TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.06
REGOLI DWAR IT-TAXXA
FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
25 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 98 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 57 ta’ l-
1994, 75 ta’ l-1997, 350 ta’ l-2002, u 7 u 112 ta’ l-2004.
Titolu.
Dokumenti u Trasferimenti.
Kif għandha 
titħallas it-taxxa, 
eċċ.
Emendat:
A.L. 350 ta’ l-
2002.
2. (1) It-taxxa dovuta fuq xi dokument jew trasferiment
eżegwit f’Malta għandha titħallas fl-Uffiċċju tal-Kummissarju fi
żmien ħmistax-il jum tax-xoghol mid-data li fiha jitlesta d-
dokument jew it-trasferiment.
(2) Il-ħlas tat-taxxa dwar kull dokument markat permezz ta’
franking machine għandu jsir qabel ma d-dokument relattiv jiġi
abbozzat, iffirmat jew finalizzat.
(3) Il-ħlas tat-taxxa dwar dokumenti eżegwiti barra minn Malta
li fuqhom għandha titħallas it-taxxa minħabba fl-użu li jsir
minnhom f’Malta għandu jsir fl-Uffiċċju tal-Kummissarju qabel
ma jsir użu minnhom f’Malta.
(4) Il-ħlas tat-taxxa dwar ċedola ta’ fidwa ta’ ċens li għandha
tiġi preżentata fil-Qorti għandu jiġi nnotat mill-Kummissarju u ma
tistax tiġi preżentata tali ċedola fil-Qorti qabel ma jkun sar il-ħlas
tat-taxxa.
Kap. 364.
(5) It-taxxa pagabbli fuq kull trasferiment imsemmi fl-artikoli
32, 33 u 40 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att", għandha titħallas
permezz ta’ ċedola bankarja jew ċekk maħruġ minn-nutar li jkun
ippubblika l-att tat-trasferiment u kopja ta’ l-avviż imsemmi fl-
artikolu 51 ta’ l-Att u li għalih tirreferi l-Ewwel Skeda, debitament
ittimbrata mill-Kummissarju, għandha tintehmeż ma’ l-att li bih isir
it-trasferiment min-nutar li jippubblika dak l-att:
Iżda meta l-ħlas isir permezz ta’ ċedola bankarja fiż-żmien
li fih għandha titħallas dik it-taxxa skond dawn ir-regoli, in-nutar li
jagħmel il-kuntratt jew il-partijiet fil-kuntratt ma għandu jkollhom
ebda responsabbiltà  jekk iċ-ċedola bankarja ma tiġix
sussegwentement imsarrfa mill-Bank li jkun ħariġha.
(6) L-irċevuta għat-taxxa mħallsa fuq kull trasferiment
imsemmi fl-artikoli 36, 37, 39 u 42 ta’ l-Att għandha tintehmeż
mad-dokument li għandu x’jaqsam ma’ dak it-trasferiment.
Valur tal-proprjetà.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-1997;
A.L. 350 ta’ l-
2002..
3. (1) Il-valur ta’ kull proprjetà soġġetta għat-taxxa skond l-
Att, mgħoddija bi trasferiment inter vivos jew causa mortis, għandu
jkun il-valur ta’ dik il-proprjetà fid-data tat-trasferiment inter vivos
imsemmi jew fid-data tal-mewt tal-persuna li minnha jkun oriġina
t-trasferiment causa mortis, skond il-każ, (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjħa "id-data rilevanti") u dak il-valur għandu jiġi
stabbilit skond dawn id-disposizzjonijiet.
2 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
(2) Il-valur tal-proprjetà assoluta ta’ kull proprjetà fid-data
rilevanti għandu jkun il-prezz medju li dik il-proprjetà kienet iġġib
li kellha tinbiegħ fis-suq liberu f’dik id-data, wara li jitqiesu ċ-
ċirkostanzi kollha li jolqtu lil dik il-proprjetà:
Iżda f’każ ta’ trasferiment b’titolu ta’ donazzjoni minn
persuna lill-konjugi, lid-dixxendenti jew axxendenti f’linja diretta
u l-konjugi relattivi tagħhom, u fin-nuqqas ta’ dixxidenti lill-aħwa
u dixxendenti tagħhom, li jakkwistaw il-proprjetà bl-ghan li
jistabilixxu fiha jew li jibnu fuqha r-residenza unika u ordinarja
tagħhom, il-valur tal-proprjetà għandu jitqies li hu tmenin fil-mija
tal-valur tas-suq ta’ l-art hekk trasferita flimkien ma’ l-ispiża biex
isir il-benefikat fuqha hekk trasferit fl-istat li jkun dak inhar tat-
trasferiment, jekk ikun hemm.
