SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.63 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.63
REGOLAMENTI DWAR SKIPS
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
28 ta’ Diċembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 241 ta’ l-2000, kif emendat bil-Kunsill Lokali Bye-
Law 28/9/2001.
Titolu.
Skips (Applikazzjoni Ġenerali).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija lil persuna
awtorizzata kif provdut fl-Iskeda A;
"bin on wheels'' tfisser reċipjent fuq ir-roti li jingħalaq b’għatu u
li hu maħsub għar-rimi ta’ skart domestiku iżda ma tinkludix skip;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li jkollha l-permess
maħruġ minn Kunsill Lokali biex tagħmel użu minn skip jew bin-
on-wheels skond ir-regolament 4.2;
"skart domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti jew djar residenzjali iżda
ma tinkludix skart kummerċjali jew industrijali jew skart goff;
"skart kummerċjali jew industrijali" tfisser kull xorta ta’ skart li
jkun mormi minn ħwienet, fabbriki, intrapriżi jew entitajiet oħra li
joperaw fil-kummerċ jew fl-industrija u tinkludi kull xorta ta’ skart
goff jiġi mnejn jiġi iżda ma tinkludix żibel jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq u tinkludi kull reċipjent ieħor ta’
din ix-xorta maħsub li jintuża għad-depożitu ta’ skart kummerċjali
jew industrijali, iżda ma tinkludix bin on wheels.
Kif japplikaw 
dawn ir-
regolamenti.
3.1 Dawn ir regolamenti japplikaw għall-Kunsilli Lokali
kollha skond il-lokalità  tagħhom u għandhom jitqiesu li huma Bye-
Laws għall-finijiet ta’ l-artikolu 34(2) ta’ l-Att.
3.2 Fejn xi Kunsill għamel Bye-Laws sabiex jirregolaw xi ħaġa
li dwarha hemm provdut f’dawn ir-regolamenti, dawn ir-
regolamenti għandhom jitqiesu b’żieda ma’, u mhux bi tnaqqis ta’,
dawn il-Bye-Laws:
Iżda f’kull każ meta dawn il-Bye-Laws jipprovdu xort’oħra
minn dawn ir-regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ dawk il-Bye-
Laws għandhom japplikaw:
Iżda wkoll Kunsill Lokali jista’ jagħmel Bye-Laws b’żieda
ma’ dawn ir-regolamenti biex jipprovdi għal disposizzjonijiet
speċjali ggħal-lokalità  tiegħu.
Tqegħid ta’ skips u 
bins on wheels.
4.1 Ħadd ħlief il-Kunsill ma għandu jqiegħed skip jew bin on
wheels f’xi post pubbliku fil-konfini tal-Kunsill Lokali mingħajr il-
permess tal-Kunsill.
2 L.S.363.63 ħ SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
4.2 Il-Kunsill jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, joħroġ
awtorizzazzjoni lil persuna biex tqiegħed skip jew bin on wheels
f’dawk il-ħinjiet, u f’dawk il- postijiet u taħt dawk il-pattijiet u
kondizzjonijiet li jistgħu jkunu stipulati fil-permess.
4.3 Meta tinħareġ awtorizzazzjoni għandu jitħallas lill-Kunsill:
4.3.l fil-każ ta’ skip, dritt ta’ mhux aktar minn ħamsin
ċenteżmu għal kull jum jew parti minnu għal kull
skip;
4.3.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ mhux aktar minn
erbgħin ċenteżmu għal kull jum jew parti minnu għal
kull bin on wheels.
4.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan ir-regolament
jew li tonqos milli tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet ta’ l-
awtorizzazzjoni, tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
It-tqegħid ta’ skips 
u bins on wheels 
għandu jkun 
mingħajr periklu.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
4.5 Fit-tqegħid ta’ skips jew bins on wheels, il-Kunsill Lokali
Iklin għandu jassigura li dawn ma jkunux ta’ periklu kemm għal
persuni kemm għal vetturi.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
4.6 L-applikazzjoni lill-Kunsill Lokali Iklin minn persuna biex
tqiegħed skip jew bin on wheels ġewwa l-lokalità  ta’ l-Iklin trid
issir mill-inqas ġimgħa qabel ma l-applikant ikun bi ħsiebu
jqiegħed skips jew bins on wheels.
