TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI ġ L.S.364.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.10
ORDNI DWAR IT-TAXXA
FUQ DOKUMENTI U TRASFERIMENTI
26 ta’ Novembru, 2002;
1 ta’ Jannar 2004
L-AVVIŻI LEGALI 349 ta’ l-2002 u 113 ta’ l-2004, konsolidati.
Titolu.
Dokumenti u Trasferimenti.
Valur tar-rata 
konċessjonarja.
2. Ir-rata konċessjonarja ta’ tliet liri u ħamsin ċentezmu fuq
kull mitt lira jew parti minnha għanduj applika fuq il-valur ta’ l-
ewwel tletin elf lira rigward l-akkwist ta’ proprjetà immobbli bil-
għan li tistabilixxi fiha jew tibni fuqha r-residenza unika u
ordinarja.
Rata 
konċessjonarja taħt 
l-artikolu 40 ta’ l-
Att dwar it-Taxxa 
fuq Dokumenti u 
Trasferimenti.
3. Fl-akkwist ta’ proprjetà immobbli b’konċessjoni
enfitewtika għal zmien izjed minn ħamsin sena it-taxxa li għandha
titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
fuq l-ewwel elf u ħames mitt lira taċ-ċens fis-sena għandu jiġi
kkalkolat b’ħamsin fil-mija tar-rati ta’ taxxa applikabbli.
Eżenzjoni ta’ 
diviżjonijiet.
Kap. 364.
Kap. 386.
4. Ebda taxxa li xort’oħra kienet tkun imposta skond il-
disposizzjoinijiet tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, ma
għandha tinġabar fuq xi att dikjaratorju konsegwenzjali għal
diviżjoni ta kumpaniji meta l-pattijiet abbozzali tal-qsim ikunu
ntbagħtu lir-Reġistratur tal-Kumpanniji fl-24 ta’ Novembru, 2003
jew qabel dik id-data u r-Reġistratur ikun ippubblika l-avviż
rilevanti fil-Gazzetta tal-Gvern skond ma hemm provdut fl-Att
dwar il-Kumpanniji fil-31 ta’ Diċembru, 2003 jew qabel dik id-data
kemm-il darba kopja tal-pubblikazzjoni relattiva tiġi mehmuza ma’
l-att tal-qsim.