(3) Il-valur ta’ l-użufrutt ta’ kull proprjetà fid-data rilevanti
għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) meta ż-żmien ta’ l-użufrutt ikun għal tul il-ħajja ta’ l-
użufruttwarju jew għal kull perijodu indefinit ieħor, il-
valur ta’ l-użufrutt ikun il-perċentaġġ tal-valur tal-
proprjetà assoluta kif muri fit-Tieni Skeda maħdum
skond l-età ta’ l-użufruttwarju f’dik id-data; b’dan illi
meta użufrutt jgħaddi għal għand diversi persuni
flimkien jew waħda wara l-oħra, jew flimkien u waħda
wara l-oħra, u jkunu jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-
Att, il-valur ta’ l-użufrutt għandu jiġi stabbilit skond l-
età ta’ l-iżgħar minn dawk il-persuni fid-data rilevanti;
(b) bla ħsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ), meta
ż-żmien ta’ l-użufrutt ikun limitat għal perijodu
definit, il-valur ta’ l-użufrutt ikun ta’ wieħed u nofs
fil-mija tal-valur tal-proprjetà assoluta tal-proprjetà
moltiplikat bl-għadd ta’ snin, jew l-għadd li jifdal ta’
snin, (b’dan li f’kull każ parti minn sena għandha
titqies bħala sena sħiħa), taż-żmien ta’ dak l-użufrutt;
(ċ) id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (b) huma:
(i) meta, wara li wieħed jikkonsidra l-età tal-
persuna, jew jekk l-użufrutt jgħaddi flimkien
jew waħda wara l-oħra, jew flimkien u waħda
wara oħra, għal għand iktar minn persuna
waħda, l-età ta’ l-iżgħar minn fost dawk il-
persuni, li l-użufrutt jgħaddi għal għandhom fid-
data rilevanti, il-valur ta’ dak l-użufrutt stabbilit
skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ikun
inqas mill-valur stabbilit skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (b), il-valur ta’ l-
użufrutt ikun dak stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi paragrafu (a);
(ii) meta jkun provdut li l-użufrutt għandu jintemm
mal-mewt ta’ persuna msemmija ukoll jekk dik
il-mewt tiġri qabel ma jgħaddi l-perijodu
definittiv, il-valur ta’ l-użufrutt għandu jkun
ukoll dak stabbilit skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (a) jew tal-paragrafu (b), skond liema
valur ikun l-inqas, meta titqies l-età ta’ l-
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 3
imsemmija persuna fid-data rilevanti;
(iii) f’ebda każ ma għandu l-valur ta’ l-użufrutt
stabbilit skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu
(b) jeċċedi l-valur tal-proprjetà assoluta tal-
proprjetà.
(d) meta l-użufrutt jgħaddi fuq diversi persuni flimkien
jew wara xulxin, jew flimkien u wara xulxin, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-Att ikunu japplikaw -
(i) meta l-użufrutt jgħaddi flimkien, jew flimkien u
wara xulxin lill-istess persuni, kull persuna
għandha titqies li tkun irċeviet parti tal-valur ta’
l-użufrutt kalkolat skond l-imsemmija
disposizzjonijiet li tkun daqs il-proporzjon li
jinkiseb meta tieħu bħala denominatur is-somma
tal-perċentaġġi li jidhru fit-Tieni Skeda li jkunu
xierqa skond l-età ta’ kull benefiċjarju fid-data
rilevanti, u bħala numeratur il-perċentaġġ xieraq
għall-imsemmija persuna;
(ii) meta l-użufrutt jgħaddi wara xulxin, l-ewwel
benefiċjarju tiegħu jitqies li jkun l-uniku
benefiċjarju:
Iżda jekk xi benefiċjarju ieħor ikun ta’ età
iżgħar mill-ewwel benefiċjarju fid-data rilevanti,
iż-żewġ benefiċjarji u kull benefiċjarju ieħor li
jkun iżgħar minnu, għandhom jitqiesu bħala
benefiċjarji, u l-parti tal-valur ta’ l-użufrutt
riċevuta mill-ewwel benefiċjarju tkun il-valur li
jingħata lilu taħt it-Tieni Skeda, u l-parti tal-
valur ta’ l-użufrutt riċevuta minn kull
benefiċjarju ieħor għandha titqies li tkun dik il-
parti tal-valur ta’ l-użufrutt li tkun daqs il-valur
li jingħata lilu taħt l-imsemmija Skeda, nieqsa
kull parti li hekk tingħata lil kull benefiċjarju
ieħor ta’ età ikbar li jibbenefika wkoll mill-
imsemmi użufrutt.
