KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 365.12
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
FL-ESPOPRTAZZJONI TA’ OĠĠETTI
LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 268 ta’ l-2001.
Titolu.
Kontroll fl-Esportazzjoni ta’ Oġġetti li għandhom Użu Doppju.
Tifsir.
ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
"assistenza teknika" tfisser kull appoġġ tekniku li għandu
x’jaqsam ma’ tiswijiet, żvilupp, manifatturar, assemblaġġ, ittestjar,
manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu xi sura
bħal dik ta’ tagħlim, taħriġ, trasmissjoni tal-mod kif taħdem jew
abbiltajiet jew servizzi ta’ konsulenza; assistenza teknika tinkludi
ukoll għamliet ta’ assistenza bil-fomm;
Kap. 365.
Nazzjonali;
"Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni"
tfisser l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mwaqqfa bir-
regolament 6;
"dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni" tfisser dak l-att li bih persuna
tindika fuq il-formola u bil-mod preskritt ix-xewqa li tqiegħed
oġġetti li għandhom użu doppju taħt proċedura ta esportazzjoni;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għall-kummerċ u
tinkludi lil kull uffiċjal maħtur jew awtorizzat mid-Direttur biex
jaġixxi għal xi għan jew klassi ta’ għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti;
"fid-dominju pubbliku" tfisser disponibbli mingħajr restrizzjoni
wara li jkun ġie iktar imxerred, mingħajr ma jingħata ebda każ ta’
restrizzjonijiet li joriġinaw unikament mid-drittijiet ta’ l-awtur;
"esportatur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li f’isimħa ssir
dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, jiġifieri min, fil-waqt li tiġi
aċċettata d-dikjarazzjoni, jagħmel il-kuntratt mad-destinatarju fil-
pajjiż terz u jkollu s-setgħa jiddeċiedi li l-oġġett jinħareġ mit-
territorju doganali ta’ Malta. Jekk ma jkun sar ebda kuntratt ta’
esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx qed jaġixxi
f’ismu, s-setgħa li jiġi deċiż dwar li l-oġġett jinħareġ mit-territorju
doganali ta’ Malta tkun waħda deċiżiva;
"esportatur" tfisser ukoll persuna fiżika jew ġuridika li tiddeċiedi
li tittrasmetti software jew teknoloġija b’mezzi elettroniċi, bil-fax
jew bit-telefon lejn destinazzjoni barra minn Malta;
"esportazzjoni", kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, tfisser esportazzjoni minn Malta, u tinkludi t-
trasmissjoni ta’ software jew teknoloġija bil-fax, bit-telefon jew
2 L.S.365.12 ħ
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
mezzi elettroniċi oħra (ħlief li t-trasmissjoni bil-fomm ta’
teknoloġija bit-telefon tkun biss inkluża meta t-teknoloġija tkun
tinsab f’dokument li l-parti rilevanti tiegħu tinqara fuq it-telefon,
jew tiġi deskritta fuq it-telefon b’tali mod li sostanzjalment jinkiseb
l-istess riżultat daqslikieku kien hekk inqara);
"importazzjoni" u "esportazzjoni" għar-rigward ta’ opra tal-
baħar, vettura sommerġibbli jew inġenji ta’ l-ajru tinkludi li
ddaħħal ġewwa Malta jew li toħroġ minn Malta dik l-opra tal-
baħar, vettura sommerġibbli jew inġenju ta’ l-ajru minkejja li l-
opra tal-baħar, vettura sommerġibbli jew inġenju ta’ l-ajru jkunu
qegħdin iġorru oġġetti jew passiġġieri, u kemm jekk dawn ikunu
qed jitħarrku bil-qawwa tagħhom infushom kemm jekk le; u
frażijiet li jixxiebħu għandhom jiftiehmu skond hekk;
"il-Ktejjeb" tfisser il-ktieb li jġib l-isem "Lista ta’ Oġġetti u
Teknoloġija li għandhom Użu Doppju" li huwa ppubblikat fil-
