SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI) ġ L.S.363.62 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.62
BYE-LAWS DWAR SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI)
24 ta’ Diċembru, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 16/20/2000.
Titolu.
Reċipjenti Pubbliċi (Kunsill Lokali Dingli).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill
skond kif provdut fl-ordinament 6.1;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Dingli;
"reċipjent pubbliku" tfisser kull reċipjent għaż-żibel u skart
provdut fit-toroq mill-Kunsill u dan sabiex fih jintrema skart li ma
jkunx skart goff u li ma jkunx skart domestiku, industrijali jew
kummerċjali;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Dingli;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li tingħatalha
awtorizzazzjoni mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
ordinament 6.1;
"skart domestiku" tfisser skart tad-dar mormi minn postijiet ta’
abitazzjoni magħduda appartamenti u djar residenzjali, iżda ma
tinkludix skart kummerċjali u/jew industrijali;
"skart kummerċjali" tfisser kull xorta ta’ skart mormi minn
ħwienet, ristoranti, bars, intrapriżi ta’ negozju, u stabbilimenti oħra
li joperaw fil-kummerċ, iżda ma tinkludix skart domestiku u/jew
industrijali;
"skart industrijali" tfisser kull xorta ta’ skart goff mormi minn
workshops, fabbriki jew minn kuntratturi fuq xogħol ta’
kostruzzjoni, iżda ma tinkludix skart domestiku u/jew industrijali;
"skip magħluq" tfisser reċipjent magħluq, kemm fuq ir-roti kif
ukoll bla roti, kemm tal-metall kif ukoll ta’ xi materjal ieħor, kif
provdut mill-Kunsill, li jintuża għal skop ta’ rimi ta’ skart
domestiku u kummerċjali;
"skip miftuħ" tfisser reċipjent miftuħ, kif provdut mill-Kunsill
jew minn persuna awtorizzata ġewwa l-lokalità  ta’ Dingli li jista’
jintuża għal rimi ta’ skart industrijali u skart goff.
Użu ta’ skip 
magħluq.
3. L-iskips magħluqa provduti u mqiegħda fil-lokalità  mill-
Kunsill għandhom jintużaw sabiex fihom jiġi mormi skart
domestiku biss, u dan sakemm l-istess skart ikun f’boroż tal-
plastic:
Iżda fil-ġranet li fihom ma jsir l-ebda ġbir ta’ skart bieb
bieb hu permess li jintrema skart kummerċjali ġewwa skips
magħluqa:
2 L.S.363.62 ħ
SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI)
Iżda ukoll, kull dar residenzjali u stabbiliment kummerċjali
li jopera ġewwa l-lokalità  għandu jkun notifikat mill-Kunsill bil-
ħinijiet li fihom isir il-ġbir ta’ l-iskart bieb bieb.
Użu ta’ reċipjenti 
pubbliċi.
4. Ir-reċipjenti pubbliċi provduti u mqiegħda fil-lokalità  mill-
Kunsill għandhom jintużaw biss sabiex fihom jintrema’ skart li ma
jkunx skart goff u li ma jkunx skart ta’ natura domestika,
industrijali jew kummerċjali.
Użu ta’ skips 
miftuħa.
5. L-iskips miftuħa provduti u mqiegħda fil-lokalità  mill-
Kunsill għandhom jintużaw biss sabiex fihom jintrema skart
industrijali u skart goff.
Awtorizzazzjoni 
mill-Kunsill biex 
persuna tpoġġi 
skip.
6.1 Kull persuna li trid tpoġġi skip miftuħ ġewwa l-lokalità
għal rimi ta’ skart li jkun ġej minn xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’
proprjetà  domestika jew minn xi xogħol ieħor ta’ natura
temporanja, għandha tapplika lill-Kunsill għall-awtorizzazzjoni. L-
applikazzjoni għandha ssir fuq il-formula li tinsab fl-Iskeda A. L-
awtorizzazzjoni tal-Kunsill tingħata fuq l-istess applikazzjoni.
6.2 Ma’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-
ordinament 6.1 ma jitħallas ebda dritt:
Iħda min jinsab hati li jkun poġġa skip mingħajr l-
awtorizzazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi f’dan l-ordinament jeħel,
meta jinsab ħati, ammenda ta’ ħames liri (Lm5). F’każ ta’ reat
kontinwat, il-persuna li tinsab ħatja teħel ammenda oħra ta’ ħames
liri (Lm5) għal kulljum li matulu jkompli r-reat.
6.3 L-awtorizzazzjoni li tingħata mill-Kunsill tista’ tkun
soġġetta għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Iskeda B, kif ukoll
għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Kunsill jidhirlu xierqa.
6.4 L-awtorizzazzjoni tkun valida għal perijodu ta’ sebat ijiem,
li tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ sebat ijiem kull darba. B’dan illi
jekk l-applikant ikun irid juża l-iskip għal perijodu itwal minn dak
speċifikat hawn fuq, ikun meħtieġ li jerġa’ japplika mill-ġdid kull
meta l-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni jiskadi.
Tmiem ta’ l-
awtorizzazzjoni.
6.5 Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorizzazzjoni mogħtija
minnu skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun sodisfatt li xi waħda mill-
kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ma tkunx
imħarsa mill-persuna awtorizzata, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali fiċ-ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa
li dik l-awtorizzazzjoni tiġi revokata.
6.6 Jekk awtorizzazzjoni tiġi revokata mill-Kunsill skond kif
provdut fl-ordinament ta’ qabel dan, il-Kunsill ma jkunx obbligat li
jħallas lura d-dritt li jkun tħallas ma’ l-applikazzjoni.
Rimi ta’ skart 
kummerċjali.