(4) Il-valur tan-nuda proprietas fid-data rilevanti għandu jkun
id-differenza bejn il-valur tal-proprjetà assoluta tal-proprjetà f’dik
id-data u l-valur fl-istess data ta’ l-użufrutt li jkun piż fuqha
stabbilit skond id-disposizzjonijiet tas-subregola (3).
(5) Il-valur ta’ l-utili dominju ta’ kull proprjetà fid-data
rilevanti għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) meta l-utili dominju ikun perpetwu, jew meta l-
perijodu li jifdal ma jkunx anqas minn ħamsin sena, il-
valur ta’ l-utili dominju għandu jkun id-differenza bejn
il-valur tal-proprjetà assoluta tal-proprjetà stabbilit
skond id-disposizzjonijiet tas-subregola (2) u l-valur
tad-dirett dominju stabbilit skond id-disposizzjonijiet
tas-subregola (7)(a);
(b) meta l-perijodu li jifdal ta’ l-utili dominju jkun inqas
minn ħamsin sena, il-valur ta’ l-utili dominju jkun dak
is-sehem tal-valur ta’ l-utili dominju ta’ l-istess
4 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
proprjetà, stabbilit bħallikieku kien perpetwu skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a), b’dan li jitqies
b’mod ġust u xieraq iż-żmien tal-perijodu li jifdal u ċ-
ċirkostanzi l-oħra kollha rilevanti.
(6) Il-valur tad-dirett dominju ta’ kull proprjetà fid-data
rilevanti għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) meta l-utili dominju tal-proprjetà jkun perpetwu, jew
meta l-perijodu li jifdal ma jkunx inqas minn ħamsin
sena, il-valur tad-dirett dominju ta’ dik il-proprjetà
għandu jkun:
(i) dwar trasferiment causa mortis, il-valur li
jirriżulta mill-kapitalizzazzjoni taċ-ċens annwali
bir-rata ta’ tmienja fil-mija;
(ii) dwar kull dokument li bih ċedola ta’ fidwa ta’
ċens tiġi preżentata fil-Qorti, il-valur li jirriżulta
mill-kapitalizzazzjoni taċ-ċens annwali kif
stabbilita b’kull liġi li tirregola dik il-fidwa; u
(iii) f’kull każ ieħor, il-valur jew l-ammont ta’ dak li
jkollu jingħata bi ħlas, skond liema jkun l-ogħla,
li ċ-ċens annwali jġib meta jinfeda jew jiġi
trasferit fis-suq ħieles;
(b) meta l-perijodu li jifdal ta’ l-utili dominju tal-proprjetà
ikun inqas minn ħamsin sena, il-valur tad-dirett
dominju ta’ dik il-proprjetà għandu jkun id-differenza
bejn il-valur tal-proprjetà assoluta ta’ dik il-proprjetà u
l-valur ta’ l-utili dominju tagħha fl-istess data stabbilit
skond id-disposizzjonijiet tas-subregola (5)(b).
(7) (a) Meta dak li jkollu jingħata bi ħlas għal trasferiment
jew il-valur li fuqu għandha titqies it-taxxa ikun
jikkonsisti fi ħlas kull tant żmien għal dejjem, jew għal
żmien ta’ għoxrin sena jew iżjed, jew inkella għal
żmien mhux determinat, titħallas taxxa ad valorem
meqjusa fuq l-ammont kollu li jkun imissu jitħallas
matul iż-żmien ta’ għoxrin sena.
(b) Jekk il-ħlas ta’ kull tant żmien għandu jibqa’ sejjer
għal żmien determinat ta’ inqas minn għoxrin sena,
titħallas taxxa ad valorem meqjusa fuq l-ammont kollu
li għandu jitħallas matul dak iż-żmien.
(ċ) Jekk il-ħlas ta’ kull tant żmien għandu jibqa’ sejjer
matul il-ħajja ta’ persuna waħda jew iktar, titħallas
taxxa ad valorem meqjusa fuq l-ammont kollu li jkun
imiss jitħallas matul tnax-il sena.
(d) Meta taxxa ad valorem fuq dokument għandha titħallas
dwar ammont espress f’munita barranija, it-taxxa tiġi
kalkolata fuq dak l-ammont maqlub f’munita Maltija
bir-rata tal-kambju kurrenti fil-jum tad-data tad-
dokument.
Dikjarazzjoni ta’ 
trasferimenti causa 
mortis.
