KIRI TA’ PROPRJETÀ
(KUNSILL LOKALI GĦARB) ġ L.S.363.68 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.68
BYE-LAWS DWAR KIRI TA’ PROPRJETÀ
(KUNSILL LOKALI GĦARB)
17 ta’ Mejju, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 23/4/2001.
Titolu.
Proprjetà  (Kunsill Lokali Għarb).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Għarb;
"proprjetà " tfisser kull apparat, proprjetà  immobbli jew mobbli,
jew proprjetà  taħt il-kustodja tal-Kunsill, vettura jew makkinarju
kemm jekk imħaddem b’mutur kemm jekk le, li jkun proprjetà  tal-
Kunsill.
Kiri ta’ proprjetà .
u l-proċeduri finanzjarji l-Kunsill ikollu l-jedd li jikri proprjetà
kemm lil terzi persuni kif ukoll lil Kunsilli Lokali oħra u
organizzazzjonijiet kummerċjali jew mhumiex.
3.2 Fil-każ ta’ kiri ta’ xi proprjetà , id-dritt għall-kirja għandu
jkun dak indikat fl-Iskeda.
3.3 Il-kiri ta’ proprjetà  għandu jsir permezz ta’ kuntratt li jkun
validu għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena li jista’ jiġġedded
għal kull perijodu ieħor ta’ mhux iktar minn sena oħra.
Pattijiet u 
kondizzjonijiet 
għal kirjiet.
4. Meta l-Kunsill jiġi biex jikri l-proprjetà , dan jista’ jagħmel
dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi
sabiex jissalvagwardja l-interessi tiegħu u jassigura użu tajjeb ta’ l-
istess proprjetà .
Tmiem tal-kirja 
qabel iż-żmien 
stipulat.
5. Kull kirja li ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-
Laws tiġi mitmuma minnufih jekk jiġi miksur xi wieħed mill-
pattijiet u kondizzjonijiet tal-kuntratt.
SKEDA
Drittijiet għal Kiri ta’ Proprjetà  tal-Kunsill Lokali Għarb
Sala tal-Kunsill mhux aktar minn Lm100 kull jum
Vetturi jew makkinarju mhux aktar minn Lm50 kull jum.
