BORD TA’ SORVELJANZA 
DWAR IS-SANZJONIJIET ġ L.S.365.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 365.08
REGOLAMENTI DWAR BORD TA’ SORVELJANZA 
DWAR IS-SANZJONIJIET
22 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 187 ta’ l-2000.
Titolu.
Bord ta’ Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet.
Bord ta’ 
Sorveljanza, 
kompożizzjoni u 
funzjonijiet.
2. (1) Qiegħed jitwaqqaf Bord ta’ Sorveljanza li jkollu l-
għamla u l-funzjonijiet stabbiliti b’dan ir-regolament.
(2) Il-Bord ta’ Sorveljanza jintgħamel minn rappreżentant tal-
Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin li jkun Chairman, l-Avukat
Ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu, rappreżentant tal-Ministeru
tal-Finanzi, rappreżentant tal-Bank Ċentrali ta’ Malta,
rappreżentant tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, rappreżentant
tad-Dipartiment tad-Dwana, rappreżentant tad-Dipartiment tal-
Kummerċ u rappreżentant ta’ l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji
ta' Malta.
Kap. 365.
tħaddim ta’ regolamenti magħmulin bis-saħħa ta’ l-Att dwar Poteri
li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att", skond dawk id-direttivi kif provdut taħt
l-artikolu 3(1), (3), (5), (6), (7) u (8) ta’ l-Att bil-għan li t-twettieq
ta’ dawk id-direttivi jkun konformi mat-twettiq li jsir minn stati
ohra li jkunu qegħdin iġibu fis-seħħ is-sanzjonijiet relattivi għall-
istess regolamenti.
(4) Il-Bord ta’ Sorveljanza għandu fi tmiem kull sena, jew iktar
qabel jekk ikun hekk meħtieġ, jagħmel rapport dwar l-attivitajiet
tiegħu lill-Prim Ministru.
Liberazzjoni 
negattiva.
3. Persuna tista’ titlob lill-Bord ta’ Sorveljanza li jagħti
deċiżjoni dwar jekk xi azzjoni li tkun bi ħsiebha tagħmel dik il-
persuna hijiex projbita minn xi regolament partikolari maħruġ bis-
saħħa ta’ l-Att, u persuna ma jkollha ebda responsabbilità  taħt
dawk ir-regolamenti meta dik il-persuna tkun aġixxiet b’mod
konformi ma’ deċiżjoni simili.
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà .
4. Ebda responsabbiltà , sew kriminali sew ċivili, ma għandha
tinkombi fuq xi membru tal-Bord ta’ Sorveljanza għal xi azzjoni li
ssir bona fide minn membru ta’ dak il-Bord.
Segretezza.
kwistjoni li huma jsiru jafu biha f’xi talba li ssir bis-saħħa tar-
regolament 3, bħala li tkun sigrieta u konfidenzjali, u ma
għandhomx f’rapport li jsir skond ir-regolament 2(4), jiżvelaw l-
ismijiet jew partikolaritajiet oħra ta’ identità  li huma jistgħu jkunu
jafu bihom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ talba għal-liberazzjoni
negattiva li ssir skond ir-regolament 3.