4. (1) Id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment causa mortis li
għandha ssir skond l-artikolu 33 ta’ l-Att għandha ssir fi żmien sitt
xhur minn meta jsir dak it-trasferiment causa mortis.
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 5
(2) Fid-dikjarazzjoni għandu jkun hemm:
Kap. 55.
(a) il-partikolaritajiet imsemmija fl-artikolu 28(1)(ċ) ta’ l-
Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili
dwar min jirċievi causa mortis u tal-persuna li minnha
joriġina t-trasferiment causa mortis;
(b) id-deskrizzjoni preċiża tal-proprjetà immobbli kollha
jew tal-jeddijiet fuqha trasferita lil min jirċievi causa
mortis inklużi l-ħtiġiet elenkati fl-artikolu 28(1)(f)(ii)
ta’ l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji
Nutarili; u
(ċ) indikazzjoni dwar jekk it-trasferiment causa mortis
għaddiex fin-nuqqas ta’ testment jew mod ieħor, kif
ukoll riferenza għal kull testment jew digriet jew
sentenza ta’ qorti li bihom is-suċċessjoni tkun ġiet
dikjarata miftuħa favur min jirċievi causa mortis.
Rebate ta’ taxxa.
artikolu 32 ta’ l-Att fuq il-valur ta’ kull proprjetà li jkun hemm
f’dikjarazzjoni magħmula minn min jirċievi causa mortis skond l-
artikolu 33 ta’ l-Att imsemmi tkun inqas minn elf lira, dik it-taxxa
għandha, għall-finijiet ta’ l-artikolu 34 ta’ l-Att, ikollha rebate
b’ammont ta’ Lm100 u meta dak ir-rebate ikun jaqbeż l-ammont ta’
taxxa li għandha titħallas ir-rebate jitnaqqas sa l-ammont ta’ taxxa
li hekk għandha titħallas.
(2) Meta min jirċievi causa mortis jonqos milli jagħmel
f’dikjarazzjoni stqarrija sħiħa tal-proprjetà kollha lilu trasferita
inkluża fit-trasferiment causa mortis, kull dikjarazzjoni
sussegwenti li fiha ssir stqarrija ta’ dik il-proprjetà għandha titqies
bħala ħaġa waħda ma’ l-ewwel dikjarazzjoni u r-rebate imsemmi
għandu jkun jgħodd għad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula minn
min jirċievi causa mortis dwar xi trasferiment wieħed causa mortis
b’mod kumulattiv.
(3) Dak ir-rebate ma għandux ikun jgħodd għal dak is-sehem
tat-taxxa fuq xi proprjetà trasferita lil min jirċievi causa mortis u li
tkun tinsab f’dikarazzjoni magħmula iktar minn sitt xhur wara l-
ġrajja ta’ dak it-trasferiment causa mortis.
Memorandum ta’ 
kull bejgħ b’irkant.
6. Il-memorandum ta’ bejgħ b’irkant imsemmi fl-artikolu 39
ta’ l-Att għandu jkun fih deskrizzjoni ta’ l-oġġett mibjugħ, il-prezz
u l-partita tiegħu, id-data tal-bejgħ, l-isem u l-indirizz ta’ min xtara
l-oġġett, l-ammont totali li għandu jitħallas mix-xerrej għall-oġġett
jew oġġetti mixtrija u t-taxxa li tista’ tkun dovuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att.
Trasferimenti 
causa mortis ta’ 
ishma ta’ 
kumpannija.
7. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 46 ta’ l-Att, meta jiġu
trasferiti causa mortis ishma f’kumpannija ta’ responsabbiltà
limitata reġistrata f’Malta lil persuna li tirċevihom, hija għandha
mhux iktar tard minn sitt xhur wara li jiġri t-trasferiment causa
mortis tagħti avviż dwar dak it-trasferiment lir-Reġistratur tal-
Kumpanniji. 
(2) L-avviż ikun fih:
(a) l-isem u l-aħħar indirizz tal-persuna li minnha joriġina
t-trasferiment causa mortis;
6 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
(b) l-isem u l-indirizz ta’ min jirċievi causa mortis;
(ċ) in-numru tad-dokumem uffiċjali prodott sabiex tiġi
żgurata l-identità ta’ min jirċievi causa mortis u tal-
persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa mortis;
(d) lista sħiħa ta’ l-ishma inklużi fit-trasferiment,
irrispettivament minn jekk il-kumpannija li dwarha
jirreferi t-trasferiment tkunx reġistrata għand ir-
Reġistratur tal-Kumpanniji jew le; u
(e) il-mod kif l-ishma għaddew għal għand min irċevihom
causa mortis billi jingħataw id-dettalji kollha
imsemmija fir-regola 4(2)(ċ).
