KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 370.05
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ ASSI 
SKOND L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ 
INVESTIMENT
1 ta’ Novembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 240 ta’ l-1998.
Taqsima 1
Preliminari
Titolu.
Kontroll ta’ Assi skond l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment.
Tifsir. 
Kap. 370.
2. (1) Kull referenza f’dawn ir-regolamenti għall-Att hija
referenza għall-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (2) id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 2 ta’ dak l-Att għandhom ikunu wkoll japplikaw għal dawn
ir-regolamenti.
(2) F'dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"assi" tfisser proprjetà  mobbli u immobbli ta’ kull xorta;
"klijent" tfisser kull persuna jew skema li jkollha l-assi tagħha
miżmuma taħt il-kontroll ta’ persuna suġġetta;
"kontroll ta’ assi" tfisser iż-żamma jew il-kontroll ta’ assi li
jappartjenu lil, jew għan-nom ta’ klijent, minn persuna hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa bħala l-persuna suġġetta li taġixxi filwaqt
li tkun qed tagħti servizz ta’ investiment taħt l-Att, u tinkludi l-
kustodja ta’ assi;
"kustodju" tfisser kustodju kwalifikat skond ir-regolament 14;
"manager" tfisser il-manager ta’ skema;
L.S. 370.02
"persuna suġġetta" tfisser persuna li jkollha liċenza għal servizzi
ta’ investiment taħt l-Att jew li tkun xort’oħra awtorizzata jew
approvata mill-awtorità  kompetenti jew li tkun qeghda taġixxi taħt
eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ liċenza bħal dik skond ir-Regolamenti ta’
Eżenzjoni għall-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, u tinkludi
kustodju;
"skema" tfisser skema ta’ investiment kollettiv.
Kap. 386.
(3) Għall-għanijiet tar-regolamenti 9 u 20, "kumpannija minn
grupp" dwar persuna suġġetta jew kustodju, tfisser kull korp
ġuridiku li jkun is-sussidjarju jew parent tal-persuna suġġetta jew
tal-kustodju, jew is-sussidjarju tal-parent tal-persuna suġġetta jew
tal-kustodju; u l-frażijiet "parent" u "sussidjarju" għandhom
jinftehmu skond ma hemm fl-artikolu 2(2) ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji.
Kap. 345.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti ma
għandhomx japplikaw għal persuna li jkollha liċenza ta’
stockbroker maħruġa taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, sakemm
2 L.S.370.05 ħ
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
il-kontroll ta’ l-assi mwettaq minn dik il-persuna jkun qed jiġi
ġestit fil-qies tal-pattijiet u l-kondizzjoniet ta’ dik il-liċenza.
Taqsima 2
Ġenerali
Assi miżmuma taħt 
kontroll 
jikkostitwixxu 
patrimonju distint.
3. (1) Persuna suġġetta li jkollha l-kontroll ta’ assi li
jappartjenu lil klijent filwaqt li jkun qed jagħti servizz ta’
investiment lil dak il-klijent, għandu jżomm dawk l-assi biss għal u
għan-nom ta’ u fl-interess ta’ dak il-klijent.
Kap. 16. (2) Minkejja kull ma jista’ jkun hemm imsemmi fl-artikolu
1894 tal-Kodiċi ĊiviIi jew fil-ftehim magħmul bejn il-persuna
suġġetta u l-klijent jew il-fatt li l-assi ta’ klijent miżmuma taħt il-
kontroll ta’ persuna suġġetta jkunu reġistrati f’isem u taħt it-titolu
ta’ persuna suġġetta jew ikunu xort’oħra vestiti f’din il-persuna,
dawk l-assi għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu patrimonju
distint, li jkun separat minn dak li jappartjeni lill-persuna suġġetta
u minn dak ta’ klijenti oħra li jkollhom l-assi tagħhom ukoll
miżmuma taħt il-kontroll tal-persuna suġġetta.
