SIGARRETTI IMPORTATI ġ L.S.37.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.06
REGOLAMENTI DWAR SIGARRETTI 
IMPORTATI
1 ta’ Settembru, 1963
L-AVVIŻ LEGALI 22 ta’ l-1963, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Sigarretti Importati.
Sigarretti mportati 
għandu jkollhom 
magħhom faxxa 
mwaħħla mal-
kontenut.
2. Ħadd ma jista’ jimporta f’dawn il-Gżejjer jew johroġ mid-
depożt xi sigarretti mportati kemm-il-darba l-pakkett, kaxxa jew
kontenut li fih jingħalqu s-sigarretti ma jkunx issiġillat permezz ta’
faxxa jew bolla maħruġa mill-Kontrullur tad-Dwana.
Mod kif titwaħħal 
il-faxxa jew bolla.
3. Il-faxxa jew bolla għandha titwaħħal b’mod illi ma jkunx
jista’ jinfetaħ il-kontenut mingħajr ma titqatta’.
Il-faxex jew bolli 
għandhom jinħarġu 
mill-Kontrullur 
tad-Dwana.
Emendat:
XIII. 1983.5.
4. Il-faxex jew bolli għandhom jinħarġu mill-Kontrullur tad-
Dwana fuq talba mill-importutur tas-sigarretti bil-prezz ta’ sbatax
il-ċenteżmu u ħames milleżmi kull elf faxxa jew bolla.
Pieni.
Kap. 37.
5. Kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha jew b’xi mod
tiddisponi minn xi sigarretti importati li ma jkunux skond id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 2 u 3 ta’ dawn ir-Regolamenti
tista’ teħel, meta tinsab ħatja, l-pieni maħsuba fl-Ordinanza tad-
Dwana.
