TRATTAT DWAR IL-PROJBIZZJONI 
TOTALI TA’ PROVI NUKLEARI ġ L.S.365.11 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 365.11
REGOLAMENTI DWAR IT-TRATTAT DWAR
IL-PROJBIZZJONI TOTALI TA’ PROVI NUKLEARI
*
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-2001.
Titolu.
Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
Kap. 365.
Nazzjonali;
"Trattat" tfisser it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi
Nukleari, iffirmat minn Malta fi New York fl-24 ta’ Settembru,
1996.
Test tat-Trattat.
tal-Kamra tad-Deputati datata 2 ta’ Marzu, 2001 u
mgħoddija fil-21 ta’ Marzu, 2001 qegħda tiġi
pubblikata bħala Skeda 1.
(b) Għall-fini ta’ l-artikolu 3(4) ta’ l-Att, it-Trattat
qiegħed jiġi ppubblikat bl-ilsien Ingliż bħala Skeda 2.
Projbizzjoni ta’ 
kull spużjoni bi 
prova ta’ arma 
nukleari jew 
splużjoni nukleari 
oħra.
4. Minkejja kull liġi oħra -
(a) l-għemil ta’ xi splużjoni bi prova ta’ arma nukleari jew
xi splużjoni nukleari oħra; jew
(b) l-ikkaġunar, l-inkoraġġiment, jew il-parteċipazzjoni
b’kull mod li jkun fl-għemil ta’ xi splużjoni bi prova
ta’ arma nukleari jew kull splużjoni nukleari oħra,
minn persuna f’Malta, jew minn ċittadin jew residenti permanenti
f’Malta, sew jekk ikun qiegħed f’Malta sew jekk le, hija projbita.
Piena.
jista’ jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien mhux iżjed
minn ħames snin u multa ta’ mhux iżjed minn ħamsin elf lira,
mingħajr preġudizzju għal kull piena ogħla li tista’ tingħata taħt xi
liġi oħra.
*Għadhom mhux fis-seħħ.
2 L.S.365.11 ħ
TRATTAT DWAR IL-PROJBIZZJONI 
TOTALI TA’ PROVI NUKLEARI
SKEDA 1
Regolament 3(a)
MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN
MALTA
2 ta’ Marzu, 2001
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin jipproponi li l-Kamra tad-Deputati,
Wara li fl-24 ta’ Settembru, 1996, Malta ffirmat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni
Totali ta’ Provi Nukleari, f’New York, l-Amerika;
Wara li rat li jekk Malta tirratifika dan it-Trattat, tkun qed tissieħeb ma’ sitta u
disgħin pajjiż ieħor li s’issa rratifikaw dan it-Trattat meqjus fundamentali kontra l-
provi u t-tixrid ta’ armi nukleari;
Bis-saħħa ta’ l-artikolu 3(1)(ċ) u (2)(b) ta’ l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati, (Kap
304) u l-artikolu 3(2) ta’ l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali
(Kap 365);
Tirrisolvi li tawtorizza r-ratifika tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta’ Provi
Nukleari u għas-sħubija ta’ Malta fl-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni Totali ta’
Provi Nukleari, meta t-Trattat jidħol fis-seħħ.
(fft.) JOE BORG
SKEDA 2
Regolament 3(b)
Skond ir-regolament 3(b), it-Trattat qiegħed jiġi ppubblikat bl-ilsien Ingliż fil-
verżjoni bl-Ingliż ta’ dawn ir-regolamenti.