(3) Ir-Reġistratur tal-Kumpanniji għandu jirreġistra u jżomm
indiċi dwar l-avviż imsemmi billi ssir riferenza għal isem min
jirċievi, isem il-persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa
mortis, u isem il-kumpannija li jkunu jirreferu għaliha l-ishma.
(4) Il-ħlas tat-taxxa għandu jintwera mill-Kummissarju fuq l-
avviż imsemmi, u ebda avviż bħal dak ma għandu jintlaqa’ mir-
Reġistratur tal-Kumpanniji sakemm ma jintweriex fuqu li jkun sar
il-ħlas tat-taxxa relattiva.
Avviż li jingħata 
min-nutar dwar atti 
ta’ trasferiment.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-1997;
A.L. 7 ta’ l-2004.
8. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 51 ta’ l-Att, in-nutar għandu
jagħti avviż ta’ l-att relattiv lill-Kummissarju u ma tistax tiġi
mogħtija nota ta’ reġistrazzjoni ta’ l-Insinwa ta’ dak l-att qabel ma
jiġi aċċertat li dak l-avviż ikun ġie ppreżentat lill-Kummissarju.
(2) L-avviż għandu jkun word processed jew miktub b’ittri
kapitali u jkun fil-forma murija u jkollu t-tagħrif meħtieġ fl-Ewwel
Skeda għar-rigward ta’ att ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli u
fir-Raba Skeda rigward att li jkun fih dikjarazzjoni magħmula
skond dak li għandu x’jaqsam ma’ l-artikolu 33 ta’ l-Att.
(3) Il-Kummissarju ma għandux jaċċetta l-ħlas tat-taxxa
relattiva qabel ma jiġi preżentat l-imsemmi avviż.
Ħlas lura ta’ taxxa. 9. (1) Talbiet għall-ħlas lura ta’ xi taxxa taħt l-artikolu 62 ta’
l-Att għandhom isiru bil-miktub u ma għandhomx jiġu kunsidrati
mill-Kummissarju jekk isiru wara erba’ snin mill-ħlas tat-taxxa.
(2) Fil-każ ta’ stima notifikata taħt l-artikolu 54 ta’ l-Att -
(a) ebda talba għall-għoti lura ta’ flus jew aġġustament ma
għandha ssir wara erba’ snin mid-data meta l-istima li
għaliha tirreferi t-talba ssir waħda finali u konklużiva
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att; u
(b) f’każijiet meta ma għandha titħallas ebda taxxa, it-
talba tista’ ssir fi żmien għaxar snin mid-data tat-
trasferiment inter vivos jew causa mortis.
(3) Kull dokument, barra minn att nutarili, li dwaru jintalab
ħlas lura għandu jingħata f’idejn il-Kummissarju.
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 7
Avviż li jingħata 
minn min qed 
jittrasferixxi u min 
qed jirċievi fuq 
konvenju ta’ bejgħ 
jew ta’ trasferiment 
ta’ proprjetà 
immobbli.
Miżjud:
A.L. 7 ta’ l-2004.
Emendat:
A.L. 112 ta’ l-2004.
10. (1) Għall-fini tal-artikolu 3(6) ta’ l-Att, il-persuna li qed
titrasferixxi u l-persuna li qed tirċievi jew ir-rappreżentant
awtorizzat minnhom, għandhom jagħtu avviż, tal-konvenju relattiv
tal-bejgħ jew tat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ xi dritt
reali fuqha, lill-Kummissarju.
(2) L-avviż għandu jkun iffirmat mill-partijiet kollha fil-ftehim
u jkun word processed jew miktub bl-ittri kapitali fil-forma murija
u jkun fih it-tagħrif meħtieg fit-Tielet Skeda:
Iżda konvenju ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà
immobbli jew ta’ xi dritt reali fuqha li sar fil-31 ta’ Diċembru, 2003
jew qabel, ikun validu meta l-avviż tiegħu jingħata jew minn min
ikun sejjer jittrasferixxi jew minn min ikun sejjer jirċievi jew ir-
rappreżentant awtorizzat minnhom.
(3) Il-Kummissarju ma jaċċettax il-ħlas tat-taxxa provviżorja
relattiva qabel ma dak l-avviż ikun ġie ppreżentat.
