EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġ L.S.364.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.01
ORDNI DWAR EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
24 ta’ Frar, 1958
In-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN bid-data ta’ l-24 ta’ Frar, 1958
u 4 ta’ l-1974, u l-AVVIŻI LEGALI 50 ta’ l-1990, 193 ta’ l-1991, 14 ta’ l-
1992, 141 u 275 ta’ l-1993, 37 u 54 ta’ l-1994, 55 ta’ l-1996, 23 ta’ l-1998,
196 u 197 ta’ l-1999, 90 ta’ l-2000 u 172 ta’ l-2001, konsolidati.
Titolu.
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Eżenzjoni mit-
Taxxa.
Kap. 364.
2. Id-dokumenti u trasferimenti li ġejjin għandhom, bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti, jitqiesu bħala dokumenti u trasferimenti speċifikati
u eżentati mill-ħlas tat-taxxa għal kollox jew f’parti:
Avviż datat 
24.2.58.
(a) (i) Kull għodda li biha xi vettura tal-biedja tiġi
trasferita jew assenjata.
(ii) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, "vettura tal-
biedja" tfisser kull vettura mmexxija minn
qawwa mekkanika, maħsuba u użata biss għal
skopijiet tal-biedja, u l-kelma "trasferiment"
tinkludi wkoll il-bejgħ jew it-trasferiment fuq is-
sistema hire-purchase.
N.G. 4 ta’ l-1974.
dividendi.
(ii) Din l-eżenzjoni tkun tgħodd biss jekk ċertifikat
maħruġ mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni jiġi
mehmuż ma’ l-att relattiv biex juri li dik il-
proprjetà  ġiet għand il-ko-dividendi permezz ta’
suċċessjoni jew legat li dwarhom it-taxxi mposti
mill-Ordinanza dwar it-Taxxi tas-Suċċessjoni u
Donazzjoni, jew mill-Att dwar it-Taxxa tal-
Mewt u tad-Donazzjoni, huma mħallsa.
(iii) L-istess eżenzjoni għandha tgħodd ukoll, mutatis
mutandis, dwar atti ta’ ħlas ta’ legati ta’
proprjetà  immobbli.
A.L. 50 ta’ l-1990.
tiġi imposta bis-saħħa ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti ma għandhiex tinġabar fuq
l-irċevuta ta’ ħlasijiet magħmulin mill-Gvern lill-
Kurja Arċiveskovili rigward il-Ftehim ta’ Għajnuna
mill-Gvern lill-Iskejjel tal-Knisja u bis-saħħa tal-
Ftehim milħuq bejn in-Nunzju Appostoliku u l-
Ministru ta’ l-Edukazzjoni fl-istess data.
A.L. 193 ta’ l-
1991.
(d) It-taxxa li għandha titħallas skond l-artikolu 38(1) ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
għat-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli li jsir taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda msejħa "Skema ta’ l-1990
2 L.S.364.01 ħ
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
għax-Xiri ta’ Djar ta’ Abitazzjoni tal-Gvern (Skema
E)" li tinsab mar-Regolamenti ta’ l-1990 biex iħajru
Persuni jsiru Sid Darhom (Skema ghax-Xiri ta’ Djar
ta’ Abitazzjoni tal-Gvern) pubblikati bl-Avviż Legali
139 ta’ l-1990, għandha tinġabar fuq il-prezz sussidjat.
A.L. 14 ta’ l-1992. (e) It-taxxa li għandha titħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
dwar il-ħruġ u kull trasferiment sussegwenti tas-6%
Unsecured Investment Finance Bank Bonds, 1997
għandha tkun eżentata mill-ħlas.
A.L. 141 ta’ l-
1993.
(f) (i) Rigward taxxa dovuta fuq it-trasferiment ta’
residenza unika u ordinarja, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32 ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
daqslikieku minflok il-kliem "għandha l-ewwel
tinħadem taxxa għar-rigward taċ-ċens
kapitalizzat bil-ħamsin fil-mija" fis- subartikolu
(4)(b)(ii) tiegħu kellu jidħol il-kliem "għandha l-
ewwel tinħadem taxxa għar-rigward taċ-ċens
bil-ħamsin hl-mija"; u
(ii) Rigward dikjarazzjonijiet causa mortis, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 33 fit-test
Maltita’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti, daqslikieku minflok il-kliem "lilu
trasferita proprjetà  causa mortis" fis-subartikolu
(1) tiegħu, kellu jidħol il-kliem "lilu trasferita
proprjetà  immobbli causa mortis".
