
Drittijiet għall-użu 
tal-faċilitajiet u 
attrezzamenti.
7. L-applikant għandu, meta jissottometti l-applikazzjoni,
jħallas dritt kif stipulat fit-Tielet Skeda skond ix-xorta ta’ l-attività :
Konċessjoni 
speċjali.
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni speċjali ta’ ħlas
nominali ta’ lira (Lm1) fil-każ ta’ attivitajiet li jkollhom għan
filantropiku.
Dħul ta’ persuni 
fil-proprjetà .
8.1 Il-Kunsill għandu wkoll id-dritt li jdaħħal lill-persuni fil-
ħinijiet u ġranet stabilliti minnu, biex iżuru il-mużew li ser ikun fi
ħdan il-proprjetà .
Dritt ta’ ħlas. 8.2 Id-dritt ta’ ħlas għal dħul ikun skond kif hemm stipulat fir-
Raba’ Skeda.
Responsabbiltà  fil-
proprjetà .
9. Kull persuna li żżur il-mużew, kif ukoll kull persuna li
UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.55 3
tkun mogħtija l-fakultà  li tuża l-faċilitajiet fil-proprjetà  tinżamm
responsabbli għal kull danni magħmula lill-faċilitajiet jew lill-
attrezzamenti tagħhom jew xi danni oħra li terzi persuni jistgħu
jsofru ġewwa l-faċilitajiet matul iż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni.
Użu ħażin tal-
faċilitajiet; ksur 
tal-pattijiet u 
kondizzjonijiet.
10.1 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 9, jekk
persuna awtorizzata tagħmel użu ħażin mill-faċilitajiet jew tinkiser
xi waħda mill-pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorizzazzjoni, il-Kunsill jista’ jirrevoka l-awtorizzazzjoni u l-
ebda dritt imħallas ma’ jingħata lura.
10.2 Ikun fid-diskrezzjoni tal-Kunsill jekk għandhiex tinħareġ
awtorizzazzjoni fil-futur lill-persuna awtorizzata li lilha tkun ġiet
revokata l-awtorizzazzjoni kif indikat fl-ordinament 10.1.
Penali.
dawn il-Bye-Laws, jew li tonqos li taderixxi ma’ xi kondizzjoni ta’
l-awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel,
meta tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux aktar minn tletin lira (Lm30)
għal dik il-kontravvenzjoni.
11.2 Il-Kunsill jista’, b’żieda mal-penali stabbiliti fl-ordinament
11.1, jordna lill-persuna li tinsab ħatja ta’ ksur li tagħmel it-
tiswijiet meħtieġa li jkunu għas-sodisfazzjon tal-Kunsill. Tista’
wkoll teħel ammenda ta’ ħames liri (Lm5) għal kull ġurnata li
matulha ma jsirux it-tiswijiet.
11.3 Il-Kunsill ikollu dritt li jagħmel it-tiswijiet meħtieġa bi
spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.
4 L.S.363.55 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
L-EWWEL SKEDA
(Ordinament 4.1)
Applikazzjoni għall-użu tal-faċilitajiet
fil-Mitħna tax-Xarolla fi Triq Sant’ Andrija, Żurrieq
Nru. ta’ l-Applikazzjoni ......................................
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Nru. tad-Dokument ta’ Identità /Nru. tal-Passaport: ...............................................
Kariga fl-Għaqda (e.ż. President, Segretarju, eċċ.): ...............................................
Isem ta’ l-Għaqda (jekk applikabbli): ....................................................................
Indirizz Uffiċjali: ..................................................................................................
..................................................................................................
Nru. tat-Telefon: ............................................ Nru. tal-Fax: .................................
Il-Faċilità  li qed tapplika għaliha: .........................................................................
Ġranet ta’ l-Attività : Minn: ............................. Sa: ........................................
Żmien (Ħin) Minn: ............................. Sa: ........................................
Nru. ta’ nies li maħsub li ser jattendu: ...................................
Dritt għad-Dħul (jekk applikabbli): ....................................
Miżuri meħuda biex jindennizzaw lill-Kunsill (ehmeż id-dokumenti): ...................
(eż. Polza ta’ Assigurazzjoni, Garanzija Bankarja, eċċ.)
