ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR) ġ L.S.363.59 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.59
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
10 ta’ Novembru, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 8/17/2000.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Żabbar).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Żabbar;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew
artiġjanat, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Żabbar.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida, bħal meta ma jkunx
hemm l-inqas numru meħtieġ ta’ parteċipanti, jħassar xi kors li
jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba n-numru ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti li
huma reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali
jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal
tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.59 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità , iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, ammont imħallas, numru ta’ l-irċevuta u l-firma
ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill għandu jħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi
wieħed mill-każijiet li ġejjin:
6.1.1 id-dritt sħiħ jekk tkun saret applikazzjoni u wara l-
kors ma jiġix organizzat;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, dik il-parti
tal-miżata li tirrappreżenta l-proporzjon ta’
sessjonijiet li jkun fadal maħdum fuq l-għadd totali
ta’ sessjonijiet għal dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien mill-Kunsill.
6.2 Kull persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew, għal xi
raġuni valida, tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx
intitolata għal xi ħlas lura ta' drittijiet.
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Ħjata ................................................ mhux aktar minn Lm45
Dixxiplina Sportiva .......................... bejn Lm5 u Lm20
Ganutell ........................................... mhux aktar minn Lm20
Lingwi ............................................. mhux aktar minn Lm45
Kompjuter ........................................ mhux aktar minn Lm35
