ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI MARSA) ġ L.S.363.61 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.61
BYE-LAWS DWAR IL-ĦARSIEN TA’ ART 
PUBBLIKA (KUNSILL LOKALI MARSA)
7 ta’ Diċembru, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 34/19/2000.
Titolu.
ta’ Art Pubblika (Kunsill Lokali Marsa).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"art pubblika" tfisser kull spazju miftuħ għall-pubbliku fil-
konfini tal-lokalità  tal-Marsa li taqa’ taħt l-awtorità  u l-
amministrazzjoni tal-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u
tinkludi ġnien pubbliku, ġnejna pubblika, centre-strip, triq,
bankina, mogħdija u kull spazju miftuħ ieħor maħsub għall-użu jew
rikreazzjoni tal-pubbliku;
Kap. 363.
"attività  soċjali" tfisser kull attività  li għandha għanijiet
edukattivi, soċjali, kulturali jew informattivi iżda ma tinkludiex
attivitajiet politiċi jew reliġjużi;
"attrezzaturi" tfisser bank, ċint, arblu, sinjal, tabella, tagħmir,
barrikata, siġġu, apparat destinat għal-logħob tat-tfal u kull
ornament, struttura jew ħaġa oħra mwaħħa jew imqiegħda fuq art
pubblika;
"bicycle" tfisser rota ta’ kull daqs li tinsaq bil-pedali, ikun xi
jkun in-numru ta’ roti tagħha u tinkludi tricycle u skate-board;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Marsa;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li tingħatalha l-
awtorità  skond l-ordinament 3.2.
Tneħħija jew 
tqegħid ta’ 
attrezzaturi.
3.1 Ebda persuna m’għandha tneħħi jew tqiegħed f’post ieħor,
jekk mhux hekk awtorizzat mill-Kunsill, jew tuża ħażin, tagħmel xi
ħsara jew b’xi mod tbagħbas xi attrezzaturi imqiegħda jew mibnija
f’xi art pubblika.
3.2 Il-Kunsill jista’ jagħti awtorità  bil-miktub lil xi persuna
sabiex għal perijodu speċifikat tuża art pubblika għal attività
soċjali f’dak il-post u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu stipulati fl-awtorità  bil-miktub kif muri fl-Iskeda A.
3.3 Għandu jitħallas lill-Kunsill, meta tinħareġ awtorità  taħt
dan l-artikolu, dritt skond ma jidher fl-Iskeda B.
3.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorità , tkun ħatja ta’ kontrawenzjoni.
Użu ħażin ta’ 
attrezzaturi, eċċ.
4. Ebda persuna ma għandha -
(a) tikkommetti atti ta’ vandaliżmu jew b’xi mod ieħor
tagħmel ħsara lill-attrezzaturi; jew
2 L.S.363.61 ħ
ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI MARSA)
(b) tikkommetti atti ta’ vandaliżmu jew b’xi mod ieħor
tagħmel xi ħsara lis-siġar, xtieli, u fjuri li jinsabu fuq
l-art pubblika; jew
(ċ) tuża l-bandli u attrezzaturi oħra destinati għar-
rikreazzjoni tat-tfal jekk tkun għalqet l-età  ta’ erbatax-
il sena; jew
(d) tuża bicycle f’dik il-parti ta’ l-art pubblika indikata
b’sinjali mill-Kunsill bħala li ma jistgħux jidħlu fiha;
jew
(e) tneħħi jew iċċaqlaq mingħajr il-permess bil-miktub
tal-Kunsill xi attrezzaturi jew oġġetti oħra li jinsabu
fuq l-art pubblika; jew
(f) taqta’ fjuri, xtieli, pjanti, siġar u veġetazzjoni oħra li
jinsabu fuq l-art pubblika; jew
(g) teqred, jew b’xi mod taħqar, annimali li jkunu jinsabu
fuq l-art pubblika.
Tkeċċija ta’ min 
jikser il-Bye-Laws.
5. Bla ħsara għal kull azzjoni oħra li tista’ tittieħed skond
dawn il-Bye-Laws, kull persuna li tikser xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tista’ titkeċċa minn fuq l-art
pubblika minn uffiċjal tal-pulizija jew minn gwardjan lokali.
Penali. 6.1 Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra:
6.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin
lira;
6.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ tletin
lira; u
6.1.3 fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ ħames liri
għal kull jum li matulu tkompli l-kontravvenzjoni.
