ĦARSIEN TAL-PONT TA’ WIED ID-DIS 
(KUNSILL LOKALI GĦARGĦUR) ġ L.S.363.83 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.83
BYE-LAWS DWAR IL-ĦARSIEN TAL-PONT TA’ 
WIED ID-DIS (KUNSILL LOKALI GĦARGĦUR)
15 ta’ Frar, 2002
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 24/1/2002.
Titolu.
tal-Pont ta’ Wied id-Dis (Kunsill Lokali Għargħur).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"għamara tat-triq" tinkludi kull oġġett li jista’ jitqiegħed jew
jitwaħħal ma’ l-art jew li jitpoġġa jew jitwaħħal mal-ħajt jew ma’
xi parti oħra tal-Pont;
"il-Pont" tfisser il-pont ta’ fuq Wied id-Dis ġewwa l-lokalità  tal-
Għargħur, u tinkludi l-ħitan, l-attrezzaturi u t-triq li tgħaddi minn
fuq il-pont;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Għargħur;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ l-Għargħur;
"reklam" tfisser kull xorta ta’ reklam, inkluża kull promozzjoni
kummerċjali jew mhux, u tinkludi wkoll kull avviż, notifika jew
messaġġ ieħor stampat jew bil-kitba;
"vettura" tinkludi kull karrozza, mutur jew xi vettura oħra li
tintuża bħala mezz ta’ trasport, kemm jekk tkun vettura bil-mutur u
kemm jekk ma tkunx, iżda ma tinkludix bicycle jew scooter.
Projbizzjonijiet.
miktub tal-Kunsill -
(a) jitla’ jew jinżel, permezz ta’ ħbula jew mezzi oħra,
ma’ xi parti tal-Pont;
(b) jagħmel xi tip ta’ rbit mal-Pont permezz ta’ ħbula jew
mezzi oħra;
(ċ) iwaħħal xi tabella, banner, sticker jew reklam ma’ xi
parti tal-Pont;
(d) iwaħħal jew ipoġġi xi għamara tat-triq ma’ jew fuq il-
Pont;
(e) jipparkja xi vettura fuq il-Pont.
Penali.
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra:
(a) għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin lira
(Lm20);
(b) għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
2 L.S.363.83 ħ
ĦARSIEN TAL-PONT TA’ WIED ID-DIS 
(KUNSILL LOKALI GĦARGĦUR)
lira (Lm30); u
(ċ) fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ hames liri
(Lm5) għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
Danni ċivili. 5. L-għoti ta’ piena taħt dawn il-Bye-Laws jkun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor id-danni ċivili kollha li jkunu saru
bl-għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws, inkluż id-
dritt li jagħmel it-tiswija meħtieġa bi spejjeż tal-persuna misjuba
ħatja.
