UŻU TA’ MAKNI TA’ 
AFFRANKAMENT ġ L.S.364.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.03
REGOLAMENTI DWAR L-UŻU
TA’ MAKNI TA’ AFFRANKAMENT
13 ta’ Marzu, 1984
L-AVVIŻ LEGALI 21 ta’ l-1984.
Titolu.
Użu ta’ Makni ta’ Affrankament.
Tifsir.
"makna ta’ affrankament" tfisser kull makna wżata biex turi l-
ħlas fuq dokumenti permezz ta’ boll mekkaniku fuqhom;
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa skond ir-regolament 4;
"detentur ta’ liċenza" tfisser il-persuna li lilha tkun inħarġet
liċenza taħt dawn ir-regolamenti biex tħaddem makna ta’
affrankament.
Użu ta’ makna ta’ 
affrankament 
liċenzjata.
3. Ebda persuna ma tista’ tuża makna ta’ affrankament kemm-
il darba -
(a) ma tkunx ta’ xorta approvata mill-Kummissarju; u
(b) ma tkunx inħarġet liċenza mill-Kummissarju għall-użu
tagħha.
Kondizzjonijiet 
għall-użu ta’ 
makna ta’ 
affrankament.
4. Fuq applikazzjoni bil-miktub minn xi persuna għall-użu ta’
makna ta’ affrankament il-Kummissarju jista’ joħroġ liċenza
għaliha taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Użu tajjeb ta’ 
makna ta’ 
affrankament.
5. (1) Makna ta’ affrankament liċenzjata taħt dawn ir-
regolamenti ma għandhiex titbagħbas b’xi mod lanqas ma għandu
jitkisser is-siġill tagħha ħlief minn jew fuq l-istruzzjonijiet tal-
Kummissarju.
(2) Jekk makna ma tkomplix taħdem tajjeb l-użu tagħha għandu
jitwaqqaf minnufih u d-detentur tal-liċenza għandu javża minnufih
lill-Kummissarju.
(3) Barra minn hekk dik il-makna għandha tkun disponibbli
għal spezzjon f’kull ħin xieraq mill-Kummssarju jew minn kull
uffiċjal awtorizzat minnu kif imiss għal hekk.
Boll magħmul 
minn makni ta’ 
affrankament 
għandu jkun 
jinqara.
6. Il-boll li juri l-ħlas ta’ taxxa magħmul b’makna ta’
affrankament liċenzjata taħt dawn ir-regolamenti għandu jkun
jinqara tajjeb għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju.
Detentur ta’ 
liċenza jagħmel 
tajjeb għal telf ta’ 
flus.
7. Id-detentur ta’ liċenza ta’ makna ta’ affrankament għandu
jagħmel tajjeb favur il-Kummissarju għal kull telf ta’ dħul ta’ flus
li jkun hemm minħabba li l-makna ta’ affrankament tonqos li
tirreġistra l-boll li juri l-ħlas tat-taxxa.
Penali.
dawn ir regolamenti tista’ teħel penali ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew ir revoka tal-liċenza, jew it-tnejn.