Gazzetta u li jista’ jiġi wara emendat kif meħtieġ minn żmien għal
żmien mid-Direttur b’avviż fil-Gazzetta;
L.S. 365.13
"lista militari" tfisser il-lista ta’ tagħmir militari kif inhi
stabbilita fir-Regolamenti dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta’
Tagħmir Militari;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ;
"oġġetti fi transitu" tfisser oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju
ta’ Malta, jiġifieri dawk l-oġġetti li mhumiex assenjati trattament
approvat mid-dwana jew xi użu li ma jkunx proċedura ta’ transitu
estern jew li biss jitqegħdu f’żona libera jew depożt liberu u fejn
ma jkollu jinżamm ebda record tagħhom fi stock record approvat;
"oġġetti li għandhom użu doppju" tfisser kull oġġett użat jew
mhux użat, inkluż software u teknoloġija, li jistgħu jintużaw għal
finijiet sew ċivili sew militari, u inklużi l-oġġetti kollha li jistgħu
jintużaw kemm għal xi użu li mhux dak ta’ splużjoni kemm sabiex
jgħin b’xi mod li jkun fil-manifattura ta’ armi nukleari jew f’xi
tagħmir splużiv nukleari ieħor;
"opra tal-baħar" tinkludi kull bastiment, vettura b’effett fil-wiċċ,
opra tal-baħar li jkollha area li tmiss mal-baħar ta’ daqs żgħir jew
hydrofoil, u l-buq jew parti mill-buq ta’ xi opra tal-baħar;
"pajjiż" tinkludi territorju;
"persuna" tfisser persuna naturali jew legali;
"riċerka xjentifika bażika" tfisser xogħol sperimentali jew
teoriku li prinċipalment isir sabiex tinkiseb konoxxenza ġdida tal-
prinċipji fondamentali ta’ fenomeni jew fatti li jiġu osservati, u li
ma jkunux primarjament diretti lejn xi fini prattika u speċifika jew
mira;
"użu finali militari" tfisser:
(a) l-inkorporazzjoni ġewwa oġġetti militari elenkati fil-
lista militari,
(b) użu ta’ tagħmir għall-produzzjoni, ittestjar jew analiżi
u komponenti għalihom, għall-iżvilupp, produzzjoni
jew manutenzjoni ta’ oġġetti militari elenkati fil-lista
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 3
militari,
(ċ) użu ta’ prodotti mhux mitmuma f’impjant għall-
produzzjoni ta’ oġġetti militari elenkati fil-lista
militari;
"treġijiet ta’ kontroll, korpi u trattati dwar l-esportazzjoni
internazzjonali" tfisser dawk magħrufin bħala Australia Group,
Missile Technology Control Regime, Nuclear Supplies Group,
Wassenaar Arrangement, Zangger Committee u l-Konvenzjoni
dwar Armi Kimiċi;
"vettura b’effett fil-wiċċ" tfisser vettura li tirkeb fuq saff arja
(kemm fil-ġenb biss kemm mgħotti mad-dawra kollha) u vettura li
tuża l-effett tal-ġewnaħ-ġol-art għal tlugħ pożittiv;
"vjaġġ kummerċjali normali" tfisser vjaġġ li jipprovdi servizzi
ta’ trasport fil-kors normali tal-kummerċ;
"vjaġġ skedat" tfisser wieħed minn serje ta’ vjaġġi li jsiru bejn l-
istess żewġ postijiet u li flimkien jammontaw għal servizz
sistematiku mħaddem b’tali mod li l-benefiċċi tiegħu jkunu
disponibbli għall-membri tal-pubbliku minn żmien għal żmien li
jkunu qed ifittxu li jieħdu vantaġġ minnu.
(2) Referenza f’dawn ir-regolamenti għal żmien wara xi ġrajja
hija referenza għal perjodu għal dak it-tul ta’ żmien li jibda għaddej
mill-ġurnata li tiġi minnufih wara dik il-ġrajja.
(3) F’dawn ir-regolamenti, ħlief fejn ir-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra, referenza għal:
(a) regolament b’numru hija referenza għar-regolament
f’dawn ir-regolamenti li jkollu dak in-numru;
(b) subregolament b’numru hija referenza għas-
subregolament li jkollu dak in-numru fir-regolament
fejn ikun hemm dik ir-referenza.
Skop.
oġġetti li għandhom użu doppju elenkati f’Kapitolu I tal-Ktejjeb.