(3) Ħlief bil-mod kif jiġi espressament provdut fil-ftehim
magħmul bejn il-persuna suġġetta u l-klijent u minkejja d-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili, il-kontroll ta’ assi li jappartjenu
lil klijent minn persuna suġġetta ma għandux jagħti jew jitqies jew
jiftiehem bħala li jagħti lill-persuna suġġetta xi drittijiet fuq dawk
l-assi lanqas ma għandu joħloq xi għamla ta’ self bejn il-persuna
suġġetta u l-klijent u dan minkejja x-xorta ta’ l-assi jew tad-
drittijiet jew obbligi tal-persuna suġġetta għar-rigward ta’ l-assi.
Il-klijent igawdi 
jedd ta’ proprjetà  
fuq l-assi.
4. (1) Klijent li jkollu l-assi tiegħu miżmuma taħt il-kontroll
ta’ persuna suġġetta igawdi jedd ta’ proprjetà  fuq dawk l-assi
minkejja li dawn jistgħu jiġu reġistrati f’ isem u taħt it-titolu ta’
persuna suġġetta jew ikunu xort’oħra vestiti f’dik il-persuna. Meta
dawk l-assi jinżammu mill-persuna suġġetta bħala parti minn ġabra
komuni ta’ assi identiċi jew xort’oħra jinżammu f’kont tal-klijenti
jew f’kont komuni, il-klijent ikollu sehem indiviż fil-proprjetà  ta’
l-assi kollha li jkunu qed jinżammu kollettivament mill-persuna
suġġetta f’dik il-ġabra komuni jew kont.
(2) Kull record, kont u dikjarazzjoni oħra miżmuma jew
maħruġa mill-persuna suġġetta skond ir-regolament 7(3)
għandhom, bla ħsara għal kull prova kuntrarja, jikkostitwixxu
prova tal-kontenut tagħhom u tal-jedd ta’ proprjetà  li jkollu l-
klijent kif provdut fis-subregolament (1).
L-assi miżmuma 
taħt kontroll ma 
jkunux suġġetti 
għall-jeddijiet tal-
kredituri tal-
persuna suġġetta.
5. (1) Il-kredituri ta’ persuna suġġetta ma għandu jkollhom
ebda pretenzjoni jew jedd ta’ azzjoni fuq jew kontra l-assi
miżmuma taħt il-kontroll tal-persuna suġġetta għal xi klijent u
għan-nom u fl-interess tiegħu u dawk l-assi ma għandhom jintlaqtu
b’ebda mod mid-disposizzjonijiet tal-liġijiet u regolamenti li jkunu
fis-seħħ sabiex jirregolaw l-insolvenza jew il-falliment tal-persuna
suġġetta.
(2) Fil-każ ta’ xi insolvenza jew falliment simili jew ordni jew
riżoluzzjoni relatati, jew fil-każ li l-awtorità  kompeteriti tkun hekk
teħtieġ, il-persuna suġġetta jew kull amministrazzjoni jew riċevitur
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.05 3
jew uffiċjal ieħor maħtur sabiex jirrappreżentaha minn xi qorti jew
xort’oħra, għandha fuq it-talba ta’ xi klijent jew ta’ l-awtorità
kompetenti, minnufih tittrasferixxi l-kontroll, pussess u titolu għal
kull assi miżmuma minnu jew f’isem il-persuna suġġetta għan-nom
tal-klijent lil persuna suġġetta oħra jew lil xi persuna oħra tali hekk
kif jista’ jiġi avżat mill-klijent jew mill-awtorità  kompetenti.
Kap. 12.
(3) Fil-każ li xi assi miżmuma taħt il-kontroll tal-persuna
suġġetta jiġu, fuq talba ta’ xi kreditur tal-persuna suġġetta,
assoġġettati għal xi att jew mandat sew kawtelatorju sew eżekuttiv
maħruġ minn xi Qorti skond ma hemm fil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, il-klijent li dawk l-assi jkunu
qed jinżammu għan-nom tiegħu jew l-awtorità  kompetenti jistgħu,
permezz ta’ rikors fil-Qorti, jitolbu r-rilaxx ta’ l-assi minn dak l-att
jew mandat u l-Qorti għandha, meta jinġiebulha dawk il-provi li
jidhrilha meħtieġa, tilqa’ r-rikors mingħajr ebda dewmien għalxejn.
