ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT 
(LIĊENZI U DRITTIJIET OĦRA) ġ L.S.370.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.03
REGOLAMENTI DWAR L-ATT DWAR SERVIZZI 
TA’ INVESTIMENT (LIĊENZI U DRITTIJIET 
OĦRA)
26 ta’ Ottubru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 208 ta’ l-
1996, 241 ta’ l-1998, 352 ta’ l-2002 u 216 ta’ l-2003.
Titolu.
Emendat:
A.L. 352 ta’ l-
2002.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar l-Att
dwar Servizzi ta’ Investiment (Liċenzi u Drittijiet Oħra).
Tifsir.
Emendat:
A.L. 352 ta’ l-
2002.
Kap. 370.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Att" tfisser l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
"awtorità  kompetenti" tfisser l-Awtorità  Maltija għal Servizzi
Finanzjarji;
"iżommu jew jikkontrollaw" tinkludi s-setgħa ta’ mandatarju li
jkollu detentur ta’ liċenza fuq il-kont tal-bank ta’ klijent, jew is-
setgħa ta’ prokuratur biex jikkontrolla l-attiv ta’ klijent: b’dan illi
detentur ta’ liċenza ma jitqiesx li jkun qed iżomm jew jikkontrolla
l-flus jew l-attiv ta’ klijent jekk rakkomandazzjoni magħmula mid-
detentur ta’ liċenza tkun tista’ titqiegħed fis-seħħ biss permezz tal-
klijent jew ta’ terza persuna, bħal ma hu bank, li jkun qiegħed
jaġixxi f’isem il-klijent. L-awtorità  kompetenti jkollha d-
diskrezzjoni li tistabbilixxi jekk detentur ta’ liċenza ikunx qiegħed
iżomm jew jikkontrolla l-flus jew l-attiv ta’ klijent f’kull każ
partikolari;
"klijent mhux privat" għandha t-tifsira assenjata lilha mil-linji
gwida maħruġin mill-awtorità  kompetenti skond l-artikolu 6 ta’ l-
Att;
"liċenza" tfisser liċenza għal servizzi ta’ investiment jew liċenza
għal skema ta’ investiment kollettiv skond l-artikoli 3 u 4 ta’ l-Att;
"persuna jew korp" tinkludi kull persuna, korp morali, korp
mhux morali jew assoċjazzjoni kif hemm imsemmi fl-artikolu 3 ta’
l-Att;
"skema" tfisser skema ta’ investiment kollettiv kif hemm
imsemmi fl-artikolu 4 ta’ l-Att.
Ħlas ta’ 
applikazzjoni, 
liċenza u drittijiet 
oħra.
Emendat:
A.L. 352 ta’ l-
2002.
3. Għandu jitħallas lill-awtorità  kompetenti minn kull persuna
jew korp jew skema -
(a) meta ssir applikazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenza jew
rikonoxximent, irrispettivament minn jekk l-
applikazzjoni tiġix eventwalment aċċettata jew le, id-
dritt għal applikazzjoni stipulat fit-Tieni Kolonna ta’ l-
Iskeda;
(b) fid-data tal-ħruġ tal-liċenza jew rikonoxximent, id-
dritt ta’ kull sena stipulat fit-Tielet Kolonna ta’ l-
2 L.S.370.03 ħ
ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT 
(LIĊENZI U DRITTIJIET OĦRA)
imsemmija Skeda; u
(ċ) wara dan ta’ kull sena, f’għeluq is-sena minn dik id-
data imsemmija fil-paragrafu (b), l-istess dritt ta’ kull
sena stipulat fit-Tielet Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Klassifika ta’ 
liċenzi.
Emendat:
A.L. 241 ta’ l-
1998;
A.L. 352 ta’ l-
2002.
4. (1) Persuna jew korp li japplikaw għal liċenza għal
servizzi ta’ investiment skond l-artikolu 3 ta’ l-Att għandhom jiġu
klassifikati fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti f’waħda minn
ħames kategoriji li jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ riżorsi finanzjarji ta’
detenturi ta’ liċenza kif ġej:
Kategorija 1a: Detenturi ta’ liċenza li jkunu
awtorizzati jipprovdu servizz ta’ investiment iżda
mhux li jżommu jew jikkontrollaw il-flus jew l-attiv
tal-klijenti, li jinnegozjaw f’isimhom stess jew li
jagħmlu underwriting. (Din il-Kategorija ma tinkludix
managers ta’ skemi ta’ investiment kollettiv).