(2) Konformi ma’ regolament 7 jew regolament 8, tista’ wkoll
tenħtieġ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lejn kull jew lejn xi
destinazzjoni waħda ta’ ċertu oġġetti li għandhom użu doppju u li
mhux elenkati f’Kapitolu I tal-Ktejjeb.
Ħruġ u revoka eċċ., 
ta’ 
awtorizzazzjoni-
jiet.
4. (1) Id-Direttur jista’ jagħti awtorizzazzjonijiet għall-
esportazzjoni ta’ oġġetti li għandhom użu doppju kif speċifikat
f’dawn ir-regolamenti.
(2) Awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur konformi ma’ dawn
ir-regolamenti jew li jkollha effett daqslikieku tkun ġiet hekk
mogħtija tista’ tkun:
(a) kemm individwali, globali jew ġenerali;
(b) limitata hekk li tiskadi f’data speċifikata kemm-il
darba ma tiġix imġedda;
(ċ) soġġetta għal kondizzjonijiet jew mingħajrhom, u xi
kondizzjoni bħal dik tista’ tkun teħtieġ jew
tipprojbixxi kull att qabel jew wara l-esportazzjoni ta’
4 L.S.365.12 ħ
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
oġġetti taħt dik l-awtorizzazzjoni;
(d) annullata, sospiża, modifikata jew revokata mid-
Direttur.
(3) Tista’ tingħata awtorizzazzjoni individwali għall-
esportazzjoni lil xi esportatur individwali, meta dan japplika fuq
formola kif stipulata fl-Iskeda, għall-esportazzjoni ta’ oġġett
speċifikat li għandu użu doppju lil destinatarju speċifikat sal-
kwantità  speċifikata fl-awtorizzazzjoni.
(4) Tista’ tingħata awtorizzazzjoni globali għall-esportazzjoni
lil esportatur individwali, meta dan japplika fuq formola kif
stipulata fl-Iskeda, għall-esportazzjoni ta’ oġġetti speċifikati li
għandhom użu doppju sal-kwantitajiet speċifikati fl-
awtorizzazzjoni, lil destinatarji speċifikati f’xi pajjiż wieħed
speċifikat jew iktar.
(5) Meta jkunu qegħdin japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-
esportazzjoni, l-esportaturi għandhom jipprovdu lid-Direttur b’kull
informazzjoni relevanti meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom.
Esportazzjonijiet 
ta’ oġġetti li 
għandhom użu 
doppju.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti:
(a) ħadd m’għandu jagħmel l-esportazzjoni ta’ oġġetti
speċifikati fil-Kapitolu I tal-Ktejjeb, lejn xi
destinazzjoni ħlief taħt u skond l-awtorizzazzjoni kif
speċifikat fir-regolament 4;
(b) ħadd m’għandu jesporta lejn xi destinazzjoni oġġetti li
għandhom użu doppju kemm jekk dawn ikunu elenkati
fil-Kapitolu I tal-Ktejjeb kemm jekk le, li dik il-
persuna jkollha għaliex tissuspetta li l-oġġetti jkunu
jew jistgħu jkunu maħsuba, kollha kemm huma jew
f’parti minnhom, għall-użu f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ l-iżvilupp, produzzjoni, maniġġ, tħaddim,
manutenzjoni, ħżin, kxif, identifikazzjoni jew tixrid ta’
armi kimiċi, bioloġiċi jew nukleari jew xi tagħmir
splużiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni,
manutenzjoni jew ħżin ta’ missili li għandhom il-
kapaċità  jwasslu dawk l-armi, kemm-il darba dik il-
persuna ma tkunx indagat b’kull mod li tista’ dwar l-
użu propost tagħhom u tkun sodisfatta li ma jkunux se
jintużaw b’dak il-mod;
(ċ) ħadd m’għandu jagħmel l-esportazzjoni lejn xi
destinazzjoni li tkun tikkonsisti fit-trasmissjoni bil-
fax, telefon jew mezzi elettroniċi oħra ta’ oġġetti li
għandhom użu doppju fl-għamla ta’ software jew
teknoloġija jekk:
(i) dik il-persuna tkun ġiet informata minn xi
awtorità  kompetenti li s-software jew
teknoloġija jkunu jew jistgħu jkunu maħsuba,
kollha kemm huma jew f’parti minnhom, għal xi
użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu (b); jew
(ii) dik il-persuna tkun konxja li s-software jew
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 5
teknoloġija jkunu maħsuba, kollha kemm huma
jew f’parti minnhom, għal xi użu minn dawk
imsemmija fil-paragrafu (b); jew
(iii) dik il-persuna jkollha għaliex tissuspetta li s-
software jew teknoloġija jkunu jew jistgħu jkunu
maħsuba, kollha kemm ħuma jew f’parti
minnhom, għal xi użu minn dawk imsemmija fil-
paragrafu (b), kemm-il darba dik il-persuna ma
tkunx indagat b’kull mod li tista’ dwar l-użu
propost tagħhom u tkun sodisfatta li ma jkunux
se jintużaw b’dak il-mod; u
(d) ħadd m’għandu jipprovdi assistenza teknika f’xi
destinazzjoni, jekk dik l-assistenza tkun
maħsuba, jew il-fornitur ikun konxju li tkun
maħsuba, kollha kemm hi jew f’parti minnha,
għal xi użu minn dawk imsemmija fil-paragrafu
(b).
