ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN) ġ L.S.363.77 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.77
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN)
4 ta’ Ottubru, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 53/15/2001.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali San Ġwann).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali San Ġwann;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew
artiġjanat, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ San Gwann.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida, bħal meta ma jkunx
hemm l-inqas numru meħtieġ ta’ parteċipanti, iħassar xi kors li
jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba n-numru ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti li
huma reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali
jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal
tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.77 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità , iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, ammont imħallas, numru ta’ l-irċevuta u l-firma
ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill għandu jħallas lura d-drittijiet imħallsa f’xi
wieħed mill-każijiet li ġejjin:
6.1.1 id-dritt sħiħ jekk tkun saret applikazzjoni u wara l-
kors ma jiġix organizzat;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, dik il-parti
tal-miżata li tirrappreżenta l-proporzjon ta’
sessjonijiet li jkun fadal maħdum fuq l-għadd totali
ta’ sessjonijiet għal dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ jiġi stabbilit minn żmien għal
żmien mill-Kunsill.
6.2 Kull persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew, għal xi
raġuni valida, tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx
intitolata għal xi ħlas lura ta’ drittijiet.
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Artiġjanat ....................................... mhux aktar minn Lm50
Computer ....................................... mhux aktar minn Lm50
Lingwi ........................................... mhux aktar minn Lm50
Dixxiplini sportivi .......................... mhux aktar minn Lm30
Arti ................................................ mhux aktar minn Lm40
Ħarġiet kulturali u edukattivi .......... mhux aktar minn Lm10
Kunċert Orkestrali .......................... mhux aktar minn Lm250
Korsijiet Edukattivi ........................ mhux aktar minn Lm50
