KONTROLL TA’ ĦMIEĠ MINN ŻWIEMEL 
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.86 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.86
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ ĦMIEĠ 
MINN ŻWIEMEL (APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
15 ta’ April, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 67 ta’ l-2002.
Titolu.
Kontroll ta’ Ħmieġ minn Żwiemel (Applikazzjoni Generali).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"borża awtorizzata" tfisser borża awtorizzata mid-Dipartiment,
disinjata kif inhu indikat fl-Iskeda B, provduta mill-Kunsill u li
għandha tintrabat maż-żiemel u mal-karrozzin bl-iskop li l-ħmieġ
taż-żiemel jaqa’ u jibqa’ fiha;
"Dipartiment " tfisser id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali;
"karrozzin" tfisser karrozzin li jkollu liċenza għat-trasport tan-
nies u li jkun miġbud minn żiemel;
"Kunsill" tfisser Kunsill Lokali kif stabbilit fl-Att;
"lokalità " għandha l-istess tifsir mogħti lilha fl-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali;
"skip magħluq" tfisser reċipjent li jingħalaq b’għatu, kemm jekk
ikun fuq ir-roti kemm jekk le, kemm tal-metall kemm ta’ materjal
ieħor, li jiġi provdut mill-Kunsill f’post li normalment jintuża minn
karrozzin, u li jkun immarkat biex jintuża biss għar-rimi ta’ ħmieġ
miż-żiemel, u dak l-iskip għandu jitqiegħed f’dak il-lok li l-Kunsill
jawtorizza;
"triq" tinkludi kull triq, sqaq, misraħ, pont, moll, jew post ieħor
ta’ passaaġ jew aċċess pubbliku.
Applikazzjoni għal 
borża awtorizzata.
3. (1) Mingħajr preġudiżju għal kull liċenza oħra meħtieġa
għal użu ta’ karrozzin fi triq, persuna għandha tapplika għand il-
Kunsill tal-lokalità  fejn normalment tuża l-karrozzin, sabiex tiġi
provduta borża awtorizzata bi ħlas ta’ dritt ta’ għaxar liri.
(2) Id-disinn, il-kejl, il-kulur u l-materjal użat fil-produzzjoni
tal-borża awtorizzata jkunu dawk kif indikat fl-Iskeda B.
(3) Din il-borża awtorizzata għandha tintrabat f’kull ħin maż-
żiemel u mal-karrozzin bil-għan li jiġi evitat il-ħmieġ jaqa’ għal
fuq it-triq.
(4) L-applikazzjoni għall-borża awtorizzata għandha ssir fuq
il-formola fl-Iskeda A u l-borża awtorizzata għandha tingħata mill-
Kunsill wara li ssir dik l-applikazzjoni.
Użu tal-borża 
awtorizzata.
4. Kull min ikollu karrozzin taħt il-kontroll tiegħu f’xi triq,
għandu f’kull waqt jara li l-borża awtorizzata tkun f’kondizzjoni
tajba, kif ukoll li tkun marbuta sew f’postha maż-żiemel u mal-
2 L.S.363.86 ħ
KONTROLL TA’ ĦMIEĠ MINN ŻWIEMEL 
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
karrozzin sabiex jiġi evitat f’kull ħin li jaqa’ xi ħmieġ fit-triq.
Rimi ta’ ħmieġ fi 
skips provduti.
5. Il-ħmieġ li jaqa’ fil-borża awtorizzata għandu jinġabar
f’borża tal-plastic u jintrema minn min ikollu karrozzin taħt il-
kontroll tiegħu, fi skip magħluq provdut għal dan il-għan mill-
Kunsill li fil-lokalità  tiegħu normalment joperaw il-karozzini.
Reati u pieni. 6. Kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jkun ħati ta’ kontravvenzjoni u jista’ jeħel, meta jinsab
ħati, sakemm ma tkunx applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra:
(a) għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għaxar liri;
(b) għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni sussegwenti, ammenda ta’ għoxrin
lira.
KONTROLL TA’ ĦMIEĠ MINN ŻWIEMEL 
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.86 3
SKEDA A
(Regolament 3)
Applikazzjoni għall-provvista ta’ borża awtorizzata għall-kontroll ta’ ħmieġ
minn żwiemel użati fit-trasport ta’ nies
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Indirizz ta’ l-Applikant: ........................................................................................
..........................................................................................
Numru tal-Karta tal-Identità : ......................................
Liċenza Numru ...............................................
Firma ta’ l-Applikant: ........................................... Data: ......................................
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Għall-Użu Uffiċjali
Numru ta’ l-applikazzjoni: ......................................
Dritt imħallas: Lm ........................... Riċevuta Numru: .........................................
Firma: .................................................................... Data ......................................
Kariga: ..................................... Timbru tal-Kunsill:
4 L.S.363.86 ħ
KONTROLL TA’ ĦMIEĠ MINN ŻWIEMEL 
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI)
SKEDA B
(Regolament 3)
Disinn tal-Borża Awtorizzata
Dettalji Tekniċi
Materjal: PVC
Kulur: Iswed
Ċineg: PVC, suwed li jintrabtu bil-velcro mal-kwart u mal-braga
Borża li tiżżarma: Ta’ l-istess lewn u materjal li titwaħħal bil-velcro
KONTROLL TA’ ĦMIEĠ MINN ŻWIEMEL 
(APPLIKAZZJONI ĠENERALI) ġ L.S.363.86 5
