ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI GĦARB) ġ L.S.363.73 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.73
BYE-LAWS DWAR IL-ĦARSIEN TA’ ART 
PUBBLIKA (KUNSILL LOKALI GĦARB)
12 ta’ Lulju, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 23/11/2001.
Titolu.
ta’ Art Pubblika (Kunsill Lokali Għarb).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"art pubblika" tfisser kull spazju miftuħ għall-pubbliku fil-
konfini tal-lokalità  ta’ l-Gharb li taqa’ taħt l-awtorità  u l-
amministrazzjoni tal-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u
tinkludi ġnien pubbliku, ġnejna pubblika, centre-strip, triq,
bankina, mogħdija u kull spazju miftuħ ieħor maħsub għall-użu jew
rikreazzjoni tal-pubbliku;
Kap. 363.
"attrezzaturi" tfisser bank, ċint, arblu, sinjal, tabella, tagħmir,
barrikata, siġġu, apparat destinat għal-logħob tat-tfal u kull
ornament, struttura jew ħaġa oħra mwaħħla jew imqiegħda fuq art
pubblika;
"bicycle" tfisser rota ta’ kull daqs li tinsaq bil-pedali, ikun xi
jkun l-għadd ta’ roti tagħha u tinkludi tricycle;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Għarb;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ l-Għarb.
Tneħħija jew 
tqegħid ta’ 
attrezzaturi.
3. Ebda persuna m’għandha tneħħi jew tqiegħed f’post ieħor,
jekk mhux hekk awtorizzata mill-Kunsill, jew tuża ħażin, jew
tagħmel xi ħsara jew b’xi mod tbagħbas xi attrezzaturi mqiegħda
jew mibnija fuq xi art pubblika.
Użu ħażin ta’ 
attrezzaturi.
4. Ebda persuna m’għandha -
(a) tikkommetti atti ta’ vandaliżmu jew b’xi mod ieħor
tagħmel ħsara lill-attrezzaturi; jew
(b) tikkommetti atti ta’ vandaliżmu jew b’xi mod ieħor
tagħmel xi ħsara lis-siġar, xtieli, u fjuri li jinsabu fuq
l-art pubblika; jew
(ċ) tuża l-bandli u attrezzaturi oħra destinati għar-
rikreazzjoni tat-tfal jekk tkun għalqet l-età  ta’ erbatax-
il sena; jew
(d) tuża bicycle f’dik il-parti ta’ l-art pubblika indikata
b’sinjali mill-Kunsill bħala li ma jistgħux jidħlu
bicycles fiha; jew
(e) tneħħi jew iċċaqlaq mingħajr il-permess bil-miktub
tal-Kunsill xi attrezzaturi jew oġġetti oħra li jinsabu
fuq l-art pubblika; jew
(f) taqta’ fjuri, xtieli, pjanti, siġar u veġetazzjoni oħra li
2 L.S.363.73 ħ
ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI GĦARB)
jinsabu fuq l-art pubblika.
Tkeċċija ta’ min 
jikser il-Bye-Laws.
5. Mingħajr preġudizzju għal kull azzjoni oħra li tista’
tittieħed skond dawn il-Bye-Laws, kull persuna li tikser xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tista’ titkeċċa minn fuq
l-art pubblika minn uffiċjal tal-pulizija jew minn gwardjan lokali.
Penali. 6. Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye Laws tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra:
6.1.1 għall-ewel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin lira
(Lm20);
6.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30); u
6.1.3 fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ ħames liri
(Lm5) għal kull jum li matulu tkompli l-
kontravvenzjoni.
Danni ċivili. 7. L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor id-danni ċivili kollha li jkunu saru
bl-għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws, inkluż id-
dritt li jagħmel it-tiswijiet meħtieġa bi spejjeż tal-persuna misjuba
ħatja.
