ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.69 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.69
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
24 ta’ Mejju, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 57/5/2001.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Santa Luċija).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Santa Luċija;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew
artiġjanat, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Santa Luċija.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza korsijiet
kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida, bħal meta ma jkunx
hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti, jħassar xi kors li jkun
diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti
reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.69 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità , iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjoni għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jilqa’ l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill iħallas lura d-drittijiet imħallsa f’xi wieħed mill-
każijiet li ġejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat, jitħallas lura d-dritt sħiħ;
6.1.2 kemm-il darba l-kors jiġi kanċellat mill-Kunsill,
jitħallas lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm
jirrappreżenta l-proporzjon ta’ sessjonijiet li jkun
fadal maħdum fuq l-għadd totali ta’ sessjonijiet għal
dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Kull persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew għal xi
raġuni valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkun
intitolata għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tar-residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew kull persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-korsijiet
lilu awtorizzati bil-miktub taħt l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma jistax jitlob ħlas
aktar mid-drittijiet imniżżla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.69 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Drittijiet għal Korsijiet ta’ Taħriġ organizzati
mill-Kunsill Lokali Santa Luċija
Kors Dritt dovut
Aġġorn ........................................................ Lm4
Arti għall-Kbar (l-ewwel sena) .................... Lm15
Arti għall-Kbar (it-tieni sena) ...................... Lm20
Arti għall-Kbar (it-tielet sena) ..................... Lm20
Bizzilla (l-ewwel sena) ................................ Lm18
Bizzilla (it-tieni sena) .................................. Lm20
Bizzilla (it-tielet sena) ................................. Lm25
Bonsai ......................................................... Lm5
Crochet (l-ewwel sena) ................................ Lm12
Crochet (it-tieni sena) .................................. Lm12
Drama (1) (età  bejn 4 u 6 snin) ..................... Lm16/Lm30
Drama (2) (età  bejn 4 u 6 snin) ..................... Lm16/Lm30
First Aid ...................................................... Lm10
Flower Arrangement (1) .............................. Lm13
Flower Arrangement (2) .............................. Lm14
Ganutel ....................................................... Lm20
Health and Beauty ....................................... Lm35
Ħjata (l-ewwel sena) .................................... Lm10
Ħjata (it-tieni sena) ...................................... Lm12
Lingwi Barranin (l-ewwel sena) ................... Lm25
Malti għall-Barranin (1) ............................... Lm20
Malti għall-Barranin (2) ............................... Lm20
Żfin (l-ewwel sena) ..................................... Lm15/Lm28
Żfin (it-tieni sena) ....................................... Lm15/Lm28
Żfin (it-tielet sena) ...................................... Lm15/Lm28
