ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI NAXXAR) ġ L.S.363.66 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.66
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI NAXXAR)
13 ta’ April, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 44/2/2001.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Naxxar).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Naxxar;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew
artiġjanat, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Naxxar.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’, għal raġuni valida, bħal meta ma
jkunx hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti, jħassar xi kors
li jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun imbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu jkun
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej-
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti
reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.66 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI NAXXAR)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità  iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Iżda l-Kunsill jista’ jagħti eżenzjoni mill-ħlas lil xi
individwu jew grupp ta’ individwi għal raġuni ġustifikata.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jilqa’ l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill jista’ jħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat, jitħallas lura d-dritt sħiħ;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jitħallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm jirrappreżenta
l-proporzjon li l-għadd ta’ sessjonijiet li jifdal ikollu
għall-għadd totali ta’ sessjonijiet għal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew għal xi raġuni
valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkun intitolata
għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tar-residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew kull persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-korsijiet
bil-miktub taħt l-istess pattijiet u kondizzjonijiet stabbiliti f’dawn
il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma jista’ jitlob ebda ħlas aktar mid-
drittijiet imniżżla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI NAXXAR) ġ L.S.363.66 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Komputer (10 sessjonijiet) ................ Lm12 - Lm35
Crafts ............................................... mhux aktar minn Lm30
Keep Fit (10 sessjonijiet) .................. mhux aktar minn Lm15
Korsijiet akkademiċi ........................ mhux aktar minn Lm35
Żfin modern (10 sessjonijiet) ............ mhux aktar minn Lm15
