SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI) ġ L.S.363.80 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.80
REGOLAMENTI DWAR SKEMI TA’ IPPARKJAR 
KONTROLLAT (RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI)
26 ta’ Novembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 293 ta’ l-2001.
Titolu.
Skemi ta’ Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali).
Tifsir.
xort’oħra:
"diska tal-parkeġġ" tfisser dak it-tagħmir magħmul mill-kartun
kif inhu indikat fir-Raba’ Skeda u li jkun fih diska li ddur fuq fus u
li tkun turi, minn ġo tieqa li tkun tinsab fuq il-qoxra ta’ barra, sura
ta’ arloġġ li jkun fih tnax-il siegħa b’indikaturi għal porzjonijiet ta’
15-il minuta kull waħda stampati fuq id-diska li tkun tinsab fuq
ġewwa;
Kap. 363.
"Kunsill Lokali" tfisser kunsill ta’ gvern lokali mwaqqaf skond l-
Att dwar Kunsilli Lokali, u "lokalita ta' Kunsill" għandha tiftiehem
bħala lokalità  regolata minn Kunsill Lokali;
"perjodu preskritt" tfisser dak il-perjodu bħalma jista’ jiġi
preskritt għal kull żona kkontrollata u kif dan ikun jirrigwarda -
(a) l-għadd ta’ minuti li matulhom vettura bla permess
tista’ tipparkja fi spazju okkupat mingħajr ma tagħmel
kontravvenzjoni, hawn ukoll imsejjaħ il-perjodu
preskritt restrittiv;
(b) l-għadd ta’ minuti li matulhom dik il-vettura bla
permess għandha tibqa’ mbegħda mill-ispazju okkupat
qabel ma terġa’ lura biex tokkupa l-istess żona
kkontrollata hawn ukoll imsejjaħ il-perjodu preskritt
ta’ tbegħid;
(ċ) il-ġranet tal-ġimgħa u l-ħinijiet tagħhom li matulhom
ikun japplika l-parkeġġ ristrett għal vetturi bla
permess;
"permess ta’ residenti" tfisser permess kif inhu indikat fit-Tieni
Skeda maħruġ lil residenti ta’ żona kkontrollata għar-rigward ta’
vettura reġistrata, li ma tkunx vettura kummercjali jew mutur, li
tkun proprjetà  ta’ jew li tinsaq minn tali residenti, u li jirrendi l-
vettura tiegħu vettura bil-permess;
"sinjal tat-traffiku" tfisser sinjal tat-traffiku kif jinsab indikat fit-
Tielet Skeda u li jkun fiha dawn l-elementi li ġejjin, jiġifieri
indikazzjoni "P" li s-sinjal għandu x’jaqsam mal-parkeġġ f’żona ta’
parkeġġ bil-ħin, fejn tiġi indikata ż-żona, il-ħin ta’ parkeġġ
permess u l-ħin li matulu l-vettura ma tistax terġa’ lura, l-perjodu
preskritt ta’ parkeġġ ristrett u indikazzjoni li ma jkun hemm ebda
restrizzjoni fuq kull ġurnata oħra u ħin ieħor, it-tul matul il-bankina
ta’ l-arei ristretti, nota dwar in-nuqqas ta’ applikabilità  għal
detenturi partikolari ta’ permess ta’ residenti ta’ xi waħda jew iktar
2 L.S.363.80 ħ
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI)
miż-żoni kkontrollati, raffigurazzjoni grafika tad-diska tal-parkeġġ,
l-emblema tal-Kunsill Lokali jew tal-Kunsilli Lokali tal-lokalità
jew tal-lokalitajiet;
"spazju okkupat" tfisser l-ispazju li jiġi okkupat minn vettura bla
permess għal perjodu preskritt restrittiv skond ma jista’ jiġi indikat
f’żona kkontrollata matul perjodu preskritt u li, flimkien ma’ kull
spazju ieħor ġewwa ż-żona kkontrollata, ma jistax jerġa’ jintuża
mill-istess vettura matul dak il-perjodu preskritt qabel ma jiskadi l-