(4) Il-Kummissarju ma għandux jaċċetta dak l-avviż flimkien
mal-ħlas relattiv jekk ma jkunx gie ppreżentat fl-Uffiċċju tal-
Kummissarju (Dipartiment tal-Capital Transfer Duty) fi żmien
wieħed u għoxrin gurnata wara dik meta jsir il-konvenju tal-bejgħ
jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ xi dritt reali
fuqha:
Kap. 252.
Iżda meta l-aħħar jum li fih ikun irid jingħata dak l-avviż
jaħbat is-Sibt jew fi btala pubblika kif stabbilit fl-Att dwar il-Festi
Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra, dak il-jum jitqies li jaħbat fl-
ewwel jum tax-xogħol, li ma jkunx is-Sibt, li jiġi wara dak is-Sibt
jew btala pubblika.
(5) Il-Kummissarju għandu jkun avżat b’dawk il-konvenji
kollha ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’
xi dritt reali fuqha li jkunu saru fil-31 ta’ Diċembru, 2003 jew
qabel, sat-30 ta’ Ġunju, 2004; avviż ta’ dawk kollha magħmula fl-1
ta’ Jannar, 2004 jew wara, għandu jingħata b’dak il-mod imsemmi
fis-subregolament (4):
Iżda ebda avviż ma jkun meħtieg fil-każ ta’ konvenju ta’
bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ xi proprjetà immobbli jew ta’ dritt
reali fuqha magħmul qabel l-1 ta’ Jannar, 2004, meta l-att għandu
jkun ippubblikat qabel l-1 ta’ Lulju, 2004.
(6) Estensjoni tal-perjodu ta’ validità ta’ konvenju ta’ bejgħ
jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ dritt reali fuqu
għandha tkun notifikata lill-Kummissarju fi żmien ħmistax il jum
mid-data tagħha bil-miktub flimkien ma’ indikazzjoni tan-Numru
tan-Notifika tal-konvenju ta’ bejgħ u ffirmata mill-partijiet fil-
ftehim jew min xi rappreżentant awtorizzat.
(7) L-irċevuta tal-ħlas provviżorju ta’ taxxa relattiva għall-
konvenju ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew
ta’ xi dritt reali fuqha għandha tkun mehmuża ma’ l-att notarili
sussegwenti meta din issir mill-istess nutar li jkun qed jippubblika
dak l-att u dak il-ħlas provviżorju għandu jitnaqqas mit-taxxa
dovuta skond l-artikoli 32 u 40 ta’ l-Att.
(8) Kopja awtentika ta’ l-ir‘evuta msemmija fis-subregolament
preċedenti għandha wkoll tkun mehmuża ma’ l-Avviż ta’
8 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
Trasferiment li jingħata min-Nutar li jippublika l-att relevanti
għall-fini ta’ l-artikolu 51 ta’ l-Att.
(9) Il-Kummissarju għandu d-dritt jitlob informazzjoni
addizzjonali jew li jinġiebu dokumenti ta’ sostenn kif jidhirlu li
jista’ jkun meħtieġ minn żmien għal żmien.
(10) Talbiet għal ħlas lura ta’ taxxa mħallsa provviżorjament
skond l-artikolu 3(6) ta’ l-Att għandhom isiru bil-miktub flimkien
kemm minn min ikun sejjer jittrasferixxi kemm minn min ikun
sejjer jir‘ievi u jiġu ffirmati fuq wara min-Nutar jew Avukat li kien
awtentika l-konvenju tal-bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ proprjetà
immobbli jew ta’ xi dritt reali fuqha rilevanti u dawn ma jkunux
ikkunsidrati mill-Kummissarju kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li
dak il-konvenju ta’ bejgħ jew ta’ trasferiment ta’ immobbli jew ta’
xi dritt reali fuqha, ikun skada jew li ż-żewġ partijiet ikunu qablu li
jxolju l-obbligazzjoni ta’ bejniethom.
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 9
INTER VIVOS
Dan l-avviż għandu jiġi preżentat triplikat
DDT 1
L-EWWEL SKEDA Emendata:A.L. 57 ta’ l-1994;
A.L. 75 ta’ l-1997.
Sostitwita:
A.L. 7 ta’ l-2004.
Emendata:
A.L. 112 ta’ l-2004.
AVVIŻ (WORD PROCESSED JEW B’ITTRI KAPITALI) PREŻENTAT DWAR ATTI TA’
TRASFERIMENTI GĦALL-FINI TA’ FINAL WITHHOLDING TAX U/JEW TAXXA FUQ
QLIGĦ PROVVIŻORJA SKOND L-ATTI DWAR IT TAXXA FUQ L-INCOME, U GĦALL-
FINIJIET TA’ L-ARTIKOLU 51 TA’ L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U
TRASFERIMENTI.