(2) Il-paragrafi (b) u (ċ) tas-subregolament (1) ma jagħmlu
ebda projbizzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li dwarhom tkun
ingħatat awtorizzazzjoni bil-miktub mid-Direttur, sakemm jiġu
mħarsa l-kondizzjonijiet kollha marbuta ma’ l-awtorizzazzjoni.
(3) Il-paragrafu (d) tas-subregolament (1) ma jagħmel ebda
projbizzjoni għall-assistenza teknika:
(a) meta din tiġi pprovduta f’xi pajjiż elenkat fil-Parti 3
tal-Kapitoli II u III tal-Ktejjeb;
(b) meta din tieħu l-għamla ta’ trasferiment ta’
informazzjoni li tkun fid-dominju pubbliku, jew li tkun
tikkonsisti f’riċerka xjentifika bażika; jew
(ċ) meta din issir bil-fomm u ma jkollhiex x’taqsam ma’
oġġetti li jkunu meħtieġa li jiġu kkontrollati minn xi
wieħed jew iktar mit-treġijiet ta’ kontroll, korpi u
trattati dwar l-esportazzjoni internazzjonali.
Awtorizzazzjoni 
Ġenerali 
Nazzjonali għall-
Esportazzjoni.
6. (1) Mingħajr preġudizzju għar-regolament 5(1), qegħda
b’dan tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-
Esportazzjoni dwar -
(a) dawk l-oġġetti għall-esportazzjoni lejn dawk id-
destinazzjonijiet, kif speċifikat fil-Kapitolu II tal-
Ktejjeb; u
(b) dawk l-oġġetti għall-esportazzjoni lejn l-Istati Membri
ta’ l-Unjoni Ewropea, kif speċifikat fil-Kapitolu III
tal-Ktejjeb,
bla ħsara għall-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet hemm stipulati u għal
kull kondizzjoni u ħtieġa addizzjonali li jistgħu jiġu imposti mid-
Direttur. L-oġġetti elenkati fil-Parti 2 tal-Kapitolu II tal-Ktejjeb u
fil-Parti 2 tal-Kapitolu III tal-Ktejjeb mhumiex koperti b’dawn l-
Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni.
(2) L-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali għall-
Esportazzjonijiet speċifikati fis-subregolament (1) ma jistgħux
ikunu utilizzati jekk l-esportatur ikun jaf fil-waqt ta’ l-
esportazzjoni li d-destinazzjoni finali ta’ dawk l-oġġetti ma tkunx
6 L.S.365.12 ħ
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
lejn il-pajjiżi speċifikati u li ebda pproċessar jew xogħol m’għandu
jsir fuq dawk l-oġġetti f’dawk il-pajjiżi lejn fejn dawn ikunu se jiġu
esportati.
Oġġetti li 
għandhom użu 
doppju u li 
mhumix elenkati 
fil-Kapitolu I tal-
Ktejjeb.