Kontravvenzjo-
nijiet.
5. Persuna tkun ukoll ħatja ta’ kontravvenzjoni jekk:
5.1 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati fuqhom jew imwaħħlin
magħhom, jew tħażżeż jew tagħmel xi marka ta’ kull
tip ma’ xi skip jew bin on wheels mingħajr il-kunsens
bil-miktub tal-Kunsill jew tal-persuna awtorizzata;
jew
5.2 wara li tuża l-iskip jew bin on wheels tħalli l-għatu
tagħhom miftuħ jew imbexxaq, jew tiddepożita xi
skart b’mod li l-għatu ma jingħalaqx sewwa; jew
5.3 tuża l-iskip jew bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx dak li hu maħsub għalih, jew tiddepożita xi
żibel jew skart li mhux suppost jintrema fl-iskip jew
bin on wheels; jew
5.4 tiddepożita, twaddab, twaqqa, jew xort’oħra xxerred
xi żibel jew skart ma’ ġenb, madwar jew ħdejn l-iskip
jew bin on wheels; jew
5.5 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew il-bin on wheels minn
fejn tkun tpoġġiet mill-Kunsill jew minn persuna
awtorizzata fl-ispazju provdut għal dak il-għan; jew
5.6 tiddepożita żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels
li skond l-awtorizzazzjoni tkun maħsuba għall-użu
esklużiv ta’ persuna awtorizzata; jew
5.7 tiddepożita f’bin on wheels skart domestiku li ma
jkunx tqiegħed f’borża magħluqa, ta’ xorta u materjal
SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.63 3
approvat mill-Kunsill; jew
5.8 tiddepożita żibel jew skart fi skip jew bin on wheels,
li ma jkunux dawk li dwarhom tkun inħarġet
awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Kunsill; jew
5.9 tiddepożita xi żibel kummerċjali jew industrijali jew
skart domestiku li ma jkunx ġej mill-konfini tal-
Kunsill; jew
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
5.10 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel, skart, oġġetti
jew sustanza li ma tkunx ta’ xorta domestika; jew
titfa f’xi skip xi skart kummerċjali u, jew industrijali
meta ma jkollhiex l-awtorità  bil-miktub tal-Kunsill
Lokali Iklin;
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
5.11 fil-każ ta’ skip, tarmi jew tiddepożita żibel jew skart
kummerċjali u, jew industrijali li ma jkunx
provenjenti minn ġo l-Iklin stess, sakemm mhux bl-
awtorità  bil-miktub tal-Kunsill u mar-reġistrazzjoni
jew ħlas, jekk il-każ, ta’ dritt kif muri fil-Kolonna 2
ta’ l-Iskeda B.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
6.1 Kull persuna li permezz ta’ xi attività  fil-lokalità , tiġġenera
xi skart kummerċjali jew industrjali għandha tirreġistra mal-Kunsill
ta’ dik il-lokalità  u għandha żżomm lil dak il-Kunsill mgħarraf
f’kull żmien bl-isem tal-kuntrattur inkarigat minnha sabiex jiġbor u
jneħħi dak l-iskart kummerċjali jew industrjali. Kull persuna li
tonqos milli tħares dan ir-regolament tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni.
