KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI ġ L.S.365.13 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 365.13
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
FL-ESPORTAZZJONI TA’ TAGĦMIR MILITARI
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 269 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviż Legali 376 ta’ l-
2003.
Titolu.
Kontroll fl-Esportazzjoni ta’ Tagħmir Militari.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 376 ta’ l-
2003.
Kap. 365.
2. (1) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
"Att" tfisser l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess
Nazzjonali;
''attivitajiet ta’ brokering'' tfisser attivitajiet ta’ persuni u
entitajiet -
(a) li jinnegozjaw jew jirranġaw operazzjonijiet li jista’
jkollhom x’jaqsmu mat-trasferiment ta’ oġġetti
elenkati fil-Manwal minn xi pajjiż, inkluża Malta, lejn
xi pajjiż ieħor; jew
(b) li jixtru, jbiegħu jew jirranġaw it-trasferiment ta’ dawk
l-oġġetti li jkunu fil-pussess tagħhom minn xi pajjiż,
inkluża Malta, lejn xi pajjiż ieħor;
''broker'' tfisser persuna naturali jew legali li tagħmel attivitajiet
ta’ brokering;
"dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni" tfisser dak l-att li bih persuna
tindika fuq il-formola u bil-mod preskritt ix-xewqa li tqiegħed
tagħmir militari taħt proċedura ta’ esportazzjoni;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għall-kummerċ u
tinkludi lil kull uffiċjal maħtur jew awtorizzat mid-Direttur biex
jaġixxi għal xi għan jew klassi ta’ għanijiet ta’ dawn ir-
regolamenti:
Cap. 37.
Dwana, il-Ministru jew id-Direttur għandhom jaġixxu
f’konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għad-dwana, jew ma’
dik l-awtorità  l-oħra, kap ta’ dipartiment jew persuna maħtura għal
dak l-għan minn dak il-Ministru;
"esportatur" tfisser persuna fiżika jew legali li f’isimha ssir
dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, jiġifieri min, fil-waqt li tiġi
aċċettata d-dikjarazzjoni, jagħmel il-kuntratt mad-destinatarju fil-
pajjiż terz u jkollu s-setgħa jiddeċiedi li l-oġġett jinħareġ mit-
territorju doganali ta’ Malta. Jekk ma jkun sar ebda kuntratt ta’
esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx qed jaġixxi
f’ismu, s-setgħa li jiġi deċiż dwar li l-oġġett jinħareġ mit-territorju
doganali ta’ Malta tkun waħda deċiżiva;
"esportazzjoni", kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, tfisser esportazzjoni minn Malta, u tinkludi t-
2 L.S.365.13 ħ
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI
trasmissjoni ta’ software jew teknoloġija bil-fax, bit-telefon jew
mezzi elettroniċi oħra (ħlief li t-trasmissjoni bil-fomm ta’
teknoloġija bit-telefon tkun inkluża biss meta t-teknoloġija tkun
tinsab f’dokument li l-parti rilevanti tiegħu tinqara fuq it-telefon,
jew tiġi deskritta fuq it-telefon b’tali mod li sostanzjalment jinkiseb
l-istess riżultat daqslikieku kien hekk inqara);
"importazzjoni" u "esportazzjoni" għar-rigward ta’ opra tal-
baħar, vettura sommerġibbli jew inġenji ta’ l-ajru tinkludi li
ddaħħal ġewwa Malta jew li toħroġ minn Malta dik l-opra tal-
baħar, vettura sommerġibbli jew inġenju ta’ l-ajru minkejja li l-
opra tal-baħar, vettura sommerġibbli jew inġenju ta’ l-ajru jkunu
qegħdin iġorru oġġetti jew passiġġieri, u kemm jekk dawn ikunu
qed jitħarrku bil-qawwa tagħhom infushom kemm jekk le; u
frażijiet li jixxiebħu għandhom jiftiehmu skond hekk;
"tagħmir militari" tfisser oġġetti użati jew mhux użati, inklużi
software u teknoloġija, li jinsabu elenkati fil-Manwal;
"il-Manwal" tfisser il-ktejjeb li jġib l-isem "Lista ta’ Tagħmir
Militari" li huwa ppubblikat fil-Gazzetta u li jista’ jiġi emendat kif
meħtieġ minn żmien għal żmien mid-Direttur b’avvż fil-Gazzetta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ;
"oġġetti fi transitu" tfisser oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju
ta’ Malta, jiġifieri dawk l-oġġetti li mhumiex assenjati trattament
approvat mid-dwana jew xi użu li ma jkunx proċedura ta’ transitu
estern jew li biss jitqegħdu f’żona libera jew depożt liberu u fejn
ma jkollu jinżamm ebda record tagħhom fi stock record approvat;
"opra tal-baħar" tinkludi kull bastiment, vettura b’effett fil-wiċċ,
opra tal-baħar li jkollha area li tmiss mal-baħar ta’ daqs żgħir jew
hydrofoil, u l-buq jew parti mill-buq ta’ xi opra tal-baħar;
"pajjiż" tinkludi territorju;
"persuna" tfisser persuna naturali jew legali;
"vettura b’effett fil-wiċċ" tfisser vettura li tirkeb fuq saff arja
(kemm fil-ġenb biss kemm mgħotti mad-dawra kollha) u vettura li
tuża l-effett tal-ġewnaħ-ġol-art għal tlugħ pożittiv;
"vjaġġ kummerċjali normali" tfisser vjaġġ li jipprovdi servizzi
ta’ trasport fil-kors normali tal-kummerċ;
"vjaġġ skedat" tfisser wieħed minn serje ta’ vjaġġi li jsiru bejn l-
istess żewġ postijiet u li flimkien jammontaw għal servizz
sistematiku mħaddem b’tali mod li l-benefiċċi tiegħu jkunu
disponibbli għall-membri tal-pubbliku li minn żmien għal żmien
jkunu qed ifittxu li jieħdu vantaġġ minnu.