7. (1) Tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’
oġġetti li għandhom użu doppju u li mhumiex elenkati fil-Kapitolu
I tal-Ktejjeb, jekk l-esportatur ikun ġie mgħarraf minn xi awtorità
kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni jkunu jew jistgħu jkunu
maħsuba, kollha kemm huma jew f’parti minnhom:
(a) għal xi użu minn dawk imsemmija fir-regolament
5(1)(b), jew
(b) għall-użu bħala parts jew komponenti ta’ tagħmir
militari elenkati fil-lista militari, li jkun qabel ġie
esportat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur ta’
ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni.
(2) Meta esportatur ikun konxju li oġġetti li għandhom użu
doppju li huwa jkun qed jipproponi li jesporta, u li ma jkunux
elenkati fil-Kapitolu I tal-Ktejjeb, ikunu maħsuba kollha kemm
huma jew f’parti minnhom, għal xi użu minn dawk imsemmija fis-
subregolamenti (1)(a) u (1)(b) u regolament 8, huwa għandu javża
lid-Direttur, li mbagħad jiddeċiedi jekk ikunx spedjenti jew le li
jeffettwa dik l-esportazzjoni kif soġġetta għall-awtorizzazzjoni.
Imposizzjoni ta’ 
ħtieġa ta’ 
awtorizzazzjoni 
f’ċirkostanzi 
partikolari.
8. (1) Mingħajr preġudizzju għar-regolament 7, id-Direttur
jista’ b’avviż legali jipprojbixxi jew jimponi ħtieġa ta’
awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti li għandhom użu
doppju u li ma jkunux elenkati fil-Kapitolu I tal-Ktejjeb minħabba
f’raġunijiet ta’ sigurezza pubblika jew konsiderazzjonijiet dwar id-
drittijiet umani.
(2) Tkun meħtieġa wkoll awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni
ta’ oġġetti li għandhom użu doppju u li ma jkunux elenkati filk-
Kapitolu I tal-Ktejjeb, jekk il-pajjiż li jixtri jew il-pajjiż
destinatarju jkun suġġett għal embargo fuq l-armi li jkun ġie deċiż
b’posizzjoni komuni jew b’azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill
ta’ l-Unjoni Ewropea jew b’deċiżjoni ta’ l-Organizzazzjoni għas-
Sigurezza u l-Koperazzjoni fl-Ewropa jew embargo fuq l-armi
impost b’risoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-
Nazzjonijiet Uniti u jekk l-esportatur jkun ġie mgħarraf minn xi
awtorità  kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni jkunu jew jistgħu jkunu
maħsuba, kollha kemm huma jew f’parti minnhom, għal xi użu
finali militari.
(3) Tkun meħtieġa wkoll awtorizzazzjoni għall-għoti ta’
assistenza teknika dwar xi użu finali militari, jekk dik l-assistenza
tingħata f’pajjiżi destinatarji suġġetti għal embargo fuq l-armi kif
hemm imsemmi fis-subregolament (2).
Għoti ta’ 
dikjarazzjoni dwar 
l-użu finali.
9. Awtorizzazzjoni mogħtija kif stipulat f’dawn ir-
regolamenti tista’ tkun soġġetta, jekk ikun hekk adatt, għal ċertu
ħtiġiet u kondizzjonijiet, bħalma huma l-obbligazzjoni li tiġi
pprovduta dikjarazzjoni ta’ użu finali.
Eċċezzjonijiet. 10. (1) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx dwar:
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 7
(a) oġġetti fi transitu; u
(b) il-provvista ta’ servizzi jew it-trasmissjoni ta’
teknoloġija jekk dik il-provvista jew trasmissjoni
jkunu jinvolvu ċ-ċaqlieq transkonfini ta’ persuni
naturali.
(2) Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma tipprojbixxi l-
esportazzjoni ta’:
(a) xi inġenju ta’ l-ajru waqt vjaġġ skedat;
(b) xi inġenju ta’ l-ajru li l-importazzjoni tiegħu minnufih
qabel tkun saret waqt vjaġġ skedat u li jkun maħsub
għal iktar vjaġġi skedati;
(ċ) xi opra tal-baħar li tkun qed titlaq għal xi żmien minn
Malta għal tbaħħir bi prova;
(d) xi opra tal-baħar li tkun qed tbaħħar waqt vjaġġ
kummerċjali normali.
Proċeduri tad-
dwana.