6.2 Ebda persuna kif imsemmija fir-regolament 6.1 ma
għandha tarmi jew tiddepożita skart kummerċjali u/jew industrijali
fl-iskip jew bins on wheels provduti mill-Kunsill sakemm ma tkunx
hekk awtorizzata bil-miktub mill-istess Kunsill.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
6.3 Kull persuna li tagħmel xogħol ta’ xorta kummerċjali u,
jew industrijali ġewwa l-lokalità  ta’ l-Iklin, liema xogħol jaqa’ taħt
xi waħda mill-kategoriji ta’ stabbilimenti u mniżżla taħt il-Kolonna
1 ta’ l-Iskeda B, għandha tirreġistra mal-Kunsill Lokali Iklin sabiex
ikollha l-awtorità  tarmi skart kummerċjali u, jew industrijali fl-
iskips provduti mill-Kunsill Lokali Iklin fil-konfini tal-lokalità  ta’
l-Iklin jew sabiex dak l-iskart jista’ jinġabar mill-kuntrattur tal-
Kunsill Lokali Iklin.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
6.4 Ma’ kull reġistrazzjoni taħt ir-regolament 6.3 għandu
jitħallas lill-Kunsill Lokali Iklin dritt kif muri fil-Kolonna 2 ta’ l-
Iskeda B.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
6.5 Il-Kunsill Lokali Iklin jista’, għal raġunijiet validi
mogħtija bil-miktub, jiċħad li jirreġistra persuna skond ir-
regolament 6.3.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
6.6 Ebda persuna murija fil-Kolonna 1 ta’ l-Iskeda B ma
għandha tarmi jew tiddepożita skart kummerċjali u, jew industrijali
fl-iskips jew bins on wheels ipprovduti mill-Kunsill Lokali Iklin
jew tagħmel użu mis-servizz tal-ġbir ta’ l-iskart provdut mill-
Kunsill Lokali Iklin ġewwa l-lokalità  ta’ l-Iklin sakemm issir ir-
reġistrazzjoni mal-ħlas tad-dritt dovut taħt il-Kolonna 2 ta’ l-Iskeda
B.
4 L.S.363.63 ħ SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
Reati u pieni. 7.1 Kull persuna li tagħmel xi kontravvenzjoni taħt id-
disposiżżjonijiet tar-regolament 5 tista’ teħel, meta tinsab ħatja,
sakemm ma tkunx applikabbli xi piena ogħla taħt xi liġi oħra -
7.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
7.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni, jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
7.2 F’każ ta’ reat taħt ir-regolament 4, persuna tista’ teħel meta
tinsab ħatja ammenda ta’ tletin lira (Lm30), u fil-każ ta’ reat
kontinwat, ammenda addizzjonali ta’ ħames liri għal kull jum li
matulu jkompli r-reat.
7.3 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt ir-regolament 6.1, persuna
tista’ teħel meta tinsab ħatja ammendda ta’ tletin lira (Lm30) u fil-
każ ta’ reat kontinwat, ammenda addizzjonali ta’ ħames liri għal
kull jum li matulu jkompli r-reat.
7.4 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt ir-regolament 6.2, persuna
tista’ teħel meta tinsab ħatja ammendda ta’ tletin lira (Lm30).
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
7.5 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt ir-regolamenti 4.5 u 4.6,
persuna teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30), u
fil-każ ta’ reat kontinwat, ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal
kull jum li matulu jkompli r-reat.
Miżjud:
K.L.B.L. 28/9/
2001.
7.6 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt ir-regolament 6.6, persuna
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30).
Danni ċivili. 8. Meta persuna teħel piena taħt dawn ir-regolamenti dan
ikun bla preġudizzju għall-jedd tal-Kunsill li jirkupra danni ċivili li
jkunu saru bl-għemil ta’ xi reat taħt dawn ir-regolamenti.
Tmiem jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
9. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorizzazzjoni jekk ikun
sodisfatt li xi patt jew xi kondizzjoni li tagħhom tkun ingħatat dik l-
awtorizzazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali fiċ-ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa
li dik l-awtorizzazzjoni tiġi revokata. F’dak il-każ il-Kunsill ma
jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li jkun tħallas taħt ir-
regolament 4.3.
Dawn ir-
regolamenti ma 
jolqtux l-artikolu 
34(2) ta’ l-Att.
10. Dawn ir-regolamenti huma bla preġudizżju għad-
disposizzjonijiet tal-proviso ma’ l-artikolu 34(2) ta’ l-Att.
SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.63 5
SKEDA A
(Regolament 2)
KUNSILL LOKALI ..................
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar Skips
(Applikazzjoni Ġenerali), il-Kunsill Lokali ta’ .................. qiegħed b’dan jawtorizza
lil ..................................... li joqgħod .................................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru. tal VAT ................. Nru tat-
telefon/fax ................. biex iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini
tal-lokalità  tal-Kunsill bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra minn fuqha jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill
mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq l-iskip/bin on wheels dawk il-marki li jistgħu
jiġu awtorizzati mill-Kunsill bil-miktub.