(2) Referenza f’dawn ir-regolamenti għal żmien wara xi ġrajja
hija referenza għal perjodu għal dak it-tul ta’ żmien li jibda għaddej
mill-ġurnata li tiġi minnufih wara dik il-ġrajja.
(3) F’dawn ir-regolamenti ħlief fejn ir-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, referenza għal -
(a) regolament b’numru hija referenza għar-regolament
f’dawn ir-regolamenti li jkollu dak in-numru;
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI ġ L.S.365.13 3
(b) subregolament b’numru hija referenza għas-
subregolament li jkollu dak in-numru fir-regolament
fejn ikun hemm dik ir-referenza.
Ħruġ u revoka, 
eċċ., ta’ 
awtorizzazzjoni-
jiet.
3. (1) Tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mid-Direttur għall-
esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Manwal.
(2) Awtorizzazzjoni hekk mogħtija mid-Direttur konformi ma’
dawn ir-regolamenti tista’ tkun:
(a) limitata hekk li tiskadi f’data speċifikata kemm-il
darba ma tiġix imġedda;
(b) soġġetta għal kondizzjonijiet jew mingħajrhom, u
kondizzjoni bħal dik tista’ tkun teħtieġ jew
tipprojbixxi kull att qabel jew wara l-esportazzjoni ta’
oġġetti taħt dik l-awtorizzazzjoni;
(ċ) annullata, sospiża, modifikata jew revokata mid-
Direttur.
(3) Meta jkunu qegħdin japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-
esportazzjoni, l-esportaturi għandhom jipprovdu lid-Direttur b’kull
informazzjoni relevanti meħtieġa għall-applikazzjonijiet tagħhom.
L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq formola kif stipulata fl-
Iskeda.
Esportazzjonijiet 
ta’ tagħmir 
militari.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti ħadd m’għandu jagħmel ebda esportazzjoni ta’ oġġetti
speċifikati fil-Manwal, lejn xi destinazzjoni ħlief taħt u skond
awtorizzazzjoni kif speċifikat fir-regolament 3.
(2) Dawn ir-regolamenti japplikaw ukoll għal oġġetti fi
transitu.
Attivitajiet ta’ 
brokering.
Miżjud:
A.L. 376 ta’ l-
2003.
4A. (1) Qabel ma jagħmlu attivitajiet ta’ brokering li
għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment ta’ xi oġġett elenkat fil-
Manwal, il-brokers għandhom jibgħatu applikazzjoni bil-miktub
lid-Direttur biex tinħarġilhom liċenza biex jagħmluha ta’ broker,
filwaqt li jipprovdu fiha kull informazzjoni rilevanti mitluba mid-
Direttur.
(2) Ħadd ma għandu jagħmel attivitajiet ta’ brokering li
għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment minn xi pajjiż, inkluża
Malta, lejn xi pajjiż ieħor ta’ xi oġġett elenkat fil-Manwal sakemm:
(a) huwa ma jkunx fil-pussess ta’ liċenza maħruġa mid-
Direttur biex jagħmilha ta’ broker; u
(b) ma tkunx inħargitlu awtorizzazzjoni mid-Direttur
għat-trasferiment ta’ dak l-oġġett.