perjodu preskritt ta’ tbegħid li jikkorrispondi għalih;
"vettura bil-permess" tfisser vettura li tkun tappartjeni lil jew li
normalment tinsaq minn persuna li tkun detentur ta’ permess ta’
residenti, u li tista’ tiġi pparkjata mingħajr ebda restrizzjoni skond
l-esiġenzi normali tal-liġi f’kull waqt jew għal dak it-tul ta’ żmien
f’żona jew żoni kkontrollati li għar-rigward tagħhom ikun inħareġ
il-permess ta’ residenti;
"vettura bla permess" tfisser vettura li mhix vettura bil-permess
f’xi lokalità  ta’ Kunsill partikolari;
"vettura kummercjali" tfisser vettura li ġġorr tagħbijiet ta’ iżjed
minn 3.5 tunnellati piż u tinkludi truck, van, pickup, żiemel
mekkaniku, trailer, concrete mixer, bowser u crane; vetturi għat-
trasport tal-passiġġieri, inklużi coach, bus, minibus, mini-van u
taxi; vetturi tal-kiri, sew jekk misjuqa minn xufier jew biss mikrija;
vetturi reġistrati bħala ta’ xorta kummercjali; vetturi miġbudin,
inklużi dgħajjes fuq trailer, trailers oħrajn u caravans;
"żona kkontrollata" tfisser żona fejn ikun joqgħod id-detentur ta’
permess ta’ residenti maħruġ lilu għar-rigward tal-vettura tiegħu
mill-Kunsill Lokali ta’ lokalità  fejn tkun tinsab iż-żona, u li għar-
rigward tagħha jkunu japplikaw dawk il-kondizzjonijiet ta’ parkeġġ
kif inhuma stipulati f’dawn ir-regolamenti.
Żoni kkontrollati. 3. (1) Tista’ħtiġi mwaqqfa żona kkontrollata wahda jew aktar
ġewwa xi lokalità  ta’ Kunsill skond ma jista’ jiġi indikat fl-Ewwel
Skeda li fiha jew fihom -
(a) residenti ta’ dik iż-żona li jkun inħarġilhom permess
ta’ residenti għar-rigward tal-vettura tagħhom kif muri
fit-Tieni Skeda, jistgħu dejjem jipparkjaw dik il-
vettura bil-permess mingħajr ebda restrizzjoni ta’
spazju okkupat u perjodi preskritti;
(b) residenti ta’ dik iż-żona li lilhom ikun inħareġ permess
ta’ residenti għar-rigward tal-vettura tiegħu kif muri
fit-Tieni Skeda jista’ dejjem jipparkja dik il-vettura
bil-permess jew f’dik iż-żona jew f’xi żona oħra
ġewwa l-istess lokalità  ta’ Kunsill mingħajr ebda
restrizzjoni ta’ spazju okkupat u perjodi preskritti;
(ċ) is-sewwieq ta’ vettura bla permess ma jistax jipparkja
dik il-vettura matul xi perjodu preskritt indikat fl-
Ewwel Skeda u kif muri f’sinjal tat-traffiku kif indikat
fit-Tielet Skeda kemm-il darba huwa ma jikkonformax
ruħu mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Is-sewwieq ta’ mutur, sew jekk dik il-vettura tkun il-
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI) ġ L.S.363.80 3
proprjetà  tad-detentur ta’ permess ta’ residenti sew jekk le, għandu
dejjem jipparkja l-vettura tiegħu ġewwa ż-żona b’mod mhux
ristrett.
Permess ta’ 
residenti.
4. (1) Il-Kunsill Lokali għandu joħroġ permess ta’ residenti
lil dawk ir-residenti u s-sidien ta’ vetturi reġistrati validament li
jkunu bona fide u joqogħdu ġewwa żona kkontrollata ġewwa l-
lokalità  ta’ Kunsill li jkunu jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà
stabbiliti b’ordni ad hoc ta’ sew il-Ministru responsabbli għat-
trasport sew il-Ministru responsabbli għall-gvern lokali, imwassal
kif imiss lill-Kunsill Lokali jew lill Kunsilli Lokali.