A.L. 37 ta’ l-1994. (g) It-trasferiment ta’ titoli fil-Borża ta’ Malta għandha
tkun ħielsa mit-taxxa b’seħħ, skond kif japplika, mid-
dati msemmija fl-artikolu 1 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti.
A.L. 54 ta’ l-1994. (h) It-trasferiment tal-proprjetà  immobbli (art u bini) li
tappartjeni lil Marina Milling and Grain Handling Co.
Limited, Triticum Limited, Pisani Flour Mills Limited,
St Joseph Flour Mills Co. Limited, Zerafa Brothers
Limited, u St Publius Flour Mills Co. Limited, mill-
imsemmija kumpanniji għal Federated Mills Limited.
A.L. 55 ta’ l-1996. (i) It-taxxa li mod ieħor kienet tiġi imposta bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 42 ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq it-
trasferiment ta’ valuri negozjabbli bejn konjugi wara
separazzjoni konsenswali jew ġudizzjarja, ma
għandhiex tinġabar.
A.L. 23 ta’ l-1998. (j) It-taxxa li mod ieħor kienet tiġi imposta bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27 ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti ma għandhiex
tinġabar fuq poloz ta’ assigurazzjoni hawn taħt
imsemmija:
Aviation;
Marine Cargo;
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġ L.S.364.01 3
Marine Hull or Boat; u
Export Credit and Suretyship.
A.L. 275 ta’ l-
1998.
(k) B’seħħ mill-1 ta’ Jannar, 1999, iż-żieda fit-taxxa li
mod ieħor kienet tiġi imposta bis-saħħa ta’ l-artikolu
32(2) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti fuq trasferimenti ta’ proprjetà  immobbli
li jeħtieġu permess mill-Ministru taħt l-Att dwar l-
Akkwist ta’ Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux
Residenti, u sakemm l-applikazzjoni għal dan il-
permess lill-Ministru tkun saret wara l-31 ta’
Diċembru, 1998, tkun imnaqqsa għal tlieta fil-mija ta’
l-ammont jew tal-valur ta’ dak li jingħata bi ħlas għat-
trasferiment tal-proprjetà  immobbli jew tal-valur tal-
proprjetà  immobbli, skond liema jkun l-akbar.
A.L. l96 ta’ l-1999.
kienet tiġi imposta bis-saħħa ta’ l-artikolu 32(1) ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti,
tkun imnaqqsa għal Lm5 fuq kull Lm l00 jew parti
minnha ta’ l-ammont jew tal-valur ta’ dak li jingħata
bil-ħlas tal-ħaġa trasferita jew tal-valur ta’ dik il-ħaġa,
liema jkun l-aktar.
A.L. 197 ta’ l-
1999.
(m) B’seħħ mit-23 ta’ Novembru, 1999, iż-żieda fit-taxxa
li mod ieħor kienet tiġi imposta bis-saħħa ta’ l-artikolu
32(2) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti fuq trasferimenti ta’ proprjetà  immobbli
li jeħtieġu permess mill-Ministru taħt l-Att dwar 1-
Akkwist ta’ Proprjetà  Immobbli minn Persuni mhux
Residenti, u fejn l-applikazzjoni għal dan il-permess
lill-Ministru tkun saret wara t-22 ta’ Novembru, 1999,
ma għandħiex tinġabar.
A.L. 90 ta’ l-2000.
tkun imposta skond l-artikolu 36 ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti dwar xi ċessjoni
ta’ dritt li jinvolvi "proprjetà  intellettwali", li titfisser
għall-fini ta’ din l-eżenzjoni bħala "kull trademark,
drittijiet ta’ l-awtur, dritt ta’ disinn jew kull dritt ieħor
simili sew jekk reġistrat taħt il-liġi nazzjonali sew jekk
ma jkunx", ma għandhiex tinġabar.
A.L. 172 ta’ l-
2001.
(o) Mill-1 ta’ Ġunju, 2001, it-taxxa li xort’oħra kienet
tkun imposta skond l-artikolu 36 ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumeni u Trasferimenti dwar xi
operazzjonijiet internazzjonali ta’ factoring ma
għandhiex tinġabar sakemm dawn l-operazzjonijiet
ikunu saru minn entitajiet reġistrati u liċenzjati jew
bħala banek jew bħala istituzzjonijiet finanzjarji
f’Malta u kemm id-debitur kemm il-klijent ta’ dawk l-
entitajiet għar-rigward ta’ xi assenjazzjoni li jkollha
x’taqsam ma’ l-operazzjoniiet internazzjonali ta’
factoring ikunu sitwati barra minn Malta.
