ĊERTI SETGĦAT TA’ L-UFFIĊJALI TAD-DWANA ġ L.S.37.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.09
REGOLAMENTI DWAR ĊERTI SETGĦAT
TA’ L-UFFIĊJALI TAD-DWANA
8 ta’ Marzu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1991.
Titolu.
Ċerti Setgħat ta’ l-Uffiċjali tad-Dwana.
Għoti ta’ setgħat 
ta’ Pulizija.
Kap. 37.
2. Kull uffiċjal tad-Dwana għandu jkollu s-setgħa, b’żieda
mas-setgħat u mad-dmirijiet mogħtija lilu skond l-Ordinanza tad-
Dwana, li jeżerċita s-setgħat u d-dmirijiet kollha li bil-liġi huma
mogħtija lill-uffiċjal tal-Pulizija Eżekuttiva fil-postijiet murija fl-
Iskeda ta’ dawn ir-Regolamenti, dwar reat li jkun sar jew li jkun
hemm suspett li jkun sar: 
Iżda dawk il-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet li huma b’liġi
riservati għal uffiċjali li jkollhom il-grad ta’ mhux inqas minn
spettur tal-Pulizija għandhom jitwettqu biss minn uffiċjali li ma
jkollhomx grad inqas minn dak ta’ Uffiċjal I.
SKEDA
1. Kull port, bajja jew daħla, jew il-baħar fil-ġurisdizzjoni
territorjali ta’ Malta.
2.  Kull ajruport, kull post fil-konfini ta’ kull ajruport, u kull
post barra dawk il-konfini jekk dak il-post ikun anċillari għal xi
ajruport u fil-viċinanza tiegħu.
3. Kull uffiċċju, bini, tinda jew post ieħor okkupat mill-
Kontrullur tad-Dwana jew li jkun taħt il-kontroll tiegħu.
4. Kull parti tax-xtajta ta’ Malta jew fil-viċinanza immedjata
tagħha.
