APPELLI LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI 
SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI ġ L.S.364.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.05
REGOLI DWAR APPELLI
LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI SPEĊJALI
GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI
2 ta’ Frar, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 10 ta’ l-1990.
Titolu.
ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti.
Tifsir.
Kap. 364.
2. (1) F’dawn ir-regoli, "l-Att" tfisser l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti.
(2) Il-kliem u l-frażijiet użati f’dawn ir-regoli għandu jkollhom
l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att.
Tlaqqigħ tal-Bord.
minn żmien għal żmien.
Astensjoni minn u 
rikuża ta’ membri.
Kap. 12.
4. (1) Iċ-Chairman u kull membru tal-Bord jista’ jastjeni
milli joqghod fuq il-Bord jew jista’ jiġi rikużat għal kull waħda
mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull kwistjoni dwar każ ta’ astensjoni jew rikuża, u kull
kwistjoni dwar proċedura, għandha tiġi deċiża miċ-Chairman tal-
Bord.
Deċiżjonijiet mill-
Bord.
5. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dawn ir-regoli, id-
deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-voti.
(2)  Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu bil-miktub u
ghandhom ikunu ffirmati miċ-Chairman, u l-oriġinal għandu
jinżamm fir-Reġistru tal-Bord flimkien mal-proċess kollu tal-
proċedimenti ta’ kull appell.
Segretarju tal-
Bord.
6. (1)  Il-Ministru għandu jinnomina Segretarju tal-Bord u
dawk l-uffiċjali l-oħra li minn żmien għa1 żmien ikunu meħtieġa u
għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tagħhom.
Cap. 12.
(2) Is-Segretarju tal-Bord ikollu, mutatis mutandis, dawk is-
setgħat u d-dmirijet kollha li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili huma mogħtija jew imposti fuq ir-Reġistratur tal-
Qrati.
Xħieda u provi.
(a) smiegħ u eżami ta’ xiehda u sabiex tiġi nfurzata l-
attendenza ta’ xhieda,
(b) produzzjoni ta’ kotba jew provi oħra b’dokumenti,
(ċ) nomina ta’ periti legali jew tekniċi,
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lill-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili.
2 L.S.364.05 ħ
APPELLI LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI 
SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI
(2) Meta fil-każ ta’ xi appell il-Bord ikun jeħtieġ jagħmel
spezzjon ta’ xi proprjetà  inkluża fid-dokument relattiv, il-Bord
jista’ jordna li l-ispezzjon issir minn wieħed jew aktar mill-membri
tiegħu.
(3) Fil-każ ta’ proprjetà  immobbli li l-valur tagħha jkun
ikkontestat f’appell quddiem il-Bord, stima ta’ arkitett u inġinier
ċivili eżibita minn waħda mill-partijiet għandha, meta tkun
ikkonfermata bil-ġurament, tkun prova biżżejjed dwar dak il-valur
kemm-il darba l-parti l-oħra ma teżibix b’kontestazzjoni tagħha
stima minn arkitett u inġinier ċivili ieħor, li tkun ukoll konfermata
bil-ġurament.
Ordni fil-laqgħat 
tal-Bord.
Kap. 12.
8. Sabiex tinżamm il-bonordni waqt is-smigħ ta’ appelli, il-
Bord ikollu dawk is-setgħat kollha li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Ċivili huma mogħtija lill-Qorti tal-Maġistrati u, għal
dan l-għan, l-imsemmija setgħat għandhom jinkludu l-użu ta’
persunal u uffiċjali mogħtija lil dik il-Qorti.
Post tal-laqgħat u 
Reġistru tal-Bord.
9. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ f’waħda mill-Awli tal-Qrati tal-
Maġistrati fil-Belt Valletta.
(2) L-Uffiċċju tal-Fergħa tat-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni
tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun ir-Reġistru tal-Bord, u
hemmhekk għandhom jiġu depożitati u miżmuma l-proċessi tal-
Bord.
Firmar u notifika 
ta’ avviż, eċċ.
10. (1) Kull avviż, mandat jew ordni maħruġ mill-Bord
għandu jkun iffirmat miċ-Chairman u kontrosenjat mis-Segretarju
tal-Bord.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 61 ta’ l-Att għandhom
japplikaw għan-notifika ta’ avviżi, mandati jew ordnijiet maħruġa
mill-Bord.
Appelli lill-Bord. 11. (1) Appell għandu jsir b’rikors fuq il-Formula A murija fl-
Iskeda, u għandu jiġi ffirmat mill-appellant jew mill-prokuratur
tiegħu.
(2) Ir-rikors għal appell għandu jsir u għandu jiġi preżentat in
duplikat lis-Segretarju, u kopja minnhom tiġi notifikata permezz
tas-Segretarju lill-Kummissarju.
(3) Il-Bord jista’, f’kull żmien, iħalli li ssir xi emenda fir-rikors
sabiex dan ikun aktar ċar.
Risposta mill-
Kummissarju.
12. Meta rikors għal appell jiġi notifikat lill-Kummissarju, dan
għandu, mhux iktar tard minn tmint ijiem wara d-data tan-notifika,
jippreżenta għand is-Segretarju tal-Bord risposta (in duplikat) fejn
jagħti r-raġunijiet tiegħu għax qed jikkontesta r-rikors, u kopja
minnhom tiġi notifikata lill-appellant.
Smigħ ta’ l-appelli. 13. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara l-preżentata tar-risposta
mill-Kummissarju, jew, fin-nuqqas ta’ dan, wara li jgħaddi ż-żmien
permess għal dik il-preżentata, il-Bord għandu jistabbilixxi ġurnata
għas-smiegħ ta’ l-appell.
