EŻENZJONI GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.02
REGOLAMENTI TA’ EŻENZJONI
GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
23 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 6 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 95 ta’ l-
1995 u 351 ta’ l-2002.
Titolu.
Eżenzjoni għall-Att dwar Servizzi ta’ Investiment.
Interpretazzjoni.
Kap. 370.
2. Kull referenza f’dawn ir-regolamenti għall-Att hija
referenza għall-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 2 ta’ l-Att għandhom ikunu wkoll
japplikaw għal dawn ir-regolamenti.
Eżenzjonijiet dwar 
servizzi ta’ 
investiment.
Emendat:
A.L. 95 ta’ l-1995;
A.L. 351 ta’ l-
2002.
3. (1) Dawn il-persuni li ġejjin qegħdin b’dan jiġu eżentati
għall- għanijiet tal-ħtieġa ta’ liċenza għal servizzi ta’ investiment
skond l- artikolu 3 ta’ l-Att:
(a) il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
(b) l-awtorità  kompetenti u kull persuna li tinħatar minnha
bis-saħħa ta’ u bil-għan tal-funzjonijiet regolatorji u
ta’ sorveljanza tagħha;
(ċ) stralċjarju jew kuratur f’falliment li jaġixxi filwaqt ta’
l-istralċ jew tal-falliment;
(d) persuna li tagħmel negozju ta’ prinċipal, skond il-
paragrafu 1 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att,
għaliha nnifisha sakemm ma turix ruħha li tkun qed
twettaq in-negozju ta’ xiri ta’ strumenti bil-għan li
tbiegħhom, anqas ma tħajjar lill-pubbliku biex jittratta
magħha bis-saħħa ta’, jew b’konsegwenza ta’, dawk ir-
rappreżentanzi;
(e) persuna li tagħmel negozju ta’ aġent skond il-
paragrafu 1 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, jew
li tagħmel arranġamenti biex isir negozju skond il-
paragrafu 2 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, jew
li tagħti pariri skond ma hemm fil-paragrafu 5 ta’ l-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, kemm-il darba dik il-
persuna ma tagħmilx xi waħda minn dawn il-ħwejjeġ li
ġejjin:
(i) tirċievi, direttament jew indirettament, xi ħlas
jew benefiċċju ieħor għas-servizz;
(ii) turi ruħha li tkun qegħda tipprovdi servizz ta’
investiment; jew
(iii) tħajjar lill-pubbliku li jieħu dawk is-servizzi;
(f) kumpannija li tkun qegħda tipprovdi servizz ta’
investiment lil kumpannija oħra fi ħdan l-istess grupp,
iżda biss jekk:
(i) is-servizz ma jkunx jikkonsisti f’li kumpannija
taġixxi taħt kull kwalifika li tkun għar-rigward
2 L.S.370.02 ħ
EŻENZJONI GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT
ta’ skema ta’ investiment kollettiv; u
(ii) il-kumpannija ma turix ruħha bħala li tkun
qegħda tipprovdi servizz ta’ investiment u ma
tkunx qegħda tħajjar lill-pubbliku li jieħu dawk
is-servizzi; u
(iii) l-għoti tas-servizzi jkun għall-għan tal-grupp; u
(iv) is-servizz ma kienx ikun jenħtieġ li jkollu
liċenza bis-saħħa ta’ l-Att li kieku dan ikun ġie
provdut mill-kumpannija li jkun ingħata lilha;
(g) kumpannija li tkun qegħda tħaddem skema li tkun ġiet
approvata mill-awtorità  kompetenti meta s-servizz
ikun jikkonsisti fin-negozjar jew fl-arranġament biex
isir negozju fi strumenti, skond il-paragrafi 1 jew 2 ta’
l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att għall-impjegati
tagħha stess, impjegati li kellha qabel, qrabathom jew
għall-impjegati ta’ issa u ta’ qabel jew qrabathom ta’
kumpanniji fi ħdan l-istess grupp, fi strumenti
maħruġa mill-kumpannija jew kumpaniji oħra fil-
grupp u kull strument ieħor kif jista’ jiġi approvat
mill-awtorità  kompetenti;
(h) persuna li tagħmel arranġamenti biex isir negozju jew
li tkun qegħda tagħti pariri, skond il-paragrafi 2 jew 5
ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, filwaqt li tkun
qegħda leġittimament teżerċita l-professjoni ta’
avukat, certified public accountant jew certified public
