POLOZ TA’ ASSIGURAZZJONI 
(ĦLAS F’DAQQA TA’ TAXXA) ġ L.S.364.02 1
ĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.02
REGOLAMENTI DWAR POLOZ TA’ 
ASSIGURAZZJONI (ĦLAS F’DAQQA TA’ TAXXA)
4 ta’ Ġunju, 1982
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1982.
Titolu.
Poloz ta’ Assigurazzjoni (Ħlas f’daqqa ta’ Taxxa).
Ħlas f’daqqa ta’ 
taxxa.
2. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, il-Kummissarju jista’ jawtorizza li l-ħlas ta’ taxxa fuq
poloz ta’ assigurazzjoni jista’ jsir f’daqqa.
(2) L-ammont totali ta’ taxxa mħallsa b’dak il-mod ma jkun
qatt inqas mit-total li kien ikollu jitħallas kieku t-taxxa tħallset
individwalment.
(3) Il-ħlas tat-taxxa jsir f’dawk l-intervalli li l-Kummissarju
jista’ jordna.
Il-Kummissarju 
jikkontrolla taxxa 
fuq poloz ta’ 
assigurazzjoni.
3. Il-Kummissarju għandu jeżerċita dak il-kontroll li jidhirlu
meħtieġ dwar il-ħlas tat-taxxa fuq poloz ta’ assigurazzjoni, it-
tiżmim ta’ records xierqa ta’ dawk il-poloz u kull ħwejjeġ oħra
anċillari.
Pieni.
(a) tonqos li tħares xi ħtieġa tal-Kummissarju maħruġa
skond dawn ir-regolamenti; jew
(b) ma tħallix jew tfixkel lill-Kummissarju milli jeżerċita
dak il-kontroll li jidhirlu xieraq għall-finijiet ta’ dawn
ir-regolamenti,
teħel penali ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(2) Il-Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaħfer jew
inaqqas kull penali li persuna tkun weħlet taħt is-subregolament
(1).
