 DRITTIJIET RIGWARD OPERATURI TA’ 
GROUPAGE BONDS F’ĦAL FAR ġ L.S.37.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.12
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET 
RIGWARD OPERATURI TA’ GROUPAGE BONDS 
F’ĦAL FAR
29 ta’ Awissu, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1995.
Titolu.
Drittijiet rigward Operaturi ta’ Groupage Bonds f’Ħal Far.
Drittijiet li 
jitħallsu.
2. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana għandu jiġbor dritt ta’ erbat
elef lira fis-sena meta joħroġ permess sabiex persuna topera
groupage bond fil-Kumpless ta’ Groupage Bonds f’Ħal-Far, għall-
maħżen ta’ depożt b’area ta’ terran ta’ 465 metru kwadru.
(2) Id-dritt li jitħallas skond dawn ir-Regolamenti għandu jiġi
rivedut ta’ kull ħames snin mid-29 ta’ Awissu, 1994 u għandu jiġi
stabbilit skond ir-rata ta’ inflazzjoni fl-indiċi ta’ prezzijiet bl-
imnut, jew f’kull indiċi ieħor bħalu li jidħol minfloku, li jiġi
pubblikat ta’ kull sena fil-Gazzetta tal-Gvern.
(3) Meta maħżen ta’ depożt kif deskritt f’dan ir-regolament jiġi
allokat lil iktar minn operatur wieħed ta’ groupage bond, dak id-
dritt għandu jinqasam pro rata skond l-area tat-terran li tkun ġiet
allokata lil kull operatur, b’dan illi l-ammont totali mħallas mill-
operaturi rispettivi għandu jkun daqsinsew dak speċifikat f’dan ir-
regolament.
Kap. 37.
(4) Il-ħlas ta’ kull dritt għandu jkun suġġett għal kull
kundizzjoni oħra li tirregola d-destinazzjoni ta’ maħżen ta’ depożt
għal merkanzija aggruppata fil-Kumpless ta’ Groupage Bonds
f’Ħal-Far skond l-artikolu 27 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana.
