ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI BALZAN) ġ L.S.363.96 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.96
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI BALZAN)
8 ta’ Mejju, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 13/1/2003.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Balzan).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xogħol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Balzan;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Balzan.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu adatti:
Iżda l-Kunsill jista’, għal raġuni valida, (bħal meta ma
jkunx hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti), iħassar xi kors
li jkun diġà  tħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu adatt u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti jew għat-tfal
skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 L-eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu adatti.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha tagħmel
applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet disponibbli għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti
reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew,
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien, bil-
polza;
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
2 L.S.363.96 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI BALZAN)
residenti fil-lokalità  iżda mhux reġistrati bħala
votanti hemmhekk, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
4.3 Il-Kunsill iżomm id-dritt li ma jagħmilx xi kors jekk ma
jkunx hemm għadd ta’ applikazzjonijiet biżżejjed.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Meta jsiru l-applikazzjonijiet, għandu jsir il-ħlas stabbilit
fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni dwaru, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill iħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi wieħed mill-
każijiet li ġejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat, jitħallas lura d-dritt sħiħ;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jitħallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm ikun
jirrappreżenta l-proporzjon li l-għadd ta’ sessjonijiet
li jifdal ikollu fuq għadd totali ta’ sessjonijiet għal
dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew li għal xi raġuni
valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tibqa’ tattendi, ma tkunx
intitolata għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Finanzjament tal-
korsijiet.
7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tal-persuni residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew lil xi persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri li japplikaw għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-
korsijiet lilu awtorizzati bil-miktub taħt l-istess pattijiet u
kondizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI BALZAN) ġ L.S.363.96 3
jistax jitlob ħlas ogħla minn dak stipulat fl-Iskeda.
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Lingwi ........................................... mhux aktar minn Lm35
Artiġjanat u Hobbies ...................... mhux aktar minn Lm35
Arti ................................................ mhux aktar minn Lm20
Ħarġiet ........................................... mhux aktar minn Lm15
Computer ....................................... mhux aktar minn Lm40
L-Ewwel Għajnuna ......................... mhux aktar minn Lm20
Sports ............................................ mhux aktar minn Lm20
Snajja ............................................. mhux aktar minn Lm30
Drama ............................................ mhux aktar minn Lm30
Parental Crafts/Life Skills .............. mhux aktar minn Lm30
Taħdit fil-Pubbliku ......................... mhux aktar minn Lm35
Communication Skills ..................... mhux aktar minn Lm35
Arranġamenti tal-Fjuri .................... mhux aktar minn Lm35
Xogħol fil-Ġnien ............................ mhux aktar minn Lm35
Presepji .......................................... mhux aktar minn Lm35
