REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA) ġ L.S.363.58 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.58
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
3 ta’ Novembru, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 63/16/2000.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Xagħra).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda ġo post bħal dak jew imqiegħda fuqu;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tax-Xagħra;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull bord ta’ l-injam, tabella, plakka, kartellun,
avviż, jew xi mezz jew rappreżentazzjoni magħmula, esebita,
imwaħħla jew imqiegħda f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità
tax-Xagħra li tkun maħsuba għall-fini ta’ reklam jew pubbliċità  jew
sabiex tgħaddi avviż, tagħrif jew messaġġ lill-pubbliku.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal, jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
tax-Xagħra mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub għalhekk, li ssir lill-Kunsill, jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-ħtiġiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
2 L.S.363.58 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq ukoll billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dan il-każ l-imsemmija terzi
persuni jkunu jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma’ jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal
xi reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz
stabbilit mill-Kunsill fil-kuntratt.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt skond kif hemm stabbilit
fl-Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta milqugħa.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt kull liġi oħra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità , jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li għalih tkun
ħarġet l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ ħamsa u
għoxrin lira għal dik il-kontravvenzjoni, flimkien ma’ ammenda
oħra ta’ mhux aktar minn ħames liri għal kull ġurnata li tkun kisret
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi
kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA) ġ L.S.363.58 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq
Qisien Dritt Dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.1 metru kwadru Lm5 Lm20 Lm50
sa 1.0 metru kwadru Lm10 Lm30 Lm70
sa 2.0 metri kwadri Lm15 Lm40 Lm150
’Il fuq minn 2.0 metri kwadri - Lm4 kuljum (sakemm dan ma jkunx inqas minn 
Lm80)
