REGOLI TAL-QORTI DWAR APPELLI MIT-TAXXA 
FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġ L.S.364.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.07
REGOLI TAL-QORTI DWAR APPELLI MIT-TAXXA 
FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
5 ta’ Awissu, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-1994.
Titolu.
mit-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
Dritt ta’ risposta.
Kap. 364.
2. (1) Meta jsir appell fit-terminu stabbilit fl-artikolu 59 ta’ l-
Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, hawnhekk iżjed
’il quddiem insejjaħ "l-Att", il-kontroparti għandha d-dritt ta’
risposta fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data tan-notifika ta’ l-att li
bih ikun sar l-appell. M’hemmx bżonn ta’ garanzija għall-ispejjeż
tal-kawża meta jsir appell skond l-artikolu 59 ta’ l-Att.
(2) Il-Qorti għandha tappunta l-appell għat-trattazzjoni mhux
aktar tard minn xahar wara li jgħaddu l-ħmistax-il ġurnata li fihom
tista’ ssir ir-risposta għall-appell.
Aċċess għal atti, 
dokumenti.
3. L-atti u d-dokumenti kollha li jidħlu fil-Qorti ta’ l-Appell
meta jsir appell minn deċiżjoni ta’ l-imsemmi Bord skond l-artikolu
59 ta’ l-Att huma aċċessibbli biss għall-partijiet u l-avukati u l-
prokuraturi legali tagħhom, u dan għandu jsir dejjem fil-preżenza
tad-deputat reġistratur ta’ l-istess Qorti. Il-partijiet, l-avukati u l-
prokuraturi legali tagħhom biss għandhom id-dritt li jiksbu kopji
ta’ l-istess atti, dokumenti u tas-sentenza.
Tiżmim ta’ atti jew 
dokumenti u 
kustodja ta’ 
proċessi.
4. Ir-Reġistratur tal-Qrati għandu jżomm il-faxxikolu ta’ l-
appell taħt il-kustodja tiegħu biex jassigura s-segretezza ta’ l-istess
faxxikolu. Meta l-proċess jingħalaq l-atti jiġu llegati u jinżammu
fil-kustodja tar-Reġistratur.
Notifika ta’ atti.
jsiru dejjem permezz tal-purtier u l-kopji ta’ l-atti li jiġu hekk
notifikati jridu jkunu f’busta siġillata mir-Reġistratur.
Sentenzi.
sentenza li tkun waslet għaliha l-Qorti u din għandha tiġi minnufiħ
depożitata għand ir-Reġistratur li mbagħad għandu jagħlaq biha l-
inkartament kollu tal-proċess u jillegah.
(2) Ir-Reġistratur għandu, fi żmien erbat ijiem minn dak id-
depożitu, javża bil-fatt lill-partijiet.
Applikabilità  tal-
Kodiċi ta’ 
Organizzazzjoni u 
Proċedura Ċivili.
Kap. 12.
7. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u tar-regoli ġenerali tal-Qorti
fejn dawn ir-regoli ma jiddisponux mod ieħor.