Taxxa Globali fuq Qligħ Kapitali: Lm Taxxa fuq Dokumenti: Lm
Isem ta’ min qed
jittrasferixxi L-indirizz preżenti
Somma apporzjonata 
ta’ taxxa
Nru. tat-
Tel/Mob.
ID/IT/COS
Numru
Taxxa/
Finali 
Miżmuma
Taxxa 
Provviż.
Isem lil min jiġi
trasferit
(Min jirċievi)
L-indirizz preżenti
Nru. tat-
Tel/Mob.
ID/IT/COS
Numru
N.B. L-irċevuta dwar it-taxxa fuq dokumenti mħallsa tintbagħat lill-ewwel xerrej imsemmi
min-Nutar.
Numru ta’ Avviż ta’ Konvenju ta’
bejgħ jew ta’ trasferiment
Isem in-Nutar Isem tas-
Sensal
Data ta’ l-Att Numru
ID/IT.
L-ammont tal-
konsiderazzjoni jew
il-valur dikjarat
Lm
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI BISS
Taxxa 
Provviżorja 
fuq Qligħ 
Kapitali
Taxxa Finali 
Miżmuma
Nru/i ta’ Ċedola 
Bankarja/Ċekk
Taxxa fuq id-
Dokumenti
10 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
................................
Firma tan-Nutar
DIKJARAZZJONI MINN NUTAR
1. Għandu jingħata n-numru tal-karta ta’ l-identità  rigward kull individwu u n-numru
tat-Taxxa fuq id-Dħul jew in-Numru tal-Kumpannija għandhom jingħataw meta n-
numru tal-karta ta’ l-identità ma jkunx jeżisti.
2. Jistgħu jintużaw iktar karti għat-tkomplija jekk ikun meħtieġ.
3. Id-dettalji għandhom jitniżżlu fl-ispazju fl-ordni speċifikat.
4. F’operazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli inter vivos għandha tingħata deskrizzjoni
sħiħa u ‘block plan’ u pjanta fuq ‘Land Registration Stationery’ iffirmata kif
mistħoqq minn Arkitett għandhom ikunu mehmuża.
5. Kopja fotostatika ta’ l-irċevuta ta’ ħlas ta’ Taxxa fuq Dokumenti provviżorja (jekk
applikabbli) għandha tkun mehmuża.
Xorta ta’ Operazzjoni:
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Taxxa Provviżorja Mħallsa: Lm ........................ Taxxa fuq Dokumenti: Lm ..................
Taxxa Provviżorja: Lm .......................
Taxxa Finali Miżmuma: Lm .............................. Total: Lm ...........................................
Numru/i ta’ l-irċevuta/i: ................................... Numru/i ta’ l-irċevuta/i: ......................
.................................... ......................
.................................... ......................
.................................... ......................
Data ta’ l-irċevuta/i: ......................................... Data ta’ l-irċevuta/i: ...........................
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 11
IT-TIENI SKEDA
Valur ta’ l-użufrutt bħala perċentaġġ tal-valur tal-proprjetà assoluta
Età ta’ l-użufruttwarju
Perċentaġġ tal-
valur tal-proprjetà 
assoluta
meta l-użufruttwarju ma jkunx għalaq l-għoxrin sena: sebgħin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq l-għoxrin sena iżda ma
jkunx għalaq it-tletin sena: sittin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq it-tletin sena iżda ma jkunx
għalaq l-erbgħin sena: ħamsin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq l-erbgħin sena iżda ma
jkunx għalaq il-ħamsin sena: erbgħin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq il-ħamsin sena iżda ma
jkunx għalaq is-sittin sena: tletin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq is-sittin sena iżda ma jkunx
għalaq is-sebgħin sena: għoxrin fil-mija
meta l-użufruttwarju jkun għalaq is-sebgħin sena: għaxra fil-mija.
12 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
Dan l-avviż għandu jiġi preżentat duplikat
DDT 3
Miżjuda:
A.L. 7 ta’ l-2004.
Emendata:
A.L.112 ta’ l-2004.
IT-TIELET SKEDA
AVVIŻ (WORD PROCESSED JEW B”ITTRI KAPITALI), PREŻENTAT DWAR
KONVENJU TA’ BEJGĦ JEW TA’ TRASFERIMENT TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI JEW
XI DRITT REALI FUQGĦA SKOND L-ARTIKOLU 3(6) TA’ L-ATT DWAR IT-TAXXA
FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI.
Min jittrasferixxi Indirizz preżenti Numru ta’ 
Tel/Mob.
