ESPORTAZZJONI TA’ ARMI U MUNIZZJON ġ L.S.37.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.02
REGOLAMENTI DWAR L-ESPORTAZZJONI TA’ 
ARMI U MUNIZZJON
11 ta’ Marzu, 1910
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 65 ta’ l-1910, kif emendata bl-
Ordinanza XVI ta’ l-1960.
Titolu.
Esportazzjoni ta’ Armi u Munizzjon.
Esportazzjoni ta’ 
armi u munizzjon.
2. Ebda persuna ma tista’ tesporta minn Malta, armi,
munizzjon jew għodod oħra tal-gwerra, li ma jkunux meħtieġa
għall-Forzi Armati ta’ Malta, mingħajr il-permess speċjali mill-
Gvern.
Applikazzjonijiet.
ndirizzati lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għandhom isemmu -
(a) l-isem u partikolaritajiet oħra ta’ l-esportatur;
(b) in-numru u l-kwalità , jew, skond kif ikun il-każ, il-
kwantità  ta’ għodod li huma maħsuba għall-
esportazzjoni; u
(ċ) il-pajjiż li lilu dawn l-għodod huma maħsuba li jiġu
esportati.
Spezzjon fid-
Dwana.
Emendat:
XVI. 1960.3.
4. Meta jingħata permess biex jiġu esportati armi,
munizzjonijiet jew għodod oħra tal-gwerra, dawn l-għodod jew il-
pakki jew pakketti li jkun hemm fihom dawn l-għodod għandhom
jittieħdu d-Dwana qabel ma jiġu mbarkati biex jiġu spezzjonati
mill-Kontrullur tad-Dwana, li għandu s-setgħa li jordna li kull pakk
jew pakkett kif imsemmi, jinfetaħ sabiex jiġi verifikat il-kontenut
tiegħu.
