KONTROLL TAT-TINED U L-AREI TAD-DWANA ġ L.S.37.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.04
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL
TAT-TINED U L-AREI TAD-DWANA
22 ta’ Novembru, 1956
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 690 ta’ l-1956, kif emendata bl-
Ordinanza XVI ta’ l-1960 u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Kontroll tat-Tined u l-Arei tad-Dwana.
Projbizzjoni minn 
dħul ġewwa tined 
tad-Dwana.
Emendat:
XIII. 1983.5.
2. (1) Ebda persuna barra minn uffiċjal tad-Dwana, uffiċjal
tal-Pulizija jew impjegat tal-Gvern li jkun fuq is-servizz ma għandu
jidħol f’xi tined tad-Dwana, maħżen tad-Dwana jew area oħra tad-
Dwana ħlief fuq xogħol permess.
(2) Kull persuna li tikser dan ir-regolament tista’, mingħajr
preġudizzju għall-fatt li tkun suġġetta għal xi piena oħra tal-liġi,
titneħħa minn area bħal dik, u kull persuna li tonqos li tobdi ordni
lilha mogħti minn uffiċjal tad-Dwana jew tal-Pulizija biex titlaq
mill-area hija suġġetta għal piena ta’ ħames liri.
Rappreżentanti ta’ 
aġenti ta’ vapuri.
3. Aġenti ta’ vapuri jew persuni oħra li jkunu qed iħarsu
merkanzija mportata għandu jkollhom, f’kull tinda allokata lilhom,
rappreżentant li għandu jkun responsabbli għat-tqassim u għall-
istivar sewwa ta’ merkanzija fit-tinda matul iż-żmien meta
merkanzija mportata tkun qed tiġi sbarkata u mqiegħda taħt it-
tinda.
Skrivani li 
jkollhom x’jaqsmu 
mal-konsenja.
Emendat:
XVI. 1960.2.
L.S. 37.05
4. Aġenti ta’ vapuri jew persuni oħra li jkollhom taħt idejhom
il-merkanzija mportata li tkun ġiet sbarkata u mqiegħda taħt xi
tinda jew ix-xatt tad-Dwana, skond ir-Regolamenti tad-Dwana,
għandhom f’kull ħin jipprovdu skrivani li jkollhom x’jaqsmu mal-
konsenja skond kemm jordna l-Kontrullur tad-Dwana għall-
konsenja sewwa ta’ merkanzija mit-tined jew arei li jkun fihom
merkanzija li tkun għadha ma ġietx sdoganata.
Ksur tar-
regolamenti.
Emendat:
XIII. 1983.5.
5. Kull aġent tal-vapuri jew kull persuna oħra msemmija fir-
regolamenti 3 u 4 u li ma jimxix skond dawn ir-Regolamenti jkun
suġġett, meta jinsab ħati, għal multa ta’ ħames liri għal kull darba li
jikser ir-regolamenti.
Irtirar ta’ 
merkanzija.
6. Ebda importatur jew sid ta’ xi koll jew kwantità  ta’
merkanzija li jkollhom fattura bħala konsenja waħda ma jkunu
jistgħu jirtiraw din il-merkanzija minn tined tad-Dwana f’partiti
żgħar u separati.