7. L-iskart kummerċjali għandu jinġabar permezz ta’ l-iskema
provduta mill-Kunsill għal ġbir ta’ skart bieb bieb:
Iżda f’dawk il-ġranet li l-imsemmi servizz ma jkunx
provdut, skart kummerċjali jista jintrema ġewwa skips magħluqa.
Skart provenjenti 
minn bejjiegħa tal-
ħaxix.
8. L-iskart kollu provenjenti minn bejjiegħa tal-ħaxix,
bejjiegħa tal-laham, grocers, supermarkets, jew stabbilimenti
simili, għandu jitqiegħed ġewwa boroż tal-plastic u jintrema’ kif
provdut fl-ordinament 7. Dan l-iskart għandu jinħareġ wara l-bieb
SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI) ġ L.S.363.62 3
ta’ barra mhux aktar kmieni minn siegħa qabel ma jkun imissu
jinġabar.
Reati u pieni.
9.1.1 tagħmel xi ħsara li xi skip miftuħ, skip magħluq jew
reċipjent pubbliku jew tħassar xi marki stampati jew
imwaħħlin magħhom, jew tħażżeż jew tagħmel xi
marki ta’ kull xorta ma’ xi skip jew reċipjent
pubbliku mingħajr kunsens bil-miktub tal-Kunsill
jew tal-persuna awtorizzata skond kif stipulat f’dawn
il-Bye-Laws, skond il-każ; jew
9.1.2 wara li tuża skip magħluq, tħalli l-għatu tagħha
miftuħ jew imbexxaq, jew tiddepożita skart b’mod li
l-għatu ma jkunx jista jingħalaq sewwa jew jibqa
imbexxaq; jew
9.1.3 tuża l-iskip jew reċipjent pubbliku għal xi għan li ma
jkunx maħsub għalih jew tiddepożita skart li l-iskip
jew reċipjent pubbliku, skond il-każ, ma jkunx
maħsub għalih; jew
9.1.4 tiddepożita skart barra jew maġemb l-iskip jew
reċipjent pubbliku; jew
9.1.5 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew reċipjent pubbliku
minn fejn ikun imqiegħed mill-Kunsill jew mill-
persuna awtorizzata mill-Kunsill, mingħajr l-awtorità
bil-miktub mill-Kunsill; jew
9.1.6 tiddepożita skart domestiku fi skips mhux provduti
mill-Kunsill, iżda li jkunu qed jiġu wżati minn xi
persuna li tingħatalu permess mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws.
9.2 Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
9.2.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
9.2.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
Pieni għal reat 
kontinwat.
9.3 Fil-każ ta’ reat kontinwat, il-persuna li tinsab ħatja teħel
ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull jum li matulu jkompli
r-reat.
9.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor danni ċivili li jkunu saru bl-għemil
ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
4 L.S.363.62 ħ
SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI)
SKEDA A
(Ordinament 6.1)
Applikazzjoni għal Tqegħid ta’ Skip (Kunsill Lokali Dingli)
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identità : ................................ Nru. tat-Telefon:
.......................
Indirizz ta’ l-Applikant: ........................................................................................
..........................................................................................
Indirizz tal-proprjetà  fejn ser isir ix-xogħol: ..........................................................
..............................................................................................................................
Perijodu li għalih qed tintalab l-awtorizzazzjoni:Minn: .................. Sa: ................
Firma ta’ l-Applikant: ............................................ Data: .....................................
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Nru. ta’ l-Applikazzjoni: .............................
Dritt Imħallas: ............................... Nru. tar-Riċevuta ...........................................
Awtorizzat / Mhux Awtorizzat (ħassar kif meħtieġ)
Din l-awtorizzazzjoni hi valida sa: ........................................................................
Firma tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill: ................................ Data: ................. 
Timbru tal-Kunsill
Nota: Din l-awtorizzazzjoni hi soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Bye-
Laws kif ukoll għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Kunsill jista’ jidhirlu xierqa u li
jingħataw lill-persuna awtorizzata u mehmuża ma’ din l-awtorizzazzjoni.
SKIPS U REĊIPJENTI PUBBLIĊI 
(KUNSILL LOKALI DINGLI) ġ L.S.363.62 5
SKEDA B
(Ordinament 6.3)
Kondizzjonijiet għall-Użu ta’ Skip Awtorizzata
1. L-iskip għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill fuq il-pjanta
hawn mehmuża li tiġi provduta mill-istess Kunsill.
2. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip titbattal hekk kif timtela.
3. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li fl-użu ta’ l-iskip jiġi mħares l-
ambjent, partikolarment billi l-area ta’ madwar l-iskip tinżamm nadifa u ma
jitpoġġiex materjal li jinten fl-iskip.
4. F’kull żmien matul il-perijodu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandu jkollha polza ta’ l-assigurazzjoni xierqa, li tkun aċċettabli
għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex tindenizza lill-Kunsill
f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew b’konsegwenza jew in
konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-iskips.
5. L-awtorizzazzjoni hi bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni jew liċenza
oħra li tkun meħtieġa mill-applikant taħt liġi oħra.
6. L-awtorizzazzjoni hi valida għal perijodu ta’ sebat ijiem kif indikat fl-
awtorizzazzjoni.
7. Jekk l-iskip miftuħ ma jitneħħiex sa filgħaxija, jrid isir dawl adegwat magħha
jew fuqha.
8. Dawn il-kondizzjonijiet huma bla ħsara għal xi kondizzjonijiet oħra li l-
Kunsill jista’ jidhirlu li għandu jagħmel fiċ-ċirkostanzi. Dawn il-
kondizzjonijiet (inklużi l-kondizzjonijiet addizzjonali magħmula mill-
Kunsill) għandhom jingħataw lill-persuna awtorizzata flimkien ma’ l-
awtorizzazzjoni.
