ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN) ġ L.S.363.81 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.81
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI IKLIN)
11 ta’ Jannar, 2002
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 28/18/2001.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Iklin).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xogħol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Iklin;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Iklin.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida (bħal meta ma jkunx
hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti), iħassar xi kors li
jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li Kunsill
jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-tfal
skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti
reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.81 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità  iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill iħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi wieħed mill-
każijiet li ġejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat, jitħallas lura d-dritt sħiħ;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jitħallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm jirrappreżenta
l-proporzjon li l-għadd ta’ sessjonijiet li jifdal ikollu
għall-għadd totali ta’ sessjonijiet għal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew għal xi raġuni
valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx intitolata
għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Finanzjament tal-
korsijiet.
7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tar-residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew kull persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-korsijiet
lilu awtorizzati bil-miktub taħt l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma jistax jitlob ħlas
aktar mid-drittijiet imniżżla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN) ġ L.S.363.81 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Lingwi ........................................... mhux aktar minn Lm30
Artiġjanat u Hobbies ...................... mhux aktar minn Lm30
Arti ................................................ mhux aktar minn Lm30
Ħarġiet ........................................... mhux aktar minn Lm5
Skola Sajf ....................................... mhux aktar minn Lm20
Computer ....................................... mhux aktar minn Lm40
Xogħol tal-Palk .............................. mhux aktar minn Lm40
L-Ewwel Għajnuna ......................... mhux aktar minn Lm15
Sports ............................................ mhux aktar minn Lm40