Applikabilità  ta’ l-
Att dwar it-Taxxa 
fuq Dokumenti u 
Trasferimenti, u l-
Att dwar it-Taxxa 
fuq l-Income.
Kap. 364.
Kap. 123.
6. (1) Il-konsenja ta’ l-assi ta’ klijent lil persuna suġġetta u
minn persuna suġġetta lil klijent jew lil persuna suġġetta oħra bil-
għan tal-kontroll ta’ assi skond dawn ir-regolamenti ma għandhiex
titqies bħala li tikkostitwixxi trasferiment taxxabbli għall-għanijiet
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokument u Trasferimenti, u għall-
għanijiet ta’ l-artikolu 5(1) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
meta l-konsenja ta’ dawk l-assi ma tkunx tikkostitwixxi bidla fis-
sid benefiċjarju ta’ l-assi.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, sid benefiċjarju
tfisser persuna li tkun is-sid proprju ta’, jew li xort’oħra tkun dik li
jkollha l-jedd benefiċjarju għal, l-assi miżmuma taħt kontroll mill-
persuna suġġetta, skond kif hemm provdut fir-regolament 4.
Taqsima 3
Kontroll ta’ Assi
Funzjonijiet u 
dmirijiet tal-
persuna suġġetta.
7. (1) Persuna suġġetta li jkollha l-kontroll ta’ assi li
jappartjenu lil klijent għandha tħares sew dawk l-assi u kull interess
li l-klijent jista’ jkollu fihom.
(2) Il-persuna suġġetta għandha twettaq dawk il-funzjonijiet u
dmirijiet hekk kif jenħtieġu skond dawn ir-regolamenti, il-pattijiet
u l-kondizzjonijiet tal-ftehim magħmul mal-klijent, il-
kondizzjonijiet ta’ kull liċenza għal servizzi ta’ investiment, u
dawk il-ħtiġiet l-oħra kollha li jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità
kompetenti.
(3) Il-persuna suġġetta għandha żżomm records u kontijiet
xierqa u adegwati dwar kull assi tal-klijenti kollha tagħha li hija
tkun qegħda tikkontrolla. Kull record u kont għandu jidentifika lil
dawk il-klijenti li għalihom ikunu jappartjenu dawk l-assi u għandu
jkun jindika b’mod ċar li l-assi ta’ kull klijent ikunu separati u
distinti mill-assi li jappartjenu lill-persuna suġġetta u mill-assi l-
oħra tal-klijenti miżmuma mill-persuna suġġetta. Kull record u
kont għandu, wara li jkun ingħata avviż xieraq lill-persuna
suġġetta, jindika meta jkun ingħata mill-klijenti xi rahan jew jedd
ieħor fuq l-assi miżmuma taħt il-kontroll tal-persuna suġġetta lil xi
terzi persuni, u meta tkun ingħatat xi ordni minn xi Qorti f’dak li
jkollu x’jaqsam ma’ dawk l-assi.
4 L.S.370.05 ħ
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
(4) Il-persuna suġġetta li tkun fdata bil-kontroll ta’ l-assi li
jappartjenu lill-klijenti għandha, daqstant daqskemm ikun
raġonevolment possibbli, tifred b’mod xieraq l-assi ta’ kull klijent
mill-assi li jappartjenu lill-persuna suġġetta u mill-assi ta’ klijenti
oħra:
Iżda l-persuna suġġetta tista’, bil-kunsens mogħti bil-
miktub tal-klijent u skond il-patti u l-kondizzjonijiet tal-ftehim
magħmul mal-klijent, skond il-kondizzjonijiet ta’ xi liċenza għal
servizzi ta’ investiment u dawk il-ħtiġiet l-oħra li jistgħu jiġu
stipulati mill-awtorità  kompetenti u mingħajr ebda preġudizzju
għall-jedd ta’ proprjetà  li jkollu l-klijent fuq l-assi miżmuma taħt
kontroll, tqiegħed u żżomm dawk l-assi f’ġabra komuni ta’ assi
identiċi jew xort’oħra tiddepożithom f’kont tal-klijenti jew f’kont
komuni.