accountant and auditor iżda biss jekk:
(i) l-arranġament biex isir negozju jew l-għoti ta’
pariri jkun limitat għal dak li jkun meħtieġ
filwaqt li tkun qegħda tiġi eżerċitata dik il-
professjoni u jeskludi kull ħaġa li tħajjar jew hi
maħsuba biex tħajjar klijent jakkwista, ikompli
jżomm, jew ineħħi xi strument; u
(ii) il-persuna li tkun qegħda tagħmel dak l-
arranġament biex isir negozju jew li tkun qegħda
tagħti parir ma tkunx qegħda tingħata ħlas
addizzjonali talli tkun qegħda tagħti dak is-
servizz ta’ investiment, ma tkunx turi ruħha
bħala li qegħda tagħti servizz ta’ investiment, u
ma tkunx tħajjar lill-pubbliku li jieħu dawk is-
servizzi;
(i) persuna li tagħmel arranġamenti biex isir negozju jew
li tagħti parir skond il-paragrafi 2 jew 5 ta’ l-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ l-Att, bis-saħħa ta’ l-eżerċizzju
leġittimu tal-professjoni ta’ certified public
accountant jew ta’ certified public accountant and
auditor, iżda biss meta l-operazzjoni jew il-parir
ikollhom x’jaqsmu ma’ xi akkwist jew ma’ xi tneħħija
jew ma’ xi sottoskrizzjoni jew ma’ xi skema jew ma’
xi arranġament għar-rigward ta’ strumenti
f’kumpannija privata li ma tkunx skema ta’
investiment kollettiv;
EŻENZJONI GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.02 3
(j) persuna li tagħmilha ta’ aġent skond il-paragrafu 1 ta’
l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, bis-saħħa ta’ l-
eżerċizzju leġittimu tal-professjoni ta’ avukat,
certified public accountant jew certified public
accountant and auditor iżda biss jekk:
(i) l-operazzjoni tkun dwar strumenti f’kumpannija
privata li ma tkunx skema ta’ investiment
kollettiv; u
(ii) ma jingħata ebda parir u ma titwettaq ebda
diskrezzjoni dwar l-operazzjoni;
(k) persuna residenti barra minn Malta li tipprovdi
tmexxija u, jew parir skond il-paragrafi 3 u, jew 5 ta’ l-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att lil skema ta’
investiment kollettiv liċenzjata taħt l-Att meta l-
awtorità  kompetenti tkun sodisfatta li dik il-persuna
tkun rinomata u integra biżżejjed;
(l) persuna li tagħti pariri, skond il-paragrafu 5 ta’ l-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, filwaqt li tkun
qegħda tagħti fehma jew pożizzjoni f’gazzetta, ġurnal,
magazine jew xi pubblikazzjoni perjodika oħra, jew
f’xandira televiżiva jew radjofonika, li ssir jew
tixxandar jew tiġi riċevuta f’Malta jew minn Malta,
iżda biss jekk:
(i) il-fehma jew il-pożizzjoni ma tkunx indirizzata
lejn strumenti partikolari; u
(ii) ebda persuna li jkollha x’taqsam ma' l-għemil
jew xandir tal-pubblikazzjoni jew xandira ma
tkunx ser tirċievi xi ħlas jew benefiċċju ieħor,
sew dirett jew indirett, jekk jiġri li xi ħadd
jaġixxi fuq dak il-parir; u
(iii) il-fehma jew il-pożizzjoni ma tkunx, u ma
tagħmilx sehem minn, reklam jew promozzjoni
li jeħtieġu l-approvazzjoni skond l-artikolu 11
ta’ l-Att;
Kap. 386.
(m) persuna li tagħmilha ta’ reġistratur tal-membri jew
debenture holders ta’ kumpannija, skond il-paragrafu
3 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, kif meħtieġ bl-
Att dwar il-Kumpanniji, ħlief meta l-kumpannija
involuta tkun skema ta’ investiment kollettiv;
Kap. 371.
Kap. 376.
(n) persuna li jkollha liċenza skond ma hemm fl-Att dwar
il-Kummerċ Bankarju, jew persuna li jkollha liċenza
skond ma hemm fl-Att dwar Istituzzjonijiet
Finanzjarji, sal-limitu li s-servizz ta’ investiment
provdut minn dik il-persuna ikun wieħed ta’
underwriting ta’ strumenti bħala prinċipal jew bħala
aġent jew ta’ arranġamenti biex persuna oħra tagħmel
underwriting ta’ strumenti, skond il-paragrafi 1 jew 2
ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att;
Kap. 371.
Kap. 376.