Eċċezzjonijiet.
esportazzjoni ta’ oġġetti mill-Forzi Armati ta’ Malta:
(a) għall-użu minn xi Forza Internazzjonali tan-
Nazzjonijiet Uniti filwaqt li tkun qed taqdi dmirijietha
bħala tali;
(b) għall-użu f’dak li għandu x’jaqsam ma’
Operazzjonijiet ta’ Żamma tal-Paċi mmexxija mill-
Unjoni Ewropea bis-sanzjoni tal-UN/OSCE;
4 L.S.365.13 ħ
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI
(ċ) għall-użu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sitwazzjonijiet
ta’ periklu u ħsara u każijiet oħra ta’ xorta ta’
emerġenza;
(d) għall-fini li jiġu msewwija, ffittjati mill-ġdid,
modifikati, ttestjati jew biex issirilhom manutenzjoni u
wara jitreġġgħu lura Malta;
(e) għall-fini li jintużaw f’kompetizzjonijiet militari
internazzjonali, jew
(f) għall-finijiet ta’ prova ta’ munizzjon.
(2) Ebda ħaġa f’dawn ir-regolamenti ma tipprojbixxi l-
esportazzjoni ta’:
(a) xi inġenju ta’ l-ajru fuq vjaġġ skedat;
(b) xi inġenju ta’ l-ajru li minnufih qabel l-importazzjoni
tiegħu kien fuq vjaġġ skedat u li jkun maħsub biex
jagħmel iktar vjaġġi skedati;
(ċ) xi opra tal-baħar li tkun qed titlaq għal xi żmien minn
Malta għal tbaħħir bi prova;
(d) xi opra tal-baħar li tkun qed tbaħħar waqt vjaġġ
kummerċjali normali.
Proċeduri tad-
Dwana.
6. Meta jkun qed jagħmel il-formalitajiet għall-esportazzjoni
ta’ tagħmir militari fl-uffiċċju tad-dwana responsabbli biex
jipproċessa d-dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni, l-esportatur
għandu jġib kull prova li kull awtorizzazzjoni neċessarja għall-
esportazzjoni tkun inkisbet.
Applikazzjonijiet 
qarrieqa għal 
awtorizzazzjoni-
jiet, eċċ.
7. (1) Għall-finijiet li jikseb awtorizzazzjoni ħadd ma
għandu:
(a) jagħmel xi dikjarazzjoni jew iforni xi dokument jew
informazzjoni li dik il-persuna tkun taf li jkunu foloz
f’xi dettall materjali; jew
(b) b’mod traskurat jagħmel xi dikjarazzjoni jew iforni xi
dokument jew informazzjoni li jkunu foloz f’xi dettall
materjali.
(2) Awtorizzazzjoni li tista’ tkun ġiet mogħtija mid-Direttur
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjoni li dwarha tkun saret
dikjarazzjoni falza jew ikunu ġew fornuti xi dokument jew
informazzjoni foloz, għandha tkun nulla mill-ġurnata meta tkun
ġiet mogħtija.
Reġistrazzjoni u 
għoti ta’ 
informazzjoni.
8. (1) Mhux aktar tard minn tletin ġurnata wara li persuna
tagħmel esportazzjoni għall-ewwel darba bis-saħħa ta’
awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur, dik il-persuna għandha
tagħti lid-Direttur avviż bil-miktub ta’ dawn il-partikolaritajiet li
ġejjin:
(a) isem il-persuna; u
(b) l-indirizz fejn jistgħu jiġu spezzjonati kopji tar-records
imsemmija fir-regolament 9 minn kull min jiġi hekk
awtorizzat jagħmel mill-Ministru taħt ir-regolament 9.
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI ġ L.S.365.13 5
(2) Persuna li tkun tat lid-Direttur avviż bil-miktub tal-
partikolaritajiet taħt is-subregolament (1) għandha, mhux aktar tard
minn tletin ġurnata wara xi bdil li jista’ jsir f’dawk il-
partikolaritajiet, tagħti lid-Direttur avviż bil-miktub tal-
partikolaritajiet mibdula.
Żamma ta’ records 
u spezzjonijiet.
9. (1) L-esportaturi għandhom iżommu reġistri jew records
dettaljati ta’ l-esporrazzjonijiet li jagħmlu. Dawk ir-reġistri jew
records ikunu jinkludu b’mod partikolari dokumenti kummerċjali
bħalma huma fatturi, manifesti u dokumenti dwar it-trasport u kull
xorta ta’ kunsinna oħra, li jkun fihom informazzjoni biżżejjed biex
ikun jista’ jiġi identifikat dan li ġej:
(a) id-deskrizzjoni tat-tagħmir militari;
(b) il-kwantità  tat-tagħmir militari;
(ċ) l-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur u tad-destinatarju;
(d) safejn dik il-persuna tkun taf, l-użu finali tat-tagħmir
militari u l-isem u l-indirizz ta’ l-utent finali.
(2) Ir-records imsemmija fis-subregolament (1) għandhom
jinżammu għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja
li fiha tkun saret l-esportazzjoni, u l-persuna involuta għandha
tippermetti li kull tali record ikun jista’ jiġi spezzjonat u li ssir
kopja tiegħu minn kull min ikun hekk awtorizzat mill-Ministru.