(5) Il-persuna suġġetta għandha tagħmel kull ftehim xieraq li
jwassal għall-ħarsien ta’ l-assi tal-klijenti li jkunu miżmuma taħt il-
kontroll tagħha u għandha tiżgura li dawk l-assi jitqegħdu taħt
sistemi adegwati li jħarsu lil dawk l-assi minn kull ħsara,
approprjazzjoni bla jedd jew telf ieħor u li jkunu jippermettu l-
konsenja ta’ dawk l-assi biss skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet
tal-ftehim magħmul mal-klijent.
(6) Meta ma jkunx raġonevolment possibbli għall-persuna
suġġetta li twettaq xi wieħed mid-dmirijiet speċifikati f’dan ir-
regolament minħabba fix-xorta ta’ l-assi u ta’ l-arranġamenti li
bihom jitwettaq il-kontroll, id-dmirijiet imsemmija jistgħu jinbidlu
bil-kunsens bil-miktub tal-klijent u skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tal-ftehim magħmul mal-klijent, il-kondizzjonijiet
ta’ xi liċenza għal servizzi ta’ investiment u dawk il-ħtiġiet l-oħra li
jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità  kompetenti.
Responsabbiltà  tal-
persuna suġġetta.
8. (1) Persuna suġġetta li jkollha l-kontroll ta’ l-assi li
jappartjenu lil klijenti tkun responsabbli għal kull telf jew
preġudizzju mġarrba mill-klijenti minħabba fi frodi mwettqa mill-
persuna suġġetta, nuqqas ta’ għemil bi ħsieb jew negliġenza inkluż
in-nuqqas inġustifikabbli ta’ twettieq, għal kollox jew f’parti, ta’ l-
obbligi tal-persuna suġġetta li jitnisslu taħt dawn ir-regolamenti, il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim magħmul mal-klijenti, il-
kondizzjonijiet ta’ xi liċenza għal servizzi ta’ investiment jew dawk
il-ħtiġiet l-oħra kollha li jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità
kompetenti.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, persuna suġġetta
tinkludi kull persuna suġġetta oħra li lilha jistgħu jiġu delegati jew
fdati xi funzjonijiet, dmirijiet jew assi skond ir-regolament 9.
Persuna suġġetta 
tista’ tiddelega 
funzjonijiet u 
dmirijiet jew tafda 
assi lil xi persuna 
suġġetta oħra.
9. (1) Persuna suġġetta tista’ tiddelega parti mill-funzjonijiet
u dmirijiet taħt ir-regolament 7 lil persuna suġġetta oħra li tkun
kwalifikata u kompetenti li tieħu l-kontroll ta’ l-assi tal-klijenti; u
tista’ tafda jew tiddepożita l-assi kollha jew parti minnhom ta’
klijent miżmuma taħt kontroll ma’ dik il-persuna suġġetta l-oħra.
(2) Ir-responsabbiltà  tal-persuna suġġetta għall-atti jew l-
ommissjonijiet tagħha taħt ir-regolament 8 ma għandhiex tkun
milquta jew imnaqqsa bħala riżultat tal-fatt li l-persuna suġġetta
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.05 5
tiddelega l-funzjonijiet u d-dmirijiet, jew tafda l-assi kollha, jew
parti minnhom, li jappartjenu lil xi klijent, lil persuna suġġetta
oħra.
(3) Meta l-persuna suġġetta tiddelega jew tafda funzjonijiet,
dmirijiet jew assi skond ma hemm fis-subregolament (1) lil xi
persuna li tkun kumpannija minn grupp, mingħajr preġudizzju
għar-responsabbiltà  ta’ dik il-persuna, il-persuna suġġetta tkun
responsabbli għal kull telf jew preġudizzju mġarrab mill-klijenti
bħala riżultat ta’ l-atti, ommissjonijiet jew insolvenza ta’ dik il-
persuna.
