REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.92 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.92
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
18 ta’ Lulju, 2002
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 27/6/2002.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Ħamrun).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbiltà  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda fuqu, u tinkludi dustbins, skips u bins on
wheels, bankijiet, qsari, ċnut, ħitan, balavostri, kolonni,
roundabouts, central strips u traffic islands;
"Kunsill' tfisser il-Kunsill Lokali Ħamrun;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesibixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull xorta ta’ promozzjoni kemm kummerċjali
kemm ta’ xort’oħra, u tinkludi avviż.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesibixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
ta’ Ħamrun mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub għal dan il-għan li ssir lill-Kunsill, jew
wara sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-ħtiġiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawk il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
2 L.S.363.92 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq ukoll billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-każ, l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal xi
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew ogħla minn dak il-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt jew b’xi kondizzjonijiet
differenti minn dawk stipulati fil-kuntratt oriġinali.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta li tkun ġiet milqugħa:
Iżda ukoll il-Kunsill jista’ jeżenta lill-għaqdiet volontarji li
jiffunzjonaw mil-lokalità , għaqdiet parrokkjali u għaqdiet
filantropiċi, jew lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern
imniżżlin fit-Tmien Skeda ta’ l-Att milli jħallsu dan id-dritt, wara li
dawn jagħmlu talba bil-miktub għal dan il-għan.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt kull liġi oħra.
3.7 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
għandu jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li
għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda ta’ għoxrin lira għal dik il-kontravvenzjoni, fiimkien ma’
ammenda oħra ta’ mhux inqas minn lira u mhux aktar minn ħames
liri, għal kull ġurnata li tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
Tneħħija tar-
reklam.
5. Il-Kunsill ikollu l-jedd illi jneħħi kull reklam illi jitwaħħal
mingħajr awtorizzazzjoni kif ukoll kull reklam illi jkun skadielu ż-
żmien li għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni u dan bi spejjeż tal-
persuna illi tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-
Bye-Laws jew ta’ xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija taħt
dawn il-Bye-Laws.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.92 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq
Qisien Dritt dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.5 metru kwadru Lm3 Lm5 Lm20
sa 1.0 metru kwadru Lm6 Lm10 Lm50
sa 2.0 metri kwadri Lm12 Lm20 Lm100
Iktar minn 2.0 metri kwadri Lm2 kuljum (suġġett għal minimu ta’ Lm40)
