PROSPETTI TA’ SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
SKOND L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.04
REGOLAMENTI DWAR PROSPETTI TA’ SKEMI 
TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV SKOND L-ATT 
DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
21 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 103 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 189 ta’ l-
2003.
Titolu.
Prospetti ta’ Skemi ta’ Investiment Kollettiv skond l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 189 ta’ l-
2003.
Kap. 370.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba ir-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra:
"Att" tfisser l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
"awtorità  kompetenti" tfisser l-awtorità  kompetenti għall-finijiet
ta’ l-Att;
Kap. 386.
"offerta lill-pubbliku" għandha l-istess tifsira bħal dik fl-artikolu
2 ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, u referenza għall-kliem
"Reġistratur" u "azzjonijiet" għandha titqies bħala referenza għall-
"awtorità  kompetenti" u "unitajiet" rispettivament; u fejn l-offerta
ma tkunx inħarġet minn kumpannija, id-disposizzjonijiet relevanti
ta’ dak l-artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk
l-offerti;
"skema" tfisser skema ta’ investiment kollettiv li għandha
liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att;
"unità " għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-Att.
Ħtiġiet ta’ prospett.
Emendat:
A.L. 189 ta’ l-
2003.
3. (1) L-ebda skema ma għandha toffri xi unità  minn tagħha
lill-pubbliku, kemm il-darba ma tkunx ħarġet prospett illi jħares
dawn ir-regolamenti u illi jitqiegħed għad-disposizzjoni ta’
spezzjoni mill-pubbliku.
(2) Kull prospett għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-liċenza
u dawk il-ħwejjeġ oħra li jistgħu jiġu rikjesti mill-awtorità
kompetenti, minn żmien għal żmien.
(3) L-ebda skema m’għandha tippubblika xi prospett, jew
tagħmel xi emendi fi prospett, kemm-il darba l-awtorità  kompetenti
ma tkunx approvat il-pubblikazzjoni ta’ dak il-prospett u l-emendi
għalih:
Iżda l-iskemi ta’ investiment kollettiv, li skond regolamenti
taħt l-Att huma eżenti mill-ħtieġa għal liċenza taħt l-artikolu 4 ta’
l-Att, huma pprojbiti milli jagħmlu offerti ta’ l-azzjonijiet tagħhom
lill-pubbliku kemm-il darba ma jkunx hemm l-approvazzjoni minn
qabel ta’ l-awtorità  kompetenti li tista’ timponi dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet hekk kif jidhrilha xieraq.
(4) Kull prospett għandu jkollu d-data kif ukoll il-firma ta’ kull
persuna li tkun responsabbli għall-ħruġ tiegħu.
(5) Il-prospett għandu jkun disponibbli għall-investituri,
2 L.S.370.04 ħ
PROSPETTI TA’ SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
SKOND L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
mingħajr ħlas, qabel ma jintrabtu li jinvestu fi skema. L-elementi
essenzjali tal-prospett għandhom jinżammu aġġornati.
(6) Kull reklamar u materjal pubbliċitarju li jinkludi offerta
għax-xiri jew sottoskrizzjoni mill-pubbliku ta’ unitajiet fi skema,
għandu jindika li hemm prospett disponibbli u jispeċifika l-post jew
postijiet minn fejn il-prospett u dokumenti oħra li jaġġornawh
jistgħu jinkisbu.
(7) Meta l-iskema tkun kumpannija, soċjetà  in akkomandita
jew soċjetà  limitata jew soċjetà  kummerċjali oħra ffurmata u
reġistrata taħt il-liġijiet ta’ Malta, jew tkun kumpannija jew korp
magħqud ieħor kostitwit jew inkorporat barra minn Malta, għandha
tiġi depożitata kopja ffirmata tal-prospett għand ir-Reġistratur tal-
Kumpanniji, qabel il-ħruġ tal-formula ta’ l-applikazzjoni għas-
sottoskrizzjoni ta’ l-azzjonijiet. Din il-kopja għandha tkun iffirmata
mill-inqas minn żewġ diretturi jew persuni li jkollhom karigi
ekwivalenti, jew minn direttur wieħed u s-segretarju tal-
kumpannija, jew mill-inqas minn żewġ persuni li jkunu awtorizzati
bil-miktub kif imiss mill-Bord tad-Diretturi għaldaqshekk, f’liema
każ għandha tkun depożitata wkoll l-awtorizzazzjoni tal-Bord jew
vera kopja ċertifikata tagħha.
Responsabbiltà  
għall-ħarsien.
4. Kull persuna li tkun responsabbli għall-ħruġ, ċirkolazzjoni
jew tqassim ta’ prospett jew għall-ħruġ ta’ formula ta’
applikazzjoni għall-unitajiet fi skema, għandha tiżgura li dawn ir-
regolamenti jiġu mħarsa.
Prospett li jinkludi 
dikjarazzjoni ta’ 
espert.
5. Prospett li jkollu dikjarazzjoni li turi li tkun saret minn
espert m’għandux jinħareġ jekk:
(a) l-espert ma jkunx ta u ma jkunx, qabel il-ħruġ tal-
prospett, irtira l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-ħruġ
ta’ dak il-prospett; u
(b) ma tidhirx fil-prospett dikjarazzjoni li huwa jkun ta u
ma jkunx irtira il-kunsens tiegħu kif imsemmi qabel.
Responsabbiltà 
ċivili għal 
dikjarazzjonijiet 
ħżiena fil-prospett.
6. (1) Il-persuni li jkunu responsabbli għall-ħruġ ta’ prospett
ikunu responsabbli in solidum għal kull dannu li jbati min ikun
isottoskriva għal unitajiet minħabba dak il-prospett, minħabba xi
dikjarazzjoni mhux vera li jkun hemm fih.
(2) Espert li jkun ta il-kunsens tiegħu meħtieġ mid-
disposizzjonijiet tar-regolament 5 ikun responsabbli għal xi
dikjarazzjoni mhux vera magħmula minnu bħala espert.
Tifsir ta’ 
disposizzjonijiet 
dwar prospett.
7. Għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
(a) il-kelma "espert" tinkludi inġinier, stimatur,
accountant, u kull persuna ohra li l-professjoni tagħha
tagħti awtorità  għal dikjarazzjoni magħmula minnha;
(b) dikjarazzjoni inkluża fi prospett għandha titqies li ma
tkunx vera jekk tkun qarrieqa il-forma u l-kuntest li fih
tkun inkluża; u
(ċ) dikjarazzjoni titqies li tkun inkluża fi prospett jekk
tkun qegħda fih jew f’xi dokument li jkun jidher fuq il-
PROSPETTI TA’ SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
SKOND L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.04 3
wiċċ tiegħu jew li jkun b’riferenza inkorporat fih jew
maħruġ flimkien miegħu.
Linji ta’ gwida 
japplikaw.
Miżjud:
A.L. 189 ta’ l-
2003.
8. Meta l-iskema tkun tikkwalifika bħala fond għall-
investituri professjonali skond il-linji ta’ gwida maħruġa għal dan
il-għan mill-awtorità  kommpetenti, kull prospett jew dokument
ieħor ta’ offerta maħruġ mill-iskema għandu jaqbel ma’ dawk il-
ħtiġiet li l-awtorità  kompetenti tista’, minn żmien għal żmien
tistabbilixxi permezz ta’ l-imsemmija linji ta’ gwida, u r-
regolamenti 3 sa 7 ma jkunux japplikaw.