(o) persuna liċenzjata skond l-Att dwar is-Servizz
Bankarju jew l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji
sal-punt li, fil-kors tan-negozju li dik il-persuna hija
4 L.S.370.02 ħ
EŻENZJONI GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT
awtorizzata tagħmel taħt xi wieħed jew l-ieħor minn
dawn l-Atti, dik il-persuna tkun sħab fix-xiri u l-bejgħ
ta’ titoli lil terzi persuni, f’operazzjoni li tinvolvi l-
bejgħ ta’ titoli li jkunu se jerġgħu jinxtraw mill-ġdid
jew ix-xiri ta’ titoli li jkunu se jerġgħu jinbiegħu,
f’data fil-futur miftiehma u bi prezz miftiehem;
(p) persuna, li tkun individwu, li tagħmel xogħol bħala
manager skond il-paragrafu 3 ta’ l-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ l-Att, għar-rigward ta’ portafoll li jinkludi
strumenti, għall-konjuġi, dixxendenti u axxendenti
f’linja diretta u l-konjuġi tagħhom, jew ħutu subien u
bniet, kemm-il darba sid dak il-portafoll tkun il-
persuna li lilha jiġu provduti dawk is-servizzi u ma
jkunx jikkostitwixxi skema ta’ investiment kollettiv, u
kemm-il darba il-persuna li tkun qed tipprovdi s-
servizz ma tagħmilx xi ħaġa minn dan li ġej:
(i) tirċievi, direttament jew indirettament, xi
rimunerazzjoni jew benefiċċju ieħor għas-
servizz;
(ii) tqis lilha nnifisha bħala li qegħda tipprovdi
servizz ta’ investiment; jew
(iii) tħajjar membri tal-pubbliku li jieħdu dawk is-
servizzi;
(q) persuna li tagħmel xogħol ta’ manager skond il-
paragrafu 3 ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, ta’
portafoll li jinkludi strumenti li jkunu jappartjenu lilu
u lil ħadd iżjed, kemm-il darba:
(i) dak il-portafoll ma jkunx ġie stabbilit għal
għanijiet ta’ investiment fl-interess ta’
benefiċjarji oħra meta dak l-interess ikun wieħed
eżegwibbli bil-liġi; u
(ii) dak il-portafoll ma jkunx jikkostitwixxi skema
ta’ investiment kollettiv.
(2) L-eżenzjonijiet stipulati fil-paragrafi (f), (g), (k), u (q) ma
jidħlux fis-seħħ awtomatikament imma l-applikabilità  tagħhom
għandha tkun soġġetta għal determinazzjoni bil-miktub mill-
awtorità  kompetenti li l-eżenzjoni mitluba tkun tapplika.
Eżenzjonijiet ta’ 
skemi ta’ 
investiment 
kollettiv.
Emendat:
A.L. 351 ta’ l-
2002.
4. (1) Dawn l-iskemi ta’ investiment kollettiv qegħdin b’dan
jiġu eżentati għall-għanijiet tal-ħtieġa ta’ liċenza għal skemi ta’
investiment kollettiv skond l-artikolu 4 ta’ l-Att:
(a) skema li tkun tinvolvi parteċipanti, li kull wieħed
minnhom jiġġestixxi negozju li ma jkunx dak li
jikkostitwixxi servizz ta’ investiment u li jidħol fl-
arranġament għal għanijiet ta’ kummerċ li jkollhom
x’jaqsmu ma’ dak in-negozju;
(b) skema li taħdem skond il-prinċipju ta’ tifrix ta’ riskju
jew li dwarha l-kontribuzzjonijiet tal-parteċipanti u l-
profitti jew il qligħ li minnhom ikollhom isirulhom il-
ħlasijiet ikunu aggruppati, iżda biss jekk l-għan
EŻENZJONI GĦALL-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.02 5
ġenerali ta’ l-iskema jkun wieħed kummerċjali u mhux
għal għanijiet ta’ investiment;
(ċ) skema approvata mill-awtorità  kompetenti imħaddma
minn kumpannija għall-impjegati tagħha stess,
impjegati li kellha qabel u qrabathom jew għall-
impjegati ta’ issa u ta’ qabel jew qrabathom ta’
kumpanniji fi ħdan l-istess grupp fi strumenti maħruġa
minn kumpannija jew kumpanniji f’dak il-grupp u kull
strument ieħor skond kif jista’ jkun approvat mill-
awtorità  kompetenti.
(2)  L-eżenzjonijiet imniżżlin f’dan ir-regolament ma jidħlux
fis-seħħ awtomatikament imma l-applikabilità  tagħhom għandha
tkun soġġetta għal determinazzjoni bil-miktub mill-awtorità
kompetenti li l-eżenzjoni mitluba tapplika.
Tifsira ta’ frażijiet.
Emendat:
A.L. 351 ta’ l-
2002.
6. (a) Għall-għanijiet ta’ l-eżenzjonijiet fir-regolament 3(f) u
(g), u ta’ l-eżenzjoni fir-regolament 4(ċ), il-frażi "fi
ħdan l-istess grupp", għar-rigward ta’ xi kumpannija,
tfisser kull korp ġuridiku li jkun sussidjarju jew
kumpannija parent ta’ dik il-kumpannija, jew
sussidjarju tal-kumpannija parent ta’ dik il-
kumpannija, u l-frażi "kumpannija parent" tfisser
kumpannija li:
(i) jkollha l-maġġoranza tal-jeddijiet ta’ votazzjoni
tal-membri f’impriża oħra (sussidjarja); jew
(ii) jkollha jedd taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-
membri tal-bord ta'’diretturi jew persuni fdati bl-
amministrazzjoni ta’ impriża oħra (sussidjarja) u
fl-istess ħin tkun membru ta’ dik l-impriża.
Kap. 386.
(b) Għall-għanijiet ta’ l-eżenzjonijiet li hemm fir-
regolament 3(i) u (j), il-frażi "kumpannija privata"
għandha t-tifsira lilha mogħtija fl-Att dwar il-
Kumpanniji.