Kategorija lb: Id-detenturi ta' liċenzja li
tawtorizzahom jagħmluha ta’ aġent, jirranġaw biċċa
negozju jew jagħtu parir skond il-paragrafi 1 jew 2 jew
5 ta’ l-Ewwel Skeda ta’ l-Att, unikament għal klijenti
mhux privati imma mhux biex iżomm jew
jikkontrollaw il-flus jew l-assi tal-klijenti, jinnegozjaw
jew jissottoskrivu f’isimhom.
Kategorija 2: Detenturi ta’ liċenza awtorizzati li
jipprovdu servizz ta’ investiment, u li jżommu jew
jikkontrollaw flus jew attiv ta’ klijenti, iżda mhux li
jinnegozjaw f’isimhom stess jew li jagħmlu
underwriting.
Kategorija 3: Detenturi ta’ liċenza awtorizzati li
jipprovdu xi servizz ta’ investiment, u li jżommu jew
jikkontrollaw flus jew attiv ta’ klijenti, u li
jinnegozjaw f’isimhom stess jew li jagħmlu
underwriting.
Kategorija 4: Detenturi ta’ liċenza awtorizzati li
jagħmluha biss ta’ trustees jew kustodji ta’ skemi ta’
investiment kollettiv.
Kategorija 5: Detenturi ta’ liċenza awtorizzati
jipprovdu servizzi ta’ investiment li jkunu limitati għal
negozju bħala aġent jew għall-arranġament ta’ negozju
jew l-għoti ta’ pariri skond ma hemm fil-paragrafi 1
jew 2 jew 5 ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att, biss
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ strumenti li jissemmew
fil-paragrafu 7 tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att,
sakemm dawk l-istrumenti jkunu limitati għal dawk li
jiġu esklużivament maħruġa minn persuna waħda li
tkun awtorizzata tiġġestixxi l-kummerċ ta’
assigurazzjoni taħt l-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-
Assigurazzjoni.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tistipula fil-liċenza dawk
ix-xorta ta’ attivitajiet li d-detenturi ta’ liċenza partikolari jkunu
jistgħu iwettqu.
ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT 
(LIĊENZI U DRITTIJIET OĦRA) ġ L.S.370.03 3
Drittijiet għal Liċenza
SKEDA Sostitwita:A.L. 208 ta’ l-1996.
Emendata:
A.L. 241 ta’ l-1998;
A.L. 352 ta’ l-2002;
A.L. 216 ta’ l-2003.
(Regolament 3)
L-Ewwel Kolonna It-Tieni 
Kolonna
It-Tielet Kolonna
Dritt għal 
Applikazzjoni
Dritt ta’
Kull Sena
Lm Lm
(a) Liċenza għal Servizzi ta’ Investiment
Kategorija 1a ....................................... 300 500
Kategorija 1b ....................................... 300 600
Kategorija 2 ......................................... 400 1200
Kategorija 3 ......................................... 650 1500
Kategorija 4 ......................................... 1500 3000
Kategorija 5 ......................................... 60 120
(b) Skemi ta’ Investiment Kollettiv li
joperaw f’Malta jew minn Malta:
Skema ................................................. 650 700
Sa ħmistax il-sub-fund (għal kull sub-
fund) ................................................... 125 125
Sittax il-sub-fund u iktar (għal kull sub-
fund) ................................................... 75 75
(ċ) Skemi ta’ Investiment Kollettiv
iffurmati jew stabbiliti taħt il-liġijiet ta’
ġurisdizzjoni li m’hix ta’ Malta u li ma jwettqux
attività  f’Malta jew minn ġo Malta ħlief skond
ma jkun meħtieġ biex jingħataw u jżommu l-
elenkar tat-titoli tagħhom f’borża ta’
investiment rikonoxxuta:
Skema ................................................. 350 350
Sa ħmistax il-sub-fund (għal kull sub-
fund) ...................................................
125 125
Sittax il-sub-fund u iktar (għal kull sub-
fund) ...................................................
75 75
(d)  Skemi ta’ Investiment Kollettiv li
jikkwalifikaw bħala fondi ta’ investitur
professjonali skond il-linji gwida maħruġin
għal dan l-iskop mill-awtorità  kompetenti
Approvazzjoni "fil-prinċipju" .............. 200
Liċenza
Skema ................................................. 300 300
Kull sotto-fond .................................... 300 125
Driitijiet għal Rikonoxximent
4 L.S.370.03 ħ
ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT 
(LIĊENZI U DRITTIJIET OĦRA)
(e) Persuni li jipprovdu servizzi
amministrattivi skond l-artikolu 9A ta’ l-Att ..... 1000 200
(f) Skemi Privati rikonoxxuti skond ir-
Regolamenti dwar l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment (Għarfien ta’ Skemi ta’ Investiment
Kollettiv Privati) .............................................. 500 150
