TAXXA FUQ FOROM TA’ ĊEKKIJIET ġ L.S.364.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.04
REGOLAMENTI DWAR TAXXA
FUQ FOROM TA’ ĊEKKIJIET
1 ta’ Ġunju, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 112 ta’ l-1989.
Titolu.
Taxxa fuq Forom ta’ Ċekkijiet.
Ħlas ta’ taxxa fuq 
forom taċ-ċekk.
2. Il-ħlas ta’ taxxa fuq forom ta’ ċekkijiet provduti jew
maħruġa minn xi persuna li tmexxi xogħol bankarju f’Malta għandu
jsir qabel il-provvista jew ħruġ taċ-ċekkijiet imsemmija, b’dak il-
mod li l-Kummissarju jista’ minn żmien għal żmien jistabilixxi.
Tagħrif jiġi indikat 
fuq forom ta’ 
ċekkijiet.
3. Forom ta’ ċekkijiet li fuqhom tkun tħallset it-taxxa kif
provdut fir-regolament 2 għandhom fuq kull waħda minn dawk il-
forom jiġu stampati b’numru ta’ serje xieraq flimkien ma’ l-isem
tal-bank li joħroġ il-forma ta’ ċekk. 
