UŻU TA’ L-INFORMATIKA 
(KUNSILL LOKALI GUDJA) ġ L.S.363.78 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.78
BYE-LAWS DWAR UŻU TA’ L-INFORMATIKA 
(KUNSILL LOKALI GUDJA)
16 ta’ Diċembru, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 20/17/2001.
Titolu.
Informatika (Kunsill Lokali Gudja).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Informatika" tfisser kull mezz, kemm jekk awdjo jew viżiv li
jkun proprjetà  ta’ jew disponibbli għall-Kunsill, li jintuża sabiex
jaħżen u/jew biex jirriproduċi jew jagħti l-informazzjoni, u jinkludi
l-Internet;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Gudja;
"lokalità " tfisser il-lokalità  tal-Gudja;
"reklam" tinkludi kull xorta ta’ promozzjoni kemm kummerċjali
kemm xort’oħra, u tinkludi avviż u kull ħaġ’oħra li tintuża għall-
istess għan.
2.2 F’dawn il-Bye-Laws, kull frażi li dwarha hemm tifsira fl-
Att, ikollha l-istess tifsira kif mogħtija fl-Att.
Aċċess għall-
informatika.
3.1 Il-Kunsill ikollu l-jedd li, mal-ħlas ta’ dritt kif stipulat fl-
Iskeda, jagħti aċċess għall-informatika lil persuni reġistrati bħala
residenti tal-lokalità .
3.2 Il-Kunsill għandu wkoll il-jedd li b’riżoluzzjoni jeżenta lil
xi persuna jew għaqda ta’ persuni milli jħallsu xi dritt stipulat fl-
Iskeda.
Reklami.
L.S. 363.01
4. Il-Kunsill ikollu l-jedd ukoll li jfittex jew jagħmel sejħa
għal reklami biex jidhru fuq il-pubblikazzjonijiet jew il-Web-page
tal-Kunsill, skond kif stipulat fir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali
(Finanzi), u proċeduri relatati.
SKEDA
(Ordinament 3.1)
Drittijiet għall-Użu ta’ l-Informatika
Użu ta’ l-Internet, mhux aktar minn 50 ċenteżmu fis-siegħa
Użu ta’ Photocopier, mhux aktar minn 5 ċenteżmi għal kull
kopja
