DELEGA TA’ STALLAZZJONIJIET TA’ 
TIDWIL TAT-TOROQ LIL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.91 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.91
ORDNI DWAR ID-DELEGA TA’ 
STALLAZZJONIJIET TA’ TIDWIL TAT-TOROQ
LIL KUNSILLI LOKALI
17 ta’ Mejju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 114 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviżi Legali 20, 43,
105 u 113 ta’ l-2003.
Titolu.
Stallazzjonijiet ta’ Tidwil tat-Toroq lil Kunsilli Lokali.
Funzjonijiet 
delegati.
Kap. 363.
2. (1) Skond l-artikolu 33(1)(n) ta’ l-Att dwar il-Kunsilli
Lokali -
(a) l-installazzjoni tas-sistemi kollha ġodda ta’ tidwil fit-
toroq, u
(b) il-manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet tat-tidwil kollu
fit-toroq, minbarra dawk elentati fl-Ewwel Skeda,
jkunu funzjoni li qegħda b’dan tiġi delegata lil kull
Kunsill Lokali għar-rigward ta’ stallazzjonijiet fil-
lokalità  tiegħu.
(2) Id-delega hawn aktar qabel imsemmija għandha sseħħ
għar-rigward ta’ kull Kunsill Lokali sa mid-data murija għar-
rigward ta’ dak il-Kunsill Lokali fit-Tieni Skeda:
Iżda meta jiġi indikat li dik id-data effettiva tkun għad trid
tiġi stabbilita, dik id-data għandha tiġi stabbilita b’Ordni tal-
Ministru.
L-istallazzjonijiet, 
eċċ., ikunu skond 
ir-regolamenti u l-
ktejjeb maħruġa 
minn Enemalta.
Kap. 272.
3. L-istallazzjonijiet kollha u l-manutenzjoni ta’ dawk l-
istallazzjonijiet għandhom isiru, skond il-każ, strettament skond ir-
regolamenti magħmula mill-Korporazzjoni Enemalta skond l-Att
dwar l-Enemalta u wkoll skond livelli, speċifikazzjonijiet, metodi
tax-xogħol u proċeduri stabbiliti bil-pubblikazzjoni "Street
Lighting Devolution Manual" - Riferenza tad-Dokument Nru
SLDM-01, pubblikata mill-imsemmija Korporazzjoni, kif emendata
minn żmien għal żmien, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"Manual".
2 L.S.363.91 ħ
DELEGA TA’ STALLAZZJONIJIET TA’ 
TIDWIL TAT-TOROQ LIL KUNSILLI LOKALI
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 2(1)
Ħwejjeġ esklużi mir-responsabbiltà  tal-Kunsilli Lokali
Il-klawsola 9.2 tal-Manual imsemmi fir-regolament 3 ta’ dawn ir-regolamenti
għandha tistabbilixxi l-ħwejjeġ u x-xogħlijiet li huma esklużi mir-responsabbiltà  tal-
Kunsilli Lokali.
Id-database, proprjetà  ta’ Enemalta, inklużi l-pjanijiet u kull informazzjoni oħra
teknika, prodotti mill-Korporazzjoni Enemalta skond il-klawsola 9.2(iv) ta’ l-
imsemmi Manual, għandhom jitqiesu bħala l-bażi uffiċjali minn fejn jistgħu jinkisbu
l-lokalizzazzjoni, l-enumerazzjoni, it-tqassim f’kategorija u l-informazzjoni
statistika relatati mas-sistemi ta’ tidwil fit-toroq.
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 20 ta’ l-2003;
A.L. 43 ta’ l-2003;
A.L. 105 ta’ l-2003;
A.L. 113 ta’ l-2003.
Artikolu 2(2)
Kunsill Lokali Data tad-Delega effettiva
Qormi, Birkirkara, Gżira, Ħamrun, Msida,
Pembroke, Pietà , San Ġiljan, San Ġwann, Santa
Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex
1 ta’ Ġunju, 2002
Għargħur, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar u San
Pawl il-Baħar
16 ta’ Diċembru, 2002
Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala, Mqabba, Qrendi,
Safi, Żurrieq, Żabbar u Żejtun
30 ta’ Diċembru, 2002
Birgu, Isla, Bormla, Fgura, Floriana, Kalkara, Luqa,
Marsa, Paola, Santa Luċija, Tarxien, Xgħajra, Gudja,
Birżebbuġa
26 ta’ Marzu, 2003
Mdina, Żebbuġ (Malta), Siġġiewi, Attard, Balzan,
Dingli, Iklin, Lija, Mtarfa, Rabat (Malta)
28 ta’ Marzu, 2003
Valletta Għad irid jiġi stabbilit
Kirkop Għad irid jiġi stabbilit
Rabat (Għawdex), Fontana, Għajnsielem, Għarb,
Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, San
Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ
(Għawdex).
13 ta’ Marzu, 2003
