REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) ġ L.S.363.71 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.71
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI MOSTA)
4 ta’ Ġunju, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 39/8/2001.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Mosta).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda fuqu, u tinkludi reċipjenti pubbliċi,
bankijiet, qsari, ċnut, ħitan, balavostri, arbli, siġar, roundabouts,
central strips u traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mosta;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull xorta ta’ promozzjoni kemm kummerċjali
kemm ta’ xort’oħra, u tinkludi avviż u kull ħaġ’oħra li tintuża
għall-istess għan.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
tal-Mosta mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub li ssir lill-Kunsill għalhekk, jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-ħtiġiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawk il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena u jista’
2 L.S.363.71 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA)
jiġi mġedded għal perijodi ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
F’kull każ il-Kunsill jirriserva d-dritt li jirrifjuta li jġedded il-
kuntratt.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq ukoll billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-każ, l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma’ jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal
xi reklami li jkunu projbiti bil-liġi jew bil-kuntratt.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokument ta’ l-offerta li tkun ġiet milqugħa.
3.6 Ghal kull awtorizzazzjoni mogħtija, il-Kunsill ikollu l-jedd
li jitlob depożitu ta’ flus bħala garanzija.
3.7 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għall-ksib ta’ kull permess jew liċenza
meħtieġa taħt kull liġi oħra.
3.8 Il-Kunsill jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità  jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.9 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
għandu jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li
għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. Fin-nuqqas li dan jitħares il-
persuna responsabbli għat-tneħħija ta’ dawk ir-reklami tkun ħatja
ta’ kontravvenzjoni.
3.10 Jekk, fil-fehma tal-Kunsill, xi reklam ikun kontra l-liġi jew
xi disposizzjoni tal-kuntratt kif indikat fl-ordinament 3.4, dan
għandu jitneħħa minnufih meta jiġi mitlub li jsir dan mill-Kunsill.
Fin-nuqqas ta’ dan, il-persuna responsabbli tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni.
3.11 Jekk, wara li jiġi mitlub biex jitneħħa reklam skond kif
indikat fl-ordinamenti 3.9 u 3.10, dan jibqa’ ma jseħħx, il-Kunsill
ikollu l-jedd li jneħħi hu stess ir-reklam għas-spejjeż tal-kuntrattur.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda ta’ għoxrin lira (Lm20) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull ġurnata
li tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws
jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) ġ L.S.363.71 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Ghamara tat-Toroq
TABELLA A
Pjazez, roundabouts u toroq meqjusa bħala prinċipali (kif indikat fit-Tabella Ċ)
Qisien Dritt dovut għal kull jum
sa 0.5 metru kwadru Lm 0.75
sa 1.0 metru kwadru Lm 1.00
sa 2.0 metri kwadri Lm 1.50
iktar minn 2.0 metri kwadri Lm2.00 (sa massimu ta’ Lm80)
TABELLA B
Toroq Sekondarji (dawk li mhumiex inklużi fit-Tabella Ċ)
Qisien Dritt dovut għal kull jum
sa 0.5 metru kwadru Lm 0.55
sa 1.0 metru kwadru Lm 0.85
sa 2.0 metri kwadri Lm 1.25
iktar minn 2.0 metri kwadri Lm2.00 (sa massimu ta’ Lm80)
TABELLA Ċ
Pjazez, roundabouts u toroq meqjusa bħala prinċipali
Triq il-Kungress Ewkaristiku Triq il-Fortizza
Triq il-Kostituzzjoni Triq id-Difiża Ċivili
Triq il-Kbira Triq id-Durumblat
Triq Valletta Pjazza tar-Rotunda
Vjal l-Indipendenza Il-Playing Fields kollha
Triq Nicolò  Isouard