11. Meta jkun qed jagħmel il-formalitajiet għall-esportazzjoni
ta’ oġġetti li għandhom użu doppju fl-uffiċċju tad-dwana
responsabbli biex jipproċessa d-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni,
l-esportatur għandu jġib kull prova li tkun inkisbet kull
awtorizzazzjoni neċessarja għall-esportazzjoni.
Applikazzjonijiet 
qarrieqa għal 
awtorizzazzjonijiet 
eċċ.
12. (1) Għall-finijiet li jikseb awtorizzazzjoni ħadd ma
għandu:
(a) jagħmel xi dikjarazzjoni jew iforni xi dokument jew
informazzjoni li dik il-persuna tkun taf li jkunu foloz
f’xi dettall materjali; jew
(b) b’mod traskurat jagħmel xi dikjarazzjoni jew iforni xi
dokument jew informazzjoni li jkunu foloz f’xi dettall
materjali.
(2) Awtorizzazzjoni li tista’ tkun ġiet mogħtija mid-Direttur
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjoni li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni falza jew ikunu ġew fornuti xi dokument jew
informazzjoni foloz, għandha tkun nulla mill-ġurnata meta tkun
ġiet mogħtija.
Reġistrazzjoni u 
għoti ta’ 
informazzjoni.
13. (1) Mhux aktar tard minn tletin ġurnata wara li persuna
tagħmel esportazzjoni għall-ewwel darba bis-saħħa ta’
awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur, jew l-Awtorizzazzjoni
Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni, dik il-persuna għandha
tagħti lid-Direttur avviż bil-miktub ta’ dawn il-partikolaritajiet li
ġejjin:
(a) isem il-persuna; u
(b) l-indirizz fejn jistgħu jiġu spezzjonati kopji tar-
records imsemmija fir-regolament 14 minn kull min
jiġi hekk awtorizzat jagħmel mill-Ministru taħt ir-
regolament 14.
(2) Persuna li tkun tat lid-Direttur avviż bil-miktub tal-
partikolaritajiet taħt is-subregolament (1) għandha, mhux aktar tard
minn tletin ġurnata wara xi bdil li jista’ jsir f’dawk il-
8 L.S.365.12 ħ
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
partikolaritajiet, tagħti lid-Direttur avviż bil-miktub tal-
partikolaritajiet mibdula.
Żamma ta’ records 
u spezzjonijiet.
14. (1) L-esportaturi għandhom iżommu reġistri jew records
dettaljati ta’ l-esportazzjonijiet li jagħmlu. Dawk ir-reġistri jew
records ikunu jinkludu b’mod partikolari dokumenti kummerċjali
bħalma huma fatturi, manifesti u dokumenti dwar it-trasport u kull
xorta ta’ kunsinna oħra, li jkun fihom informazzjoni biżżejjed biex
dan li ġej ikun jista’ jiġi identifikat:
(a) id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti li għandhom użu doppju;
(b) il-kwantità  ta’ l-oġġetti li għandhom użu doppju;
(ċ) l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur u tad-destinatarju;
(d) safejn dik il-persuna tkun taf, l-użu finali ta’ l-oġġetti
u l-isem u l-indirizz ta’ l-utent finali.
(2) Ir-records imsemmija fis-subregolament (1) għandhom
jinżammu għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja
li fiha tkun saret l-esportazzjoni, u l-persuna involuta għandha
tippermetti li kull tali record ikun jista’ jiġi spezzjonat u li ssir
kopja tiegħu minn kull min ikun hekk awtorizzat mill-Ministru.
(3) Persuna li tkun awtorizzata mill-Ministru tista’ wara li, jekk
tkun meħtieġa, turi dokument debitament awtentikat li jixhed għall-
awtorità  tagħha, tidħol f’kull ħin raġonevoli, għall-fini tas-
subregolament (2), f’dak il-fond li l-indirizz tiegħu jkun ġie l-aħħar
notifikat lid-Direttur taħt ir-regolament 13.
(4) Meta jinżammu dokumenti jew records imsemmija fis-
subregolament (2) f’għamla li ma tkunx tista’ tinqara l-esportatur
għandu fuq talba tal-persuna li tkun awtorizzata mill-Ministru,
jirriproduċi dawk id-dokumenti jew records f’forma li tinqara.
Pieni għal min 
jonqos milli jħares 
dawn ir-
regolamenti.