ID/IT/COS 
Numru
Lil min jiġi trasferit
(Min jirċievi)
Indirizz preżenti Numru ta’ 
Tel/Mob.
ID/IT/COS 
Numru
DATA TAL-KONVENJU TA’ BEJGĦ JEW TA’ TRASFERIMENT
TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI JEW XI DRITT REALI FUQĦA
IŻ-ŻMIEN TA’ VALIDITÀ TA’ L-IMSEMMI KONVENJU
Il-valur tal-konsiderazzjoni jew il-prezz miftiehem fuqu Lm
TAXXA PROVVIŻORJA LI GĦANDHA TITĦALLAS Lm
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 13
.............................................. .........................................
Firma ta’ min qed jittrasferixxi Firma ta’ min qed jirċievi
Isem tax-Xhud tal-firem (Nutar jew Avukat) ..........................................
Firma u Timbru tax-xhud ..........................................
N.B. Din in-notifika tkun invalida jekk iċ-ċekk ma jissarrafx
DIKJARAZZJONI MINN MIN JITTRASFERIXXI U LIL MIN JIĠI TRASFERIT
1. Deskrizzjoni sħiħa tal-proprjetà immobbli jew xi dritt reali fuqha għandha tingħata u
‘block plan’ u pjanta fuq Land Registration Stationery iffirmata minn Perit għandha
tinthemeż.
2. Kopja awtentikata minn Nutar Pubbliku jew minn Avukat tal-konvenju ta’ bejgħ jew
ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew xi dritt reali fuqha għandha tinthemeż.
3. Jistgħu jintużaw iktar karti għat-tkomplija jekk ikun meħtieġ.
4. Id-dettalji għandhom jitniżżlu fl-ispazju fl-ordni speċifikat.
Xorta ta’ l-operazzjoni:
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Taxxa Provviżorja mħallsa: Lm
Numru/i ta’ l-irċevuta/i:
Data ta’ l-irċevuta/i
14 L.S.364.06ħ TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
CAUSA MORTIS
Dan l-avviż għandu jiġi preżentat triplikat
DDT 4
Miżjuda:
A.L. 7 ta’ l-2004. IR-RABA’ SKEDA
AVVIŻ, (WORD PROCESSED JEW B’ITTRI KAPITALI), PREŻENTAT DWAR
DIKJARAZZJONIJIET CAUSA MORTIS GĦALL-FINI TA’ L-ARTIKOLU 51 TA’ L-ATT
DWAR IT-TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI.
ISEM IL-MEJJET
Isem L-aħħar indirizz tal-mejjet Data tal-mewt Numru tal-
Karta ta’ l-
Identità
N.B. Id-dettalji għandhom jitniżżlu fl-ispazju fl-ordni speċifikat
LIL MIN JIĠI TRASFERIT
(Min jirċievi)
Isem L-aħħar indirizz tal-mejjet Numru 
tal-Karta 
ta’ l-
Identità
Numru 
Tel/Mob.
Somma ta’ 
taxxa 
apporzjonata
N.B. Id-dettalji għandhom jitniżżlu fl-ispazju fl-ordni speċifikat. Jistgħu jintużaw iktar karti
għat-tkomplija jekk ikun meħtieġ. L-irċevuta ta-taxxa tintbagħat lill-ewwel min jirċievi
causa mortis imsemmin min-Nutar. Is-somma apporzjonata ta’ kull min jirċievi causa mortis
trid tingħata.
Isem in-Nutar GĦALL-UŻU 
UFFIĊJALI BISS
Data tad-Dikjarazzjoni
L-ammont tal-
konsiderazzjoni jew il-
valur dikjarat
Lm
Taxxa fuq Dokumenti Ammont
Lm
Nru/i taċ-
Ċedola 
Bankarja/ 
Ċekk
TAXXA FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġL.S.364.06 15
................................
Firma tan-Nutar
DIKJARAZZJONI MINN NUTAR
1. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni magħmula skond l-artikolu 33 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti, kopja ta’ l-att relattiv u ta’ kull testment, jew estratt
minnu jew minnhom, u kull dokument rilevanti ieħor, inklużi pjanti ta’ proprjetà
rurali, għandhom jitehmżu wkoll.
2. Fil-każ tad-dikjarazzjonijiet causa mortis uri biċ-ċar billi timmarka l-kaxxa t-tajba
b’‘X’.
Testat Inteststat
Xorta ta’ l-operazzjoni:
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Taxxa fuq Dokumenti: Lm ...............................................
Irċevuta Nru/i.: .....................................................
.....................................................
.....................................................
Data ta’ l-irċevuta: .....................................................
