KONTROLLI FL’AJRUPORT ġ L.S.37.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.10
REGOLAMENTI TAD-DWANA DWAR 
KONTROLLI FL-AJRUPORT
5 ta’ April, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 42 ta’ l-1994.
Titolu.
Dwana dwar Kontrolli fl-Ajruport.
Tifsir.
rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"ajruplan" tfisser kull inġenji ta’ l-ajru li jtir, jew li hu maħsub
mill-operatur li jtir, sabiex jagħmel xogħol fl-ajru;
"ajruport" u "ajruport tad-Dwana" jfissru dik l-area indikata fejn
jaslu u jitilqu l-ajruplani, persuni, oġġetti u valiġġa, inklużi l-bini u
t-tined kollha magħluqa ġewwa r-reċint perimetrali;
"approvat" tfisser approvat mill-Ministru;
"ekwipaġġ" tinkludi kull persuna li jkollha xi servizz x’taqdi fuq
ajruplan;
"kmandant" tfisser il-persuna li jkollha jew li tieħu l-inkarigu
jew kmand ta’ ajruplan;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dwana;
"uffiċjal" tfisser uffiċjal tad-Dwana;
"uffiċjal inkarigat" tfisser l-uffiċjal xieraq tad-Dwana fl-ajruport;
"stazzjon ta’ eżami" tfisser parti minn, jew post jew spazju fl-
ajruport tad-Dwana approvata bħala stazzjon ta’ eżami.
Wasla minn barra 
minn Malta.
3. Malli jasal ajruplan minn barra minn Malta, il-kmandant
għandu minnufih jagħti lill-uffiċjal inkarigat - 
(i) id-dokumenti li jikkostitwixxu l-ispedizzjoni ta’
l-ajruplan mill-ajruport li jkun ħalla l-aħħar u,
jekk ikun hekk meħtieġ mill-uffiċjal, il-log book
tal-vjaġġ li jappartieni lill-ajruplan;
(ii) manifest f’żewġ kopji iżda oriġinali fil-formula
approvata ta’ l-oġġetti abbord ta’ l-ajruplan;
(iii) manifest tal-passiġġieri f’formula approvata li
jkun fih l-ismijiet tal-passiġġieri kollha li jkunu
qed jinġarru fuq l-ajruplan u l-postijiet minn fejn
imbarkaw u d-destinazzjoni tagħhom.
Importazzjoni ta’ 
oġġetti.
4. (1) Ebda persuna li timporta jew iddaħħal, jew li jkollha
x’taqsam f’li jiġu importati jew imdaħħlin, xi oġġetti f’Malta fuq xi
ajruplan, ma għandha, mingħajr il-permess speċjali bil-miktub tal-
Kontrullur -
(a) tħott l-oġġetti jew tħalli li l-istess oġġetti jinħattu mill-
2 L.S.37.10 ħ KONTROLLI FL’AJRUPORT
ajruplan li fuqu jkunu ġew importati ħlief fi stazzjon
ta’ eżami, jew qabel ma jkun ingħata r-rapport
imsemmi fil-paragrafu (ii) tar-regolament 3 u jkun
inkiseb il-kunsens ta’ l-uffiċjal inkarigat biex jinħattu,
jew
(b) tneħħi l-oġġetti minn stazzjon ta’ eżami mingħajr l-
awtorità  ta’ l-uffiċjal inkarigat, ħlief skond il-permess
speċjali mogħti mill-Kontrullur u skond il-
kundizzjonijiet ta’ dak il-permess.
(2) L-importatur ta’ xi oġġetti li l-konsenja tagħhom ma tkunx
ġiet permessa mill-uffiċjal inkarigat għandu jiddepożita dawk l-
oġġetti f’tinda approvata ta’ merkanzija in transit fl-ajruport li fih
ikunu ġew importati, u, għall-finijiet tal-liġijiet dwar id-Dwana,
kull oġġett hekk depożitat għandu, sa meta dan ikun ġie dikjarat
skond dawk il-liġijiet, jitqies li jkun oġġett li għadu abbord ta’ l-
ajruplan li jkun importah.
(3) Ebda persuna ma għandha, mingħajr il-permess ta’ l-
uffiċjal inkarigat, tneħħi xi oġġetti mit-tinda ta’ merkanzija in
transit.
(4) L-oġġetti importati għandhom jinġarru mill-ajruplan li fuqu
jkunu ġew importati għall-istazzjon ta’ eżami mingħajr dewmien u
b’dak il-mod li l-Kontrullur, minn żmien għal żmien, jordna.
Tluq għal barra 
minn Malta.
5. (1) Qabel ma l-ajruplan jitlaq għal post barra minn Malta,
il-kmandant għandu jagħti lill-uffiċjal inkarigat dawn id-dokumenti
li ġejjin:
(a) avviż tat-tluq u applikazzjoni għall-ispedizzjoni
f’żewġ kopji iżda oriġinali fil-formula approvata;
(b) manifest f’żewġ oriġinali fil-formula approvata ta’ l-
oġġetti abbord l-ajruplan;
(ċ) manifest tal-passiġġieri f’formula approvata li jkun fih
l-ismijiet tal-passiġġieri kollha li jkunu qed jinġarru
fuq l-ajruplan u l-postijiet tagħhom ta’ imbarkazzjoni
u destinazzjoni,
u l-imsemmija dokumenti, meta ffirmati mill-imsemmi uffiċjal,
għandhom, għall-fini tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mad-
Dwana, jkunu l-karti ta’ spedizzjoni u l-awtorità  biex l-ajruplan
jipproċedi minn dak l-ajruport.
