APPELLI MINN DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMITAT
GĦALL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI ġ L.S.369.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 369.02
REGOLI DWAR APPELLI MINN DEĊIŻJONIJIET 
TAL-KUMITAT GĦALL-AVUKATI U 
PROKURATURI LEGALI
4 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1997.
Titolu.
Deċiżjonijiet tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali.
L-appell isir bil-
miktub.
Kap. 369.
2. Kull appell lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja minn deċiżjoni tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi
Legali kostitwit taħt l-artikolu 3 ta’ l-Att dwar Kummissjoni għall-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, għandu jsir bil-miktub.
Żmien li fih jista’ 
jsir l-appell.
3. It-terminu biex jiġi sottomess l-appell huwa ta’ għoxrin
ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni ta’ l-imsemmi Kumitat. Din in-
notifika għandha ssir permezz ta’ persuni dettaljati għal dan l-iskop
miċ-Chairman tal-Kummissjoni.
Fejn jiġi preżentat 
l-appell.
4. L-appell irid jiġi depożitat fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni fil-
Palazz, il-Belt Valletta, fil-ħinijiet li fihom ikun miftuh ir-Reġistru
tal-Qorti.
Sommarju tad-
deċiżjoni.
5. L-appell għandu jikkontjeni biss rikapitolazzjoni tal-parti
tad-deċiżjoni li tkun appellata, u r-raġunijiet li għalihom ikun
qiegħed jintalab li din tinbidel.
Data tas-smigħ.
żmien sebat ijiem tappuntah għas-smigħ, u dan għal data li ma
tkunx aktar ’il boghod minn xahar mill-jum ta’ l-istess preżentata.
Quorum.
membri jkunu assenti jew ikunu ġew rikużati m’għandux iwaqqaf
is-smigħ ta’ l-appell basta li jkun hemm preżenti quorum
konsistenti f’nofs l-għadd ta’ membri li jistgħu joqogħdu u wieħed.
Is-seduti jsiru in 
camera.
8. Meta l-Kummissjoni tisma’ appelli minn deċiżjonijiet tal-
Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali, il-proċeduri għandhom
jinżammu in camera, iżda l-Avukat jew il-Prokuratur Legali li
kontrih ikun sar l-ilment oriġinali jista’ jitlob li l-proċeduri jsiru
bil-miftuħ.
Min ukoll jista’ 
jkun preżenti.
9. Waqt is-smigħ ta’ l-appell, kemm il-persuna li kontra
tagħha sar l-ilment kif ukoll il-persuna li għamlet l-ilment u l-
Kamra tal-Avukati jew il-Kamra tal-Prokuraturi Legali, skond il-
każ, għandhom dritt li jkunu preżenti u rappreżentati.
Avviż ta’ smigħ.
notifikati permezz ta’ persuni dettaljati għal dan l-iskop miċ-
Chairman tal-Kummissjoni.
Notifika ta’ l-
appell.
11. Kopja ta’ l-appell tiġi notifikata lill-persuna li kontra
tagħha jkun sar l-ilment oriġinali meta l-appell isir mill-Kamra ta’
l-Avukati jew mill-Kamra tal-Prokuraturi Legali, jew lill-Kamra ta’
l-Avukati jew lill-Kamra tal-Prokuraturi Legali meta l-appell isir
minn min ikun sar l-ilment oriġinali kontrih.
2 L.S.369.02 ħ
APPELLI MINN DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMITAT
GĦALL-AVUKATI U PROKURATURI LEGALI
Meta l-appellant 
jonqos milli jidher.
12. Jekk l-appellant, debitament notifikat, jonqos milli jidher
għas-smigh fil-ġurnata u l-ħin appuntati u jonqos milli jiġġustifika
dak in-nuqqas bil-miktub fi żmien sebat ijiem, l-appell jitqies bħala
deżert.
Xhieda u 
dokumenti.
13. Il-Kummissjoni jkollha dritt li terġa’ tisma’ bil-ġurament
kull persuna li tkun instemgħet mill-Kumitat għall-Avukati u
Prokuraturi Legali, u għandu jkollha disponibbli kull inkartament li
jkollu l-Kumitat dwar il-każ.
Avviż bid-
deċiżjoni.
14. Għandhom jiġu notifikati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni l-
persuna li kontriha jkun sar l-ilment, il-Kamra ta’ l-Avukati jew il-
Kamra tal-Prokuraturi Legali skond il-każ, u l-persuna li tkun
għamlet l-ilment quddiem il-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi
Legali.
Meta l-appell ma 
jinstemax in 
camera.
15. Meta s-smigħ ta’ l-appell ma jkunx sar in camera, id-
deċiżjoni dwar l-appell tingħata fil-pubbliku u din tkun tista’ tiġi
pubblikata sakemm dan isir fit-test sħiħ tagħha.