(2) Għandu jingħata avviż tal-ġurnata u tal-ħin stabbilit għas-
smigħ ta’ l-appell lill-appellant u lill-Kummissarju fil-Formula B
APPELLI LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI 
SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI ġ L.S.364.05 3
murija fl-Iskeda.
(3) L-appellant jew il-prokuratur tiegħu jista’ jkun assistit
matul is-smigħ ta’ l-appell minn avukat jew prokuratur legali jew
minn accountant.
(4) L-avviż li għandu jingħata lil kull persuna biex tidher
quddiem il-Bord biex tixhed u/jew biex tipproduċi kotba jew
dokumenti oħra ghandu jkun fil-Formula Ċ murija fl-Iskeda.
Drittijiet u spejjeż.
proċedimenti quddiemu ħlief għal spejjeż ta’ trasport (jekk ikun
hemm) li jsiru għan-notifiki.
Kap. 12.
(2) Id-dritt li għandu jitħallas lil kull membru tal-professjoni
legali li jassisti lill-appellant jew lill-prokuratur tiegħu quddiem il-
Bord għandu jiġi ntaxxat fuq l-ammont tat-taxxa li jkun qed jiġi
ikkontestat skond it-Tariffa E ta’ l-Iskeda A annessa mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u d-dritt li għandu jitħallas lil
kull perit nominat skond id-disposizzjonijiet tar-regola 7(1)(ċ)
għandu jiġi ntaxxat skond it-Tariffa G ta’ l-imsemmija Skeda.
(3) L-ispejjeż tal-proċedimenti għandhom jitħallsu mill-
partijiet, jew minn parti minnhom, kif jiġi ordnat mill-Bord.
(4) Ebda waħda mill-partijiet ma tista’ tiġbor mingħand il-parti
l-oħra dwar proċedimenti quddiem il-Bord xi ammont dwar spejjeż
li jkun iżjed mid-drittijiet intaxxati skond dawn ir-regoli.
Proċedura.
il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess.
4 L.S.364.05 ħ
APPELLI LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI 
SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI
SKEDA
FORMULA A
Kawża Nru. ....................
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
Rikors għal Appell lill-Bord ta’ Kummissarji Speċjali
(Artikolu 58)
Isem u indirizz ta’ l-appellant:
u tal-prokuratur tiegħu, jekk il-każ:
Lis-Segretarju tal-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali
L-appellant jissottometti bir-rispett:
Illi bl-Avviż ta’ Likwidazzjoni bid-data ta’ .................................. maħruġ
mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-
Kummissarju"), l-appellant ġie mgħarraf illi l-ammont ta’ taxxa li għandu jitħallas
minn .....................................................................................................................
dwar .....................................................................................................................
huwa ta’ Lm ................................
Illi b’Avviż ta’ Oġġezzjoni bid-data ta’ ........................ l-appellant applika
għand il-Kummissarju għal reviżjoni ta’ l-imsemmija Likwidazzjoni għar-
raġunijiet li ġejjin:
.............................................................................................................................
.............................................................................................................................
.............................................................................................................................
Illi b’Avviż ta’ Rifjut bid-data ta’ .................. il-Kummissarju għarraf lill-
appellant li hu irrifjuta li jemenda l-imsemmija Likwidazzjoni kif mitlub u li t-
taxxa li għandha titħallas minn ............................................... hi ta’ Lm ............. .
Li r-raġunijiet li għalihom il-Kummissarju ta r-rifjut tiegħu huma dawk
murija f’deċiżjoni li kopja tagħha qed tiġi annessa ma’ dan ir-rikors.
Illi, fis-sottomissjoni ta’ l-appellant, l-imsemmija raġunijiet ma humiex
validi għar-raġunijiet li ġejjin:
.............................................................................................................................
.............................................................................................................................
Għaldaqstant l-appellant jitlob illi l-imsemmija Likwidazzjoni tiġi emendata
fis-sens li ġej, jiġifieri:
..............................................................................................................................
............................................................................................................................
..................................
Firma ta’ l-appellant
jew tal-prokuratur tiegħu
Ippreżentat minn ............................. fil- ........................
..................................
Firma tas-Segretarju
tal-Bord ta’ Kummissarji Speċjali
APPELLI LILL-BORD TA’ KUMMISSARJI 
SPEĊJALI GĦAT-TAXXA FUQ DOKUMENTI ġ L.S.364.05 5
FORMULA B
Kawża Nru. ..............................
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
Avviż tal-Ġurnata u Ħin għas-Smigħ ta’ Appell
quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali
(Artikolu 58)
Lil ....................................
Il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali se jisma’ nhar il- ....................... il- ....................
fi ...................... l-appell li sar minn ................................................ kontra l-
Likwidazzjoni ta’ Taxxa magħmula kontra .......................... dwar ........................
Data...........................
......................................
Chairman tal-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali
......................................
Segretarju tal-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali
FORMULA Ċ
Kawża Nru. .....................
ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
Avviż lil Persuna biex Tixhed u/jew Tipproduċi Kotba, eċċ.,
quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Specjali
(Artikolu 57(5))
Lil ....................................
Inti b’dan mehħieġ li tattendi quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali
nhar il- ............................................. fi .............................. sabiex tixhed f’appell
magħmul minn .................................................... dwar il-Likwidazzjoni ta’
Taxxa magħmula kontra ................................................... dwar
..................................... u/jew tipproduċi
...................................................................................................
.............................................................................................................................
li huma kotba jew dokumenti fil-kustodja tiegħek jew taħt il-kontroll tiegħek dwar
l-imsemmi trasferiment.
Jekk tonqos li tattendi kif hawnhekk mitlub jistgħu jittieħdu kontrik il-passi
preskritti bil-liġi.
Data ...........................
......................................
......................................
Chairman tal-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali
......................................
Segretarju tal-Bord
ta’ Kummissarji Speċjali