(2) Dak il-permess, kif inhu indikat fit-Tieni Skeda, għandu
essenzjalment jindika l-emblema u l-lokalità  tal-Kunsill Lokali li
jkun qed joħroġha, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura bil-
permess u ż-żona jew żoni kkontrollati li dwarhom tkun tapplika.
Għandu jidher ukoll in-numru tal-permess.
(3) Il-permess ta’ residenti għandu jitwaħħal ħdejn il-licenza
tal-vettura fin-naħa tax-xellug tal-windscreen tal-vettura li jkollha
l-istess numru ta’ reġistrazzjoni bħal dak muri fuq il-permess.
(4) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti huwa residenti kull
min ikun is-sid jew is-sewwieq ta’ vettura u li jkun joqgħod f’xi
fond ġewwa żona kkontrollata għal 186 ġurnata jew iktar f’sena, u
li jkun il-fond normalment iddikjarat bħala tali fir-reġistru
elettorali korrenti.
(5) Meta tinġieb prova li persuna li ma tkunx irceviet permess
tkun residenti bona fide ta’ żona kkontrollata u li tkun tissodisfa l-
kriterji stabbiliti kif imiss u kif preskritti fis-subregolament (1), il-
Kunsill Lokali għandu minnufih joħroġlu permess.
(6) Permess ta’’residenti jkun validu għal sentejn, u jista' jiġi
mġedded fid-Dipartiment tal-Licenzi u Ttestjar f’kull waqt wara li
jiskadi flimkien mal-licenza tal-vettura meta din tasal biex terġa’
tiġġedded.
(7) Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti, l-Karta l-Kaħla ta'
persuna b'diżabilità  maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni
b’Diżabilità , jew kull sinjal ieħor li jkun rikonoxxut
internazzjonalment u li jkun jindika li hemm xi diżabilità ,
għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal permess ta’ residenti.
Parkeġġ ta’ persuni 
bla permess.
L.S. 65.11
5. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolamenti 78 sa 80
tar-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur, ħadd ma jista’ jipparkja xi
vettura bil-mutur f’żona kkontrollata matul il-perjodu preskritt
kemm-il darba -
(a) dik il-vettura ma tkunx vettura bil-permess li s-sid jew
ix-xufier tagħha ma jkollux permess validu ta’
residenti maħruġ mill-Kunsill Lokali ta’ lokalità  fejn
ikun joqgħod dak is-sid jew xufier, u dak il-permess
ikun imwaħħal fin-naħa tax-xellug tal-windscreen
b’mod li jkun jidher minn quddiem;
(b) min ikun ix-xufier jew is-sid tal-vettura bla permess
ma jkunx iħares id-disposizzjonijiet specifiċi li
jirrigwardaw żona kkontrollata skond ma jista’ jiġi
indikat fl-Ewwel Skeda, f’xi sinjal tat-traffiku u fuq
4 L.S.363.80 ħ
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI)
in-naħa ta’ wara tal-kopertura esterna tad-diska tal-
parkeġġ.
Użu ta’ diska tal-
parkeġġ.
6. (1) Kull meta s-sewwieq ta’ vettura bla permess jipparkja
dik il-vettura ġewwa żona kkontrollata, sew jekk matul perjodu
preskritt sew jekk f’xi ħin ieħor, huwa għandu jirregola l-werrej ta’
l-arloġġ fuq il-kartuna li ddur tad-diska tal-parkeġġ tiegħu biex dan
ikun juri b’mod kemm jista’ jkun korrett il-ħin li fih ikun ħalla l-
vettura tiegħu pparkjata fi spazju okkupat.
(2) Id-diska tal-parkeġġ, kif murija fir-Raba’ Skeda għandha
titqiegħed għall-wiri fuq il-wicc tad-dashboard b’mod li tidher u
tinqara sew min-naħa ta’ barra tal-windscreen.
