PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI TA’ 
OĠĠETTI LI JAGĦMLU ĦSARA ġ L.S.37.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.08
REGOLAMENTI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
L-IMPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI LI JAGĦMLU 
ĦSARA
12 ta’ Diċembru, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 155 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviż Legali 72 ta’ l-
1994.
Titolu.
Projbizzjoni ta’ l-Importazzjoni ta’ Oġġetti li jagħmlu Ħsara.
Projbizzjoni ta’ l-
importazzjoni ta’ 
ċerti oġġetti.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-1994.
Kap. 9.
2. Ħadd ma jista’ jimporta f’Malta jew joħroġ mid-depożt xi
stampat, tpinġija, ritratt, film, ktieb, kartolina jew kitba, jew xi
oġġett ieħor ikun li jkun, kemm jekk jixbaħ lil dawn ta’ hawn fuq
kemm jekk le, li b’xi mod jhedded, ikun offensiv, libelluż jew
sedizzjuż jew li hu pornografiku jew oxxen skond ir-regolamenti
magħmula taħt l-artikolu 208 tal-Kodiċi Kriminali:
Kap. 350.
Iżda l-projbizzjoni stipulata f’dan ir-regolament ma
għandhiex tintuża sabiex tiġġustifika l-eżami jew iċ-ċensura ta’ xi
film li jiġi impurtat f’Malta minn persuna li jkollha l-jedd legali li
tipprovdi servizzi ta’ xandir televiżiv f’Malta meta l-Kontrullur
tad-Dwana jkun sodisfatt li dak il-film ikun qiegħed jiġi importat
biss bil-għan li jixxandar fuq it-televiżjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ix-Xandir, u ta’ kull regolament
magħmul jew liċenza maħruġa bis-saħħa ta’ dak l-Att.
