DELEGAZZJONI TA’ FUNZJONI 
LIL KUNSILLI LOKALI (BUS SHELTERS) ġ L.S.363.79 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.79
ORDNI DWAR DELEGAZZJONI TA’ FUNZJONI LIL 
KUNSILLI LOKALI (BUS SHELTERS)
1 ta’ Diċembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 292 ta’ l-2001.
Titolu.
Funzjoni lil Kunsilli Lokali (Bus Shelters).
Tifsir.
xort’oħra:
Kap. 363.
Kap. 332.
"Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta" tfisser l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta kif stabbilita fl-Att dwar l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta;
"bus shelter" tfisser struttura msaqqfa li tkun tinsab f’post
maħsub mill-awtoritajiet kompetenti għall-ġbir tal-passiġġieri minn
motor buses li jintużaw bħala vetturi tat-trasport pubbliku, u liema
struttura primarjament għandha l-għan li tkun ta’ konvenzjoni u
tipproteġi l-passiġġieri;
"bus stop" tfisser kull lok maħsub mill-Awtorità  dwar it-Trasport
ta’ Malta bil-għan biex iservu ta’ bus stop għal skopijiet ta’
transport pubbliku;
"Kunsill" tfisser kull Kunsill Lokali kif stabbilit fl-Att;
"lokalità " għandha l-istess tifsir mogħti lilha bl-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali.
Funzjonijiet 
delegati.
3. Skond l-artikolu 33(1)(n) ta’ l-Att, il-Ministru ordna li -
(a) it-twaqqif u s-sostituzzjoni ta’ bus shelters kollha
ġodda;
(b) il-manutenzjoni tal-bus-shelters kollha,
ikunu funzjoni li qegħda b’dan tiġi delegata lil kull Kunsill Lokali.
Responsabbiltà  
għal toroq arterji u 
distributorji eċċ.
4. Skond l-artikolu 33(2) ta’ l-Att, ir-responsabbilità  għal
toroq u distributorji u l-partiti murija fl-Iskeda qegħda tiġi delegata
lil Kunsill Lokali unikament għall-għanijiet kif provdut fl-artikolu
3 ta’ dan l-Ordni:
Iżda d-delega għal toroq arteri u distributorji kif imsemmi
hawn aktar qabel m’għandhiex tneħħi l-awtorità  konkorrenti tal-
gvern ċentrali li jkun jista’ jissostitwixxi bus shelters skond kif
ikun meħtieġ u meta jkun hemm bżonn.
Speċifikazzjonijiet.
tajjeb, skond il-każ, strettament skond speċifikazzjonijiet stabbiliti
mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta.
Permessi 
neċessarji.
6. Il-Kunsilli Lokali għandhom jiksbu l-permessi kollha
neċessarji mingħand l-Awtorità  ta’ l-Ippjanar.
2 L.S.363.79 ħ
DELEGAZZJONI TA’ FUNZJONI 
LIL KUNSILLI LOKALI (BUS SHELTERS)
Sostituzzjoni ta’ 
struttura ta’ bus 
shelter.
7. F’każ ta’ sostituzzjoni ta’ bus shelters li kienu jinsabu f’xi
post qabel il-pubblikazzjoni ta’ dan l-Ordni, Kunsill għandu jagħti
avviż bil-miktub ta’ l-intenzjoni tiegħu lill-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta ta’ mhux anqas minn għaxart ijiem u l-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta għandha tavża lil Kunsill bil-miktub jekk
il-bus shelter li tkun se tissostitwixxi jiġix imneħħi mill-Kunsill
innifsu jew mill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta:
Iżda jekk l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta tonqos
milli tavża lill-Kunsill kif provdut f’dan l-artikolu, dik l-istruttura
ssir proprjetà  tal-Kunsill u l-Kunsill, għas-spejjeż tiegħu, jkollu d-
dritt li jiddisponi minn dik l-istruttura kif ikun hemm bżonn.
DELEGAZZJONI TA’ FUNZJONI 
LIL KUNSILLI LOKALI (BUS SHELTERS) ġ L.S.363.79 3
SKEDA
(Artikolu 3)
Ħwejjeġ inklużi taħt ir-responsabbiltà  tal-Kunsilli Lokali
unikament għall-għanijiet ta’ Bus Shelters
Qasam Industrijali Attard Limiti ta’ Attard
Qasam Industrijali Bulebel Limiti taż-Żejtun
Qasam Industrijali Ħal Far Limiti ta’ Birżebbuġa
Qasam Industrijali Kordin Limiti ta’ Paola
Qasam Industrijali Luqa Limiti ta’ Luqa
Qasam Industrijali Marsa Limiti tal-Marsa
Qasam Industrijali Ricasoli Limiti tal-Kalkara
Qasam Industrijali San Ġwann Limiti ta’ San Ġwann
Qasam Industrijali Xewkija Limiti ta’ Xewkija
Villaġġ tas-Snajja’ Għawdex Limiti ta’ Għarb
Villaġġ tas-Snajja’ Ta’ Qali Limiti ta’ Attard
L-Ajruport Limiti ta’ Luqa Limitament għal arei
fuq barra b’aċċess
pubbliku li mhumiex
arei jew żoni ta’ sigurtà .
Bus Terminus Rabat, Għawdex