(3) Persuna li tkun awtorizzata mill-Ministru tista’ wara li jekk
tkun meħtieġa, turi dokument debitament awtentikat li jixhed għall-
awtorità  li jkollha, tidħol f’kull ħin raġonevoli, għall-fini tas-
subregolament (2), f’dak il-fond li l-indirizz tiegħu jkun ġie l-aħħar
notifikat lid-Direttur taħt ir-regolament 8.
(4) Meta jinżammu dokumenti jew records imsemmija fis-
subregolament (2) f’għamla li ma tkunx tista’ tinqara, l-esportatur
għandu fuq talba tal-persuna li tkun awtorizzata mill-Ministru,
jirriproduċi dawk id-dokumenti jew records f’forma li tinqara.
Pieni għal min 
jonqos milli jħares 
dawn ir-
regolamenti.
10. (1) Kull min f’Malta, jew kull ċittadin jew resident
permanenti ta’ Malta, sew jekk ikun jinsab f’Malta sew band’oħra,
li -
(a) jesporta oġġetti minn Malta bis-saħħa ta’
awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur u jonqos milli
jħares xi kondizzjoni marbuta ma’ dik l-
awtorizzazzjoni, jew
(b) jikser xi regolament minn dawn,
ikun ħati ta’ reat u jista’ jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal
żmien mhux iżjed minn ħames snin jew multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin elf lira.
(2) Ħadd ma jkun ħati ta’ reat taħt is-subregolament (1)(a)
meta:
(a) il-kondizzjoni inkwistjoni tkun ġiet qabel modifikata
mingħajr il-kunsens ta’ dik il-persuna mid-Direttur;
(b) in-nuqqas allegat ta’ konformità  ma kienx ikun nuqqas
li kieku l-awtorizzazzjoni ma tkunx ġiet qabel hekk
6 L.S.365.13 ħ
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI
modifikata; u
(ċ) dik il-persuna ġġib prova li l-oġġetti li dwarhom tkun
naqset milli tħares il-kondizzjoni kienu, fil-waqt li l-
kondizzjoni tkun ġiet modifikata, diġà  ġew esportati.
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI ġ L.S.365.13 7
SKEDA
Esportazzjoni ta’ Tagħmir Militari
Formola ta’ Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni
1. ESPORTATUR Vat
Nru:
Isem il-Kumpannija:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
2. DESTINATARJU
Isem:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
Indirizz ta’ e-Mail:
3. AĠENT/RAPPREŻENTANT
Isem il-Kumpannija:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
4. END-USER
Isem:
Indirizz:
Isem il-persuna li tikkuntattja:
Tel. Nru:
Fax Nru:
Indirizz ta’ e-Mail:
5. Pajjiż ta’ oriġini 6. Pajjiż fejn issir il-
kunsinna
7. Pajjiż tad-destinatarju
finali
8. Deskrizzjoni ta’ l-oġġett*: 9. Kodiċi tal-kommodità 10. Lista tal-
kontroll nru.
11. Munita u valur 12. Kwantità  ta’ l-
oġġetti
13  Skop aħħari ta’ użu 14. Data tal-Kuntratt 15. Proċedura tad-
Dwana dwar l-
esportazzjoni
16. Tagħrif addizzjonali meqjus relevanti mill-esportatur
17. B’dan qiegħed napplika għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni dwar l-oġġett
imsemmi hawn fuq u niddikjara li l-partikolaritajiet kollha minni forniti hum korretti.
Firma Isem b’ittri kapitali Data
GĦALL-UŻU TA’ L-UFFIĊĊJU BISS Referenza Nru:
L-esportazzjoni ġiet awtorizzata: Din l-awtorizzazzjoni tibqa’ valida sa:
Firma Timbru
Isem b’ittri kapitali
Data
* L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-oġġetti għandhom jiġu mehmuża ma’ din il-formula ta’ applikazzjoni
Nota: Kaxex 1 sa 17 għandhom jiġu mimlija kollha. Formola separata għandha tintbagħat għal kull oġġett
8 L.S.365.13 ħ
KONTROLL FL-ESPORTAZZJONI 
TA’ TAGĦMIR MILITARI
Nota: Fil-parti 1 tal-kaxxa 18, niżżel il-kwantità  li għadha disponibbli, u fil-parti 2 tal-kaxxa 18 niżżel
il-kwantità  mnaqqsa f’dik l-okkażjoni.
17. Kwantità /valur (Piż/qies ieħor
liema piż għandu jiġi indikat)
20. Dokument tad-
dwana (Tip u
numru jew numru
ta’ estrazzjoni) u
d-data tat-tnaqqis
21. Isem f’ittri
kapitali u l-
firma ta’ l-
Uffiċjal tad-
Dwana u
timbru
18. F’numri 19. Fi kliem
dwar il-
kwantità /
valur
imnaqqas
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
1.
2.