(4) Meta l-persuna suġġetta tiddelega jew tafda funzjonijiet,
dmirijiet jew assi skond ma hemm fis-subregolament (1) lil xi
persuna li ma tkunx kumpannija minn grupp, mingħajr preġudizzju
għar-responsabbiltà  ta’ dik il-persuna, il-persuna suġġetta tkun
responsabbli għal kull telf jew preġudizzju mġarrab mill-klijenti
bħala riżultat ta’ l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ dawk il-persuni
kemm-il darba l-persuna suġġetta tkun tista’ ġġib prova li dik il-
persuna kienet u baqgħet kwalifikata u kompetenti sabiex twettaq
il-funzjonijiet u d-dmirijiet lilha delegati u li l-persuna suġġetta
tkun eżerċitat ħarsien raġonevoli biex tissorvelja li l-funzjonijiet u
d-dmirijiet delegati jkunu fil-fatt twettqu b’mod kompetenti minn
dik il-persuna.
(5) Ir-responsabbiltà  tal-persuna suġġetta taħt is-
subregolamenti (3) u (4) tista’ tiġi mibdula jew imnaqqsa bil-
kunsens bil-miktub tal-klijent u skond il-patti u l-kondizzjonijiet
tal-ftehim magħmul mal-klijent, mal-kondizzjonijiet ta’ kull
liċenza għal servizzi ta’ investiment u ma dawk il-ħtiġiet l-oħra li
jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità  kompetenti:
B’dan illi l-persuna suġġetta tiżvela għalkollox lill-klijent
kull riskju li jista’ jkun hemm marbut max-xorta ta’ l-arranġamenti
li bihom ikollu jiġi eżerċitat il-kontroll u li l-ftehim mal-klijent
ikun ifisser b’mod ċar il-limitu tar-responsabbiltà  tal-persuna
suġġetta.
(6) Meta l-persuna suġġetta tiddelega jew tafda funzjonijiet,
dmirijiet jew assi skond istruzzjonijiet bil-miktub speċifiċi li
jingħataw mill-klijent, il-persuna suġġetta ma tkunx responsabbli
għal kull telf jew preġudizzju mġarrab minn dak il-klijent bħala
riżultat ta’ l-atti jew l-ommissjonijiet tal-persuna li lilha jkunu ġew
delegati jew fdati l-funzjonijiet, dmirijiet jew assi hekk kif ikun ġie
mitlub mill-klijent.
Użu ta’ sistemi ta’ 
clearing, 
settlement u de-
materialised u ta’ 
settlement risk.
10. (1) Meta jkun hekk meħtieġ minħabba fix-xorta ta’ l-assi u
ta’ l-arranġamenti li bihom ikollu jiġi eżerċitat l-kontroll, persuna
suġġetta tista’, bil-kunsens mogħti bil-miktub tal-klijenti u skond
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim magħmul mal-klijent,
skond il-kondizzjonijiet ta’ xi liċenza għal servizzi ta’ investiment
u dawk il-ħtiġiet l-oħra li jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità
kompetenti, jagħmel użu minn kull sistema ta’ market clearing,
settlement, de-materialised book entry, centralised custodial
depository jew minn kull sistema oħra simili bil-għan li jsir il-
kontroll ta’ l-assi skond dawn ir-regolamenti.
(2) Dawk is-sistemi li dwarhom qed jiġi provdut fis-
6 L.S.370.05 ħ
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
subregolament (1) jistgħu wkoll jintużaw sabiex bihom issir kull
operazzjoni inklużi trasferiment ta’ titolu, assenjament,
trasferiment, trasmissjoni u rahan ta’ assi miżmuma taħt il-kontroll
tal-persuna suġġetta u l-liġi tal-pajjiż fejn tkun qed titħaddem is-
sistema għandhom ikunu japplikaw għall-validità  ta’ dawk l-
operazzjonijiet minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra.
(3) Il-ftehim mal-klijent għandu jkun ifisser b’mod ċar il-limitu
tar-responsabbiltà  tal-persuna suġġetta għal kull telf li jista’ jiġi
mġarrab mill-klijent bħala riżultat ta’ l-użu ta’ dawk is-sistemi.
Drittijiet tal-
persuna suġġetta.
