REKLAMI
(KUNSILL LOKALI NAXXAR) ġ L.S.363.67 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.67
BYE-LAWS DWAR REKLAMI
(KUNSILL LOKALI NAXXAR)
23 ta’ April, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 44/3/2001.
Titolu.
(Kunsill Lokali Naxxar).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws sabiex tagħmel reklam fuq
xi għamara tat-toroq, il-web-page tal-Kunsill jew pubblikazzjoni
tal-Kunsill;
Kap. 363.
"billboard" tfisser kull struttura eretta għal skop li fuqha
jitwaħħlu jew jiġu esebiti reklami, avviżi jew notifikazzjonijiet tal-
Kunsill, u li tkun konformi ma’ qisien stabbiliti għal dan il-għan
skond regolamenti u proċeduri stabbiliti f’xi liġi oħra;
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu, u li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post pubbliku ieħor, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew ukoll imqiegħda fuqu, u tinkludi dustbins, skips, u bins
on wheels, litter bins, bankijiet, qsari, ċnut, ħitan, balavostri,
kolonni, tabelli, arbli, railings, bus shelters, tree pits, verges u
central reservations, roundabouts, central strips u traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tan-Naxxar;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li tingħatalha
awtorizzazzjoni mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-
Bye-Laws sabiex tesibixxi jew twaħħal xi reklam fuq xi għamara
tat-toroq, il-Web-page tal-Kunsill jew pubblikazzjoni tal-Kunsill;
"pubblikazzjoni tal-Kunsill" tfisser kull pubblikazzjoni
magħmula mill-Kunsill, u tinkludi newsletter, magazine, leaflet,
brochure, ġurnal, avviż u kull dokumentazzjoni oħra maħruġa
għall-informazzjoni tal-pubbliku sew jekk bi ħlas sew jekk le;
"reklam" tinkludi avviż u kull promozzjoni kummerċjali jew
mhux kummerċjali;
"Web-page" tfisser aċċess ta’ informazzjoni fuq sistema u
database permezz ta’ l-Internet, deskritt bħala l-World Wide Web
(WWW), liema Web-page tista’ tkun reklamata fuq dawk li jissejħu
Web Search Engines.
Reklamar fuq 
għamara tat-toroq, 
Web-page u 
pubblikazzjonijiet 
tal-Kunsill.
3.1 Persuna tista’ tapplika lill-Kunsill jew titfa’ offerta, skond
kif jiddeċiedi l-Kunsill, sabiex tagħmel reklam fuq xi għamara tat-
toroq, il-Web-page tal-Kunsill, jew xi pubblikazzjoni tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
2 L.S.363.67 ħ
REKLAMI
(KUNSILL LOKALI NAXXAR)
applikazzjoni bil-miktub li ssir għalhekk lill-Kunsill, jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika għall-offerti, l-
awtorizzazzjoni tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt
skond ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli għall-Kunsilli
Lokali:
Iżda dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li
jista’ jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
F’kull każ, il-Kunsill ikollu l-jedd li jirrifjuta li jġedded il-kuntratt
wara li jagħti raġunijiet validi bil-miktub lill-persuna konċernata.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt, il-persuna awtorizzata ma tistax
tbiegħ l-ispazju lil terzi persuni jew tagħmel xi reklam li jkun
projbit bil-kuntratt, jew li jkun imur kontra l-morali pubblika, jew
li jkun jinċita lill-pubbliku kontra l-Istat jew kontra l-Kunsill.
Reklami fuq 
għamara tat-toroq.
4.1 Il-Kunsill jista’ jagħti awtorizzazzjoni lil xi persuna biex
tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq
fil-konfini tal-lokalità  tan-Naxxar.
4.2 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws sabiex jiġu esebiti, mwaħħla jew imqiegħda
reklami fuq għamara tat-toroq, wara li ssir applikazzjoni lill-
Kunsill għal dan il-għan, għandu jitħallas dritt kif hemm stabbilit
fl-Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
li tkun saret sejħa pubblika għall-offerti, id-dritt li jitħallas lill-
Kunsill ikun dak offrut fid-dokument ta’ l-offerta li tkun ġiet
milqugħa.
4.3 Kull awtorizzazzjoni għal reklam fuq għamara tat-toroq
tkun, fost kondizzjonijiet oħra, soġġetta għall-kondizzjoni li r-
reklam għandu jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien
li għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. F’każ kuntrarju, il-persuna
responsabbli tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
4.4 Il-Kunsill ikollu l-jedd li jtella’ numru ta’ billboards
ġewwa l-konfini tal-lokalità  tan-Naxxar, li fuqhom kull persuna
tkun tista’ twaħħal jew tesibixxi reklam wara li tkun ingħatat l-
awtorizzazzjoni, skond dawn il-Bye-Laws, u wara li l-Kunsill ikun
kiseb kull permess jew liċenza meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Reklami fuq il-
Web-page tal-
Kunsill.
5. Il-Kunsill jista’ jawtorizza bi ħlas lil xi persuna biex
tinkludi jew tqabbad il-Web-page uffiċjali tal-Kunsill ma’ jew fuq
xi Web-page oħra, wara li ssir applikazzjoni lill-Kunsill
għaldaqshekk:
Iżda l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jawtorizza persuna biex
tagħmel dan mingħajr ebda ħlas.
Reklami fuq 
pubblikazzjonijiet 
tal-Kunsill.
6. Il-Kunsill jista’ jagħti awtorizzazzjoni lil kull persuna
sabiex tagħmel reklam fuq xi pubblikazzjoni tal-Kunsill, jew wara
li ssir applikazzjoni bil-miktub lill-Kunsill għal dak il-għan, jew
wara sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet.
Permessi jew 
liċenzi oħra.
7. Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna awtorizzata tkun personalment responsabbli għal
REKLAMI
(KUNSILL LOKALI NAXXAR) ġ L.S.363.67 3
kull permess jew liċenza meħtieġa taħt kull liġi oħra.
Awtorizzazzjoni 
mingħajr ħlas.
8. Il-Kunsill jista’, skond dawn il-Bye-Laws, jagħti
awtorizzazzjoni mingħajr ħlas lil għaqdiet volontarji jew
filantropiċi, jew għaqdiet oħra li jiffunzjonaw mil-lokalità , wara li
dawn jagħmlu talba bil-miktub sabiex jirreklamaw attivitajiet jew
appelli pubbliċi.
Penali.
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws tista’ teħel, meta tinsab
ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ lira (Lm1) għal kull ġurnata li
tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi
kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
4 L.S.363.67 ħ
REKLAMI
(KUNSILL LOKALI NAXXAR)
SKEDA
(Ordinament 4.2)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq u fuq Billboards
Qisien Dritt Dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.25 metru kwadru Lm3 Lm5 Lm20
sa 1.0 metru kwadru Lm6 Lm10 Lm50
sa 2.0 metri kwadri Lm12 Lm20 Lm100
Iktar 2.0 metri kwadri - Lm2 kuljum (suġġett għal minimu ta’ Lm40)