Danni ċivili. 7. L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor id-danni ċivili kollha li jkunu saru
bl-għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws, inkluż id-
dritt li jagħmel it-tiswijiet meħtieġa bi spejjeż tal-persuna misjuba
ħatja.
Revoka ta’ l-
awtorizzazzjoni.
8. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorizzazzjoni mogħtija
taħt dawn il-Bye-Laws jekk ikun sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet
jew mill-kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-imsemmija
awtorizzazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali fiċ-ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa
li dik l-awtorizzazzjoni tiġi revokata. F’dan il-każ il-Kunsill ma
jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li jkun diġà  tħallas lill-Kunsill
taħt l-Iskeda B.
ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI MARSA) ġ L.S.363.61 3
SKEDA A
(Ordinament 3.2)
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 3 tal-Bye-Laws dwar il-Ħarsien
ta’ Art Pubblika (Kunsill Lokali Marsa), il-Kunsill Lokali ta’ Marsa qiegħed b’dan
jagħti lil:
..............................................................................................................................
li joqgħod .............................................................................................................
li għandu l-karta ta’ identità  nru. ..............................
Isem ta’ l-intrapriża jew kumpannija .....................................................................
Nru. tal-VAT ........................................
AWTORITÀ  sabiex iżomm attività  soċjali fl-area indikata fuq il-pjanta annessa
taħt il-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. Post: ............................................................................................................
2. Data: ......................................................
3. Ħin: Minn ............................................ sa ...................................................
4. Matul il-ħin indikat fl-awtorità  l-post indikat fl-ewwel paragrafu jkun taħt
il-kontroll esklużiv tal-persuna awtorizzata.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura illi fiż-żmien ta’ din l-awtorità  bl-
ebda mod ma ssir ħsara lill-attrezzaturi, siġar, pjanti, bankijiet u dak kollu li jinsab
fil-post imsemmi fl-ewwel paragrafu.
6. Fil-każ li ssir xi ħsara fil-post fiż-żmien ta’ l-awtorità , il-persuna
awtorizzata hija obbligata li tagħmel tajjeb għal dik il-ħsara u li tħallas lill-Kunsill
għal kull spiża relattiva li jagħmel għat-tiswija ta’ dik il-ħsara.
7. Il-persuna awtorizzata hija obbliġata li sa mhux aktar tard minn erbat ijiem
qabel ma tidħol fis-seħħ din l-awtorità , tkun koperta b’polża ta’ assigurazzjoni favur
terzi persuni u tagħti kopja ta’ dik il-polza ta’ assigurazzjoni lill-Kunsill. Il-persuna
awtorizzata trid, qabel il-ħruġ ta’ din l-awtorità , tiddepożita mal-Kunsill is-somma
ta’ Lm ................... . Il-Kunsill huwa awtorizzat li jieħu parti mid-depożitu jew id-
depożitu kollu skond il-każ, f’każ li jiġri dak kontemplat fil-paragrafu 6. F’każ li ma
tkun ġrat l-ebda ħsara, id-depożitu jingħata lura lill-persuna awtorizzata. Il-Kunsill
jista’, fid-diskrezzjoni assoluta tiegħu, jeżenta lill-persuna awtorizzata milli tagħmel
depożitu u/jew milli tagħti polza ta’ assigurazzjoni.
8. Il-persuna awtorizzata hija obbligata li malli tintemm din l-awtorità ,
għandha tħalli l-post fi stat nadif u tara li kull skart jiġi miġbur.
9. Din l-awtorità  qed tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............ .
.................................... .....................................
Sindku  Segretarju Eżekuttiv
4 L.S.363.61 ħ
ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI MARSA)
SKEDA B
(Ordinament 3.3)
Drittijiet għall-Użu ta’ Attrezzaturi u Art Pubblika
1. Dritt għall-Użu ta’ Art Pubblika.
Attivitajiet Kulturali  - bla ħlas
Attivitajiet Kummerċjali  - Lm 30 għal kull jum ta’ l-attività
2. Tqegħid fuq l-art pubblika ta’ Stalls jew Imwejjed għal Skopijiet
Kummerċjali
Għal kull stall fejn ikel jiġi preparat  - Lm 5 għal kull jum ta’ l-attività
u offrut għall-bejgħ fuq il-post
Għal kull stall ieħor  - Lm 2 għal kull jum ta’ l-attività
Għal kull mejda  - Lm 2 għal kull jum ta’ l-attività
3. Attivitajiet b’għan filantropiku
Ħlas nominali ta’ Lm 1 għal kull attività  li ssir b’għan filantropiku.