(3) Vettura bla permess m’għandhiex tibqa’ pparkjata matul
perjodu preskritt għal żmien li jeccedi l-perjodu preskritt restrittiv
indikat fl-Ewwel Skeda għal dik iż-żona kkontrollata u murija fis-
sinjal tat-traffiku mwaħħal fid-dintorni.
(4) Vettura bla permess m’għandhiex terġa’ lura fl-istess żona
kkontrollata matul perjodu preskritt għal dak iż-żmien li jkun
jeċċedi l-perjodu preskritt ta’ tbegħid indikat fl-Ewwel Skeda għal
dik iż-żona kkontrollata u murija fis-sinjal tat-traffiku mwaħħal
fid-dintorni.
(5) Dak is-sewwieq jew sid tal-vettura bla permess għandu
wkoll iħares għalkollox l-istruzzjonijiet mogħtija fuq in-naħa ta’
wara tal-kopertura esterna tad-diska tal-parkeġġ.
Reati. 7. Kull min, matul il-perjodu preskritt u f’żona kkontrollata -
(a) jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura bil-permess li tkun
ipparkjata u li fuq dik il-vettura ma jkollux, jew il-
permess ta’ residenti għal dik iż-żona jew xi żona oħra
permessa, jew il-Karta l-Kaħla maħruġa mill-
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità , jew kull
sinjal ieħor li jkun rikonoxxut internazzjonalment u li
jkun jindika li hemm xi diżabilità , murijin sew, jew 
(b) jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura bla permess li tkun
ipparkjata u li ġo fiha ma tkunx murija sew diska tal-
parkeġġ, jew
(ċ) jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura li tkun ipparkjata u
li fuqha ma jkunu murija sew la permess ta’ residenti u
lanqas diska tal-parkeġġ, jew
(d) jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura bla permess li tkun
ipparkjata u li jkollha ħin ta’ parkeġġ mhux korrett
indikat fuq l-arloġġ fid-diska tal-parkeġġ, jew
(e) jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura bla permess li tkun
ipparkjata għal perjodu li jkunjeccedi l-perjodu
preskritt restrittiv, jew
(f) jerġa’ lura biex jipparkja jew ikun is-sid ta’ vettura bla
permess li terġa’ tiġi pparkjata fl-istess żona
kkontrollata fil-perjodu preskritt ta’ tbegħid,
ikun ħati ta’ reat u jista’, meta jinsab ħati, jeħel ammenda ta’ mhux
anqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsa u għoxrin lira għal
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI) ġ L.S.363.80 5
kull wieħed mir-reati imsemmija f’dan ir-regolament.
6 L.S.363.80 ħ
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI)
L-EWWEL SKEDA
Regolament 3(1)
Kunsilli Lokali, Żoni Kkontrollati u Perjodi Preskritti
(a) Rabat (Citta Victoria) u Fontana, Għawdex
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sas-13.00 u mill-16.00 sas-19.00
Is-Sibt mit-08.00 sas-13.00
Żona A: Il-qalba popolata tal-belt madwar It-Tokk minbarra Iċ-Ċittadella, u
inkluża l-area bejn Triq Sant’Ursola, Triq il-Kappillan Hili (Fontana), Pjazza San
Franġisk, Triq Putirjal u Triq il-Kapuċċini. Parkeġġ għal 60 minuta - Ma tistax terġa’
lura għal 60 minuta.
Żona B: L-area ta’ madwar Żona A, hawn ukoll minbarra Iċ-Ċittadella. Parkeġġ
għal 120 minuta - Ma tistax terġa’ lura għal 60 minuta.
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI) ġ L.S.363.80 7
IT-TIENI SKEDA
Regolament 3(1)(a)
Permess ta’ Residenti
8 L.S.363.80 ħ
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI)
IT-TIELET SKEDA
Regolament 3(1)(b)
Sinjal tat-Traffiku
SKEMI TA’ IPPARKJAR KONTROLLAT 
(RESIDENZJALI U KUMMERĊJALI) ġ L.S.363.80 9
IR-RABA’ SKEDA
Regolament 4(2)
Id-Diska tal-Parkeġġ