4. L-iskip/bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill,
fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn tiġi l-ewwel.
6. Ir-Regolamenti dwar Skips (Applikazzjoni Ġenerali) għandhom japplikaw
għal kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-konfini tal-Kunsill.
7. Il-persuna awtorizzata għandha f’kull żmien tiżgura li jittieħdu l-miżuri
kollha preventivi sabiex fl-użu ta’ l-iskip/bin on wheels jiġi mħares l-
ambjent u s-saħħa taċ-ċittadin.
8. F’kull żmien matul it-terminu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandha tindennizza lill-Kunsill kontra kull riskju għal terzi jew
talbiet li joriġinaw minn tqegħid jew l-użu ta’ dawk l-skips/bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jħassarx jew jirrevokax din l-awtorizzazzjoni
qabel iż-żmien skond ir-regolament 9, din l-awtorizzazzjoni tkun valida
għall-perijodu ta’ ........................ li jibda għaddej minn ......................... .
10. Din l-awtorizzazzjoni qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
(data) ............................
Timbru tal-Kunsill
6 L.S.363.63 ħ SKIPS (APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
SKEDA B
(Regolament 6.3)
KATEGORIJI TA’ STABBILIMENTI U DRITTIJIET
Kolonna 1 Kolonna 2
KATEGORIJI DRITTIJIET GĦALL-UŻU
TA’ SKIPS
Kategorija Nru. 1
Ċentri sportivi, knejjes, skejjel, djar ta’ l-
anzjani u residenti li jippreżentaw il-Kartanzjan
L-ebda ħlas.
Kategorija Nru. 2
Ħajjata, uffiċini, kliniċi, grocers, fran, butchers,
spiżeriji, bazaars, stationeries, confectioneries,
ironmongers, greengrocers.
Ħlas ta’ Lm 10 fis-sena
Kategorija Nru. 3
Bars, snack bars, istituzzjonijiet u
organizzazjonijiet oħra, hairdressers, salons,
pet-shops, ħwienet li jbiegħu il-fjuri u l-pjanti,
swali, ħwienet oħra kummerċjali, mastrudaxxi,
ħwienet tal-household appliances, min jaħdem l-
aluminium, bejjiegħa tal-qubbajt, bejjiegħa tat-
toroq, u diskoteki.
Ħlas ta’ Lm 30 fis-sena
Kategorija Nru. 4
Mobile kiosks u bejjiegħa ta’ fast foods, li
jeħtieġu liċenza temporanja tal-pulizija biex
joperaw waqt jiem ta’ festa fil-lokalità .
Ħlas ta’ Lm 20 għaż-żmien
tal-liċenza
Kategorija Nru. 5
Lukandi, ristoranti, holiday complexes, guest
houses, banek, showrooms u stores.
Ħlas ta’ Lm 60 fis-sena
Kategorija Nru. 6
Mechanics, tellara, sprayers, tyre services,
petrol stations, ħaddieda.
Ħlas ta’ Lm 100 fis-sena
Kategorija Nru. 7
Stabbilimenti industrijali li jinkludu intrapriżi
jew koperattivi u intrapriżi oħrajn, dipartimenti
tal-gvern u korpi parastatali jew
korporazzjonijiet, iżda li m’humiex barrieri, jew
siti ta’ kostruzzjoni (fejn siti ta’ kostruzzjoni ma
jinkludux postijiet għal skop ta’ residenza
privata).
Ħlas ta’ Lm 600 fis-sena
Kategorija Nru. 8
Stabbilimenti industrijali oħra li ma jaqgħux taħt
ebda waħda mill-kategoriji l-oħra murija f’din l-
Iskeda ħlief dawk diġà  inklużi fil-kategorija
Nru. 7.
Ħlas ta’ Lm 400 fis-sena
Kategorija Nru. 9
Dawk l-istabbilimenti u entitajiet l-oħra mhux
indikati fil-Kategoriji 1 sa 6.
Ħlas ta’ Lm 20 fis-sena