15. (1) Kull min f’Malta, jew kull ċittadin jew resident
permanenti ta’ Malta, sew jekk jinsab f’Malta sew band’oħra, li -
(a) jesporta oġġetti minn Malta bis-saħħa ta’
awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur, jew l-
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-
Esportazzjoni, u jonqos milli jħares xi kondizzjoni
marbuta ma’ dik l-awtorizzazzjoni, jew
(b) jikser xi regolament minn dawn,
ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn ħames snin jew multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin elf lira.
(2) Ħadd ma jkun ħati ta’ reat taħt is-subregolament (1)(a)
meta:
(a) skond ma jista’ jkun il-każ:
(i) il-kondizzjoni inkwistjoni tkun ġiet qabel
modifikata mingħajr il-kunsens ta’ dik il-
persuna mid-Direttur;
(ii) fil-każ ta’ 1-Awtorizzazzjoni Ġenerali
Nazzjonali għall-Esportazzjoni, il-kondizzjoni
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 9
inkwistjoni tkun ġiet qabel modifikata;
(b) in-nuqqas allegat ta’ konformità  ma kienx ikun nuqqas
li kieku l-awtorizzazzjoni, jew l-Awtorizzazzjoni
Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni ma tkunx ġiet
qabel hekk modifikata; u
(ċ) dik il-persuna ġġib prova li l-oġġetti li dwarhom tkun
naqset milli tħares il-kondizzjoni kienu, fil-waqt li l-
kondizzjoni ġiet modifikata, diġà  ġew esportati.
10 L.S.365.12 ħ
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU
SKEDA
Esportazzjoni ta’ Oġġetti li għandhom Użu Doppju
Formola ta’ Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni
1. ESPORTATURVat Nru:
Isem il-Kumpannija:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
2. DESTINATARJU
Isem:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
Indirizz ta’ e-Mail:
3. AĠENT/RAPPREŻENTANT
Isem il-Kumpannija:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
4. UTENT FINALI
Isem:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
Indirizz ta’ e-Mail:
5. Pajjiż ta’ oriġini 6. Pajjiż fejn issir il-
kunsinna
7. Pajjiż tad-destinatarju
finali
8. Deskrizzjoni ta’ l-oġġett*: 9. Kodiċi tal-kommodità 10. Lista tal-
kontroll nru.
11. Munita u valur 12. Kwantità  ta’ l-
oġġetti
13  Skop aħħari ta’ użu 14. Data tal-Kuntratt 15. Proċedura tad-
Dwana dwar l-
esportazzjoni
16. Tagħrif addizzjonali meqjus relevanti mill-esportatur
17. B’dan qiegħed napplika għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni dwar l-oġġett
imsemmi hawn fuq u niddikjara li l-partikolaritajiet kollha minni forniti huma korretti.
Firma Isem b’ittri kapitali Data
GĦALL-UŻU TA’ L-UFFIĊĊJU BISS Referenza Nru:
L-esportazzjoni ġiet awtorizzata: Din l-awtorizzazzjoni tibqa’ valida sa:
Firma Timbru
Isem b’ittri kapitali
Data
* L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-oġġett għandhom jiġu mehmuża ma’ din il-formula ta’ applikazzjoni
Nota: Kaxex 1 sa 17 għandhom jiġu mimlija kollha. Formola separata għandha tintbagħat għal kull oġġett
KONTROLL FL-ESPOPRTAZZJONI 
TA’ OĠĠETTI LI GĦANDHOM UŻU DOPPJU ġ L.S.365.12 11
Nota: Fil-parti I tal-kaxxa 18, niżżel il-kwantità  li għadha disponibbli, u fil-partt 2 tal-kaxxa 18 niżżel
il-kwantità  mnaqqsa f’dik l-okkażjoni.
17. Kwantità /valur (Piż/qies ieħor nett,
liema qies għandu jiġi indikat)
20. Dokument tad-
dwana
(Tip jew numru ta’
estrazzjoni) u d-
data tat-tnaqqis
21. Isem f’ittri
kapitali u l-
firma ta’ l-
Uffiċjal tad-
Dwana u
timbru
18. F’numri 19. Fi kliem
dwar il-
kwantità /
valur
imnaqqas
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