Data: ............................................ Firma ta’ l-Applikant: .....................................
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Dritt Imħallas: ............................... Nru. tar-Riċevuta ...........................................
Data u Ħin meta waslet l-applikazzjoni: ................................................................
Aċċettata / Mhux Aċċettata (ħassar kif meħtieġ) Data: ..........................................
Kummenti mill-Kunsill (jekk meħtieġ): .................................................................
Firma: ................................................ Timbru Uffiċjali:
Kariga: ...........................................
UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.55 5
IT-TIENI SKEDA
(Ordinament 6.1)
Pattijiet u Kondizzjonijiet għall-Awtorizzazzjoni għall-użu tal-faċilitajiet
tal-Mitħna tax-Xarolla fi Triq Sant’ Andrija, Żurrieq
1. L-awtorizzazzjoni hi valida għat-tul ta’ żmien skond kif muri fl-
applikazzjoni li tinsab fl-Ewwel Skeda u bla ħsara għal kull kondizzjoni oħra
magħmula mill-Kunsill fuq il-formula ta’ l-awtorizzazzjoni.
2. Il-Kunsill għandu dritt li jirrevoka l-awtorizzazzjoni f’kull ħin għal xi ksur
ta’ xi waħda minn dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet jew xi disposizzjonijiet tal-Bye-
Laws jew xi kondizzjonijiet oħra magħmula mill-Kunsill fuq il-formula ta’ l-
awtorizzazzjoni. Il-Kunsill għandu dritt ukoll li jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk l-
attività  titqies li tkun kontra l-morali jew id-deċenza pubblika.
3. Jekk il-Kunsill jirrevoka l-awtorizzazzjoni għal xi raġuni msemmija fil-
paragrafu 2, il-persuna awtorizzata ma jkollhiex jedd li tieħu lura d-dritt imħallas
jew xi parti minnu.
4. L-awtorizzazzjoni hi bla ħsara għal kull permess jew liċenza meħtieġa taħt
xi liġi oħra. L-applikant għandu d-dmir li jikseb dawk il-permessi u l-liċenzi
meħtieġa.
5. Il-persuna awtorizzata ma tistax tagħmel xi attività  li ma tkunx imniżżla fl-
awtorizzazzjoni.
6. Il-persuna awtorizzata għandha żżomm il-faċilità  nadifa f’kull ħin matul l-
attività , u tassigura li dak il-post għandu jibqa’ nadif sakemm jagħlaq iż-żmien ta’ l-
awtorizzazzjoni.
7. Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li mat-tmiem ta’ l-awtorizzazzjoni
il-faċilità  titħalla fl-istat oriġinali li fiha kienet tinstab.
8. Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li ma jinħoloq ebda inkonvenjent
jew skumdità  lill-pubbliku matul iż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni.
9. Kull storbju għandu jieqaf fil-11.00 p.m.
10. Kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għandha f’kull waqt tintwera b’mod prominenti
għall-informazzjoni tal-pubbliku fid-daħla tal-faċilità .
6 L.S.363.55 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET U AMMINISTRAZZJONI
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
IT-TIELET SKEDA
(Ordinament 7)
Drittijiet għall-Użu tal-Faċilitajiet
1. Dritt għall-użu tal-faċilitajiet tal-Mitħna
tax-Xarolla fi Triq Sant’ Andrija, Żurrieq
Attivitajiet kulturali - Lm 15 kull attività
Attivitajiet oħra - Lm 50 kull attività
2. Attivitajiet b’Għan Filantropiku:
Ħlas nominali ta’ Lm1 għal kull attività  li ssir u li jkollha għan filantropiku.
IR-RABA’ SKEDA
(Ordinament 8.2)
Drittijiet għad-Dħul fil-Mużew Formanti Parti mill-Mitħna tax-Xarolla
1. Dritt għad-dħul għal persuni ta’ bejn it-tmintax u s-sittin sena Lm 1.00
2. Dritt għad-dħul għal persuni ta’ bejn l-għaxar snin u s-sbatax
il-sena, u persuni ta’ ’l fuq minn sittin sena Lm 0.25
3. Persuni taħt l-għaxar snin u studenti jidħlu bla ħlas.
