KONVENZJONI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ L-UŻU, 
ĦAŻNA, PRODUZZJONI U TRASFERIMENT TA’ MINI 
KONTRA L-PERSUNAL U D-DISTRUZZJONI TAGĦHOM ġ L.S.365.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 365.09
REGOLAMENTI DWAR IL-KONVENZJONI DWAR 
IL-PROJBIZZJONI TA’ L-UŻU, ĦAŻNA, 
PRODUZZJONI U TRASFERIMENT TA’ MINI 
KONTRA L-PERSUNAL U D-DISTRUZZJONI 
TAGĦHOM
27 ta’ April, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 97 ta’ l-2001.
Titolu.
Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu, Ħażna, Produzzjoni u
Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u d-Distruzzjoni tagħhom.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’
l-Użu, Ħażna, Produzzjoni u Trasferiment ta’ Mini kontra l-
Persunal u d-Distruzzjoni tagħhom iffirmata minn Malta f’Ottawa
fl-4 ta’ Diċembru, 1997;
"mina" tfisser munizjon maħsub biex jitqiegħed taħt, fuq jew
biswit it-terren jew xi superfiċji oħra u li jiġi splodut bil-presenza
ta’ xi persuna jew vettura, jew għax dawn ikunu fil-qrib jew
jagħmlu kuntatt miegħu;
"mina kontra l-persunal" tfisser mina maħsuba li tiġi sploduta
bil-presenza ta’ xi persuna, jew għax din tkun fil-qrib jew tagħmel
kuntatt magħha, u li tiddiżabilita, tferi jew toqtol lil xi persuna
waħda jew aktar;
"trasferiment" tinvolvi, b’żieda maċ-ċaqlieq fiżiku ta’ mini
kontra l-persunal lejn u minn xi territorju nazzjonali, it-
trasferiment tal-jedd għal dawk il-mini u l-kontroll fuqhom.
Test tat-Trattat.
jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att", ir-Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati
datata 9 ta’ Frar, 2001 u mgħoddija fl-20 ta’ Marzu, 2001 qegħda
tiġi pubblikata fl-Ewwel Skeda.
(2) Għall fini ta’ l-artikolu 3(4) ta’ l-Att, il-Konvenzjoni
qegħda tiġi pubblikata bl-ilsien Ingliż fit-Tieni Skeda.
Projbizzjoni ta’ l-
użu, l-iżvilupp, il-
produzzjoni, l-
akkwist, il-ħażna, 
iż-żamma jew it-
trasferiment ta’ 
mini kontra l-
persunal.
4. (1) Minkejja kull liġi oħra -
(a) l-użu ta’ mini kontra l-persunal;
(b) l-iżvilupp, il-produzzjoni, jew xort’oħra l-akkwist, il-
ħażna, iż-żamma jew it-trasferiment li jkun,
direttament jew indirettament, ta’ mini kontra l-
persunal;
(ċ) l-għajnuna, l-inkoraġġiment jew it-tħajjir, b’kull mod
li jkun, lil xi persuna oħra sabiex tieħu sehem f’kull
2 L.S.365.09 ħ
KONVENZJONI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ L-UŻU, 
ĦAŻNA, PRODUZZJONI U TRASFERIMENT TA’ MINI 
KONTRA L-PERSUNAL U D-DISTRUZZJONI TAGĦHOM
attività  deskritta fil-paragrafi (a) u (b),
minn persuna f’Malta, jew minn ċittadin jew residenti permanenti
f’Malta, sew f’Malta sew band’oħra, hija projbita.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) il-Forzi
Armati ta’ Malta jistgħu jżommu għadd ta’ mini kontra l-persunal
għall-iżvilupp u t-taħriġ fis-sejbien ta’ mini, t-tneħħija tagħhom,
jew kull teknikalità  ta’ distruzzjoni tal-mini.
Piena. 5. Kull min jinsab ħati ta’ reat kontra dawn ir-regolamenti
jista’ jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin elf
lira.
KONVENZJONI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ L-UŻU, 
ĦAŻNA, PRODUZZJONI U TRASFERIMENT TA’ MINI 
KONTRA L-PERSUNAL U D-DISTRUZZJONI TAGĦHOM ġ L.S.365.09 3
L-EWWEL SKEDA
Regolament 3(1)
MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN
MALTA
9 ta’ Frar, 2001
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin jipproponi li l-Kamra tad-Deputati,
Wara li fl-4 ta’ Diċembru, 1997 Malta iffirmat il-Konvenzjoni dwar il-
Projbizzjoni ta’ l-Użu, Ħażna, Produzzjoni u Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal
u d-Distruzzjoni tagħhom f’Ottawa il-Kanada;
Wara li rat li bir-ratifika ta’ din il-Konvenzjoni, Malta tingħaqad ma’ mija u
għaxar pajjiż li s’issa irratifikaw din il-Konvenzjoni u b’hekk tissieħeb mar-rieda
tal-komunità  internazzjonali biex jeħilsu lid-dinja mill-pjaga ta’ dawn il-mini;
Wara li rat l-Att dwar ir-Ratifika ta’ Trattati (Kap. 304) u l-artikolu 3(2) ta’ l-Att
dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali (Kap. 365);
Tirrisolvi li tawtorizza r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Użu,
Ħażna, Produzzjoni u Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u d-Distruzzjoni
tagħhom.
(fft.) Joe Borg
IT-TIENI SKEDA
Regolament 3(2)
(pubblikata bl-ilsien Ingliż fit-Test Ingliż ta’ dawn ir-Regolamenti)