(2) Il-kmandant ta’ ajruplan li jkun ser jitlaq għal post barra
minn Malta ma għandux jippermetti li jiġu mgħobbija jew li
jittieħdu abbord ta’ l-ajruplan xi oġġetti, provvisti jew passiġġieri
qabel ma jkun ta lill-uffiċjal inkarigat avviż tat-tluq u applikazzjoni
għall-karti ta’ spedizzjoni skond il-paragrafu (a) tas-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament.
(3) L-esportatur ta’ kull oġġett għall-esportazzjoni fuq ajruplan
għandu jagħti lill-uffiċjal inkarigat tad-Dwana fl-ajruport li minnu
dak l-ajruplan ikun ingħata l-karti ta’ spedizzjoni għad-
destinazzjoni barranija tiegħu, dikjarazzjoni fil-formula preskritta
mill-Kontrullur u għandu jiddikjara sewwa fuq dik il-formula l-
partikolaritajiet meħtieġa minnha; u dik il-formula, meta ffirmata
KONTROLLI FL’AJRUPORT ġ L.S.37.10 3
mill-uffiċjal inkarigat tad-Dwana, tkun id-dokument ta’ spedizzjoni
u l-awtorità  għall-esportazzjoni ta’ dawk l-oġġetti.
(4) Ebda persuna fuq ajruplan li jkun ser jitlaq minn Malta ma
għandha ġġorr jew tippermetti li jinġarru fuq l-ajruplan xi oġġetti li
l-esportazzjoni tagħhom hija projbita b’xi liġi li tkun isseħħ
f’Malta f’dak iż-żmien.
Esportazzjoni ta’ 
oġġetti.
6. Ebda persuna ma għandha, mingħajr il-permess ta’ l-
uffiċjal inkarigat, tħott minn fuq xi ajruplan xi oġġetti mgħobbija
fuqu li jkunu ġew liberati għall-esportazzjoni.
Spezzjon, records, 
eċċ.
7. (1) Uffiċjal tad-Dwana jista’ f’kull żmien jidħol u
jispezzjona l-ajruport u l-bini u l-oġġetti kollha fih.
(2) Il-kmandant ta’ ajruplan għandu f’kull ħin jippermetti lil
uffiċjal tad-Dwana li jitla’ abbord ta’ l-ajruplan u jispezzjona l-
ajruplan u kull oġġett mgħobbi fuqu u d-dokumenti kollha li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ajruplan jew ma’ l-oġġetti jew persuni li
jkunu qed jinġarru fuqu u l-uffiċjal għandu d-dritt ta’ aċċess f’kull
ħin għal kull post li għalih huwa jeħtieġ l-aċċess għall-fini ta’ dik l-
ispezzjoni.
(3) Ajruplan ma għandux jidħol jew jitlaq minn Malta b’post
sigriet jew moħbi adattat biex fih jinħeba xi oġġetti.
Dokumenti.
meħtieġ b’dawn ir-Regolamenti li jkunu ngħataw il-partikolaritajiet
kollha u sewwa skond il-ħtiġiet speċifikati f’dak id-dokument.
Aġenti awtorizzati.
Regolamenti jista’ jiġi esegwit f’ismu minn aġent awtorizzat li jkun
persuna responsabbli li tirrappreżenta lis-sid jew operatur ta’ l-
ajruplan, kif awtorizzat.
Modifiki mill-
Ministru.
10. Sa fejn ikun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ xi każ
speċjali jew klassi ta’ każ, il-Ministru jista’ jimmodifika l-
applikazzjoni ta’ kull ħaġa f’dawn ir-Regolamenti, taħt dawk il-
kundizzjonijiet li huwa jordna.
Disposizzjonijiet 
ġenerali.
Kap. 37.
Kap. 337.
11. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza tad-Dwana u tar-
regolamenti magħmula taħtha, u ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, sa fejn dawn ikunu applikabbli, għandhom
japplikaw għal ajruplani u għall-oġġetti, valiġġa u persuni li
jinġarru fuqhom jew żbarkati minnhom bħalma japplikaw għall-
bastimenti u għall-oġġetti, valiġġa u persuni li jinġarru fuq
bastimenti jew żbarkati minnhom.
(2) Il-Kontrullur jista’ jimmodifika l-formula ta’ kull
dokument preskritt bl-Atti, Ordinanzi u regolamenti ta’ hawn fuq
sabiex dik il-formula tkun tapplika għall-ajruplani jew għall-
oġġetti li jinġarru fuqhom.
Kap. 337.
Kap. 37.
(3) Dawn ir-Regolamenti b’ebda mod ma jolqtu xi
proċedimenti diġà  meħuda qabel il-bidu fis-seħħ tagħhom safejn
dawk il-proċedimenti kienu jaqgħu direttament taħt l-Att dwar id-
Dazji ta’ Importazzjoni u l-Ordinanza tad-Dwana.
4 L.S.37.10 ħ KONTROLLI FL’AJRUPORT
Pieni.
Kap. 37.
12. Kull persuna li tikser jew tonqos li tosserva xi wieħed minn
dawn ir-Regolamenti teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn mitejn lira, kemm-il darba dik il-kontravvenzjoni, jekk issir
f’xi post ieħor barra l-ajruport, ma tkunx suġġetta għal piena ogħla
skond l-Ordinanza tad-Dwana, f’liema każ għandha tapplika l-
ogħla piena.