11. Il-persuna suġġetta jkollha l-jedd li titlob id-drittijiet
mingħand il-klijent u li tiġi mħallsa lura dawk l-ispejjeż kollha li
jsiru skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim li jkun sar mal-
klijent. Il-persuna suġġetta tista’, jekk tkun awtorizzata tagħmel
hekk bil-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dak il-ftehim, teżerċita l-
jedd ta’ ritenzjoni fuq l-assi tal-klijent miżmuma taħt kontroll, sal-
limitu ta’ kull dritt u spejjeż debitament dovuti iżda mhux imħallsa,
sakemm dawk id-drittijiet u spejjeż jiġu mħallsa.
Temm tal-kontroll 
ta’ l-assi.
12. (1) Mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa li tista’ tiġi
stipulata mill-awtorità  kompetenti, ftehim għall-kontroll ta’ assi li
jkunu jappartjenu lil xi klijent jista’ jiġi terminat sew mill-klijent,
sew mill-persuna suġġetta, sew b’ordni ta’ l-awtorità  kompetenti.
(2) Mat-terminazzjoni ta’ ftehim għall-kontroll ta’ assi il-
persuna suġġetta għandha tittrasferixxi lura mingħajr ebda
korrispettiv l-assi miżmuma għall-klijent, skond kif jiġi ordnat
jagħmel mill-klijent jew mill-awtorità  kompetenti, mingħajr
preġudizzju għall-jedd li l-persuna suġġetta jkollha għall-ħlas ta’ xi
drittijiet jew spejjeż debitament dovuti skond il-ftehim magħmul
mal-klijent u għal kull obbligu li jitnissel favur il-klijent taħt dak
il-ftehim.
Taqsima 4
Kustodja ta’ assi ta’ skemi ta’ investiment kollettiv
Applikabilità . 13. Id-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet 1 u 2 u tar-regolamenti 7
u 10 sa 12 tat-Taqsima 3 għandhom ikunu japplikaw għall-kustodja
ta’ l-assi ta’ skemi taħt din it-Taqsima, u għall-għanijiet ta’ din it-
Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, kull referenza fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 għal "persuna
suġġetta", "kontroll ta’ assi" u "klijent" għandha tiftiehem bħala li
tirreferi għal "kustodju", "kustodja ta’ assi" u "skema"
rispettivament.
Kwalifiki  ta’ 
kustodju.
14. Kustodju għandu jkun -
(a) bank, istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja kostitwita,
li jkunu reġistrati u jkollhom liċenza taħt il-liġijiet ta’
Malta, jew
(b) bank, istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja ta’
pożizzjoni u reputazzjoni, li jkunu kostitwiti, reġistrati
u jkollhom liċenza barra minn Malta, u li jkunu
rikonoxxuti bħala tali mill-awtorità  kompetenti, jew
(ċ) kull korp morali ieħor, korp mhux morali jew
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.05 7
assoċjazzjoni aċċettabbli għall-awtorità  kompetenti, li
jkunu jipprovdu s-servizzi ta’ kustodju li jkollu l-
organizzazzjoni, sistemi, esperjenza u perizja li huma
meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità  kompetenti biex
jagħmilha ta’ kustodju.
Kustodja ta’ l-assi 
ta’ skema.
15. (1) Il-kustodja ta’ l-assi kollha ta’ skema għandha tiġi
fdata mill-iskema jew mill-manager, fejn ikun qed jaġixxi f’isem l-
iskema, lil kustodju li jiġi maħtur bi strument bil-miktub bl-
approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti.
(2) Il-kustodja ta’ l-assi ta’ skema tista’, mingħajr preġudizzju
għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att u suġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti, tiġi fdata lil kustodju li ma jkollux liċenza
għal servizzi ta’ investiment taħt l-Att.
Funzjonijiet u 
dmirijiet tal-
kustodju.
16. (1) Il-kustodju għandu jkollu l-kustodja ta’ l-assi kollha
ta’ kull skema u għandu jittutela dawk l-assi u l-interessi ta’ l-
iskema u tad-detenturi ta’ unitajiet jew parteċipanti fl-iskema.
(2) F’żieda mal-funzjonijiet u dmirijiet speċifikati fir-
regolament 7, il-kustodju għandu jwettaq kull funzjoni ta’
monitoraġġ, sorveljanza, amministrazzjoni u ta’ kull xorta oħra
meħtieġa skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim li jkun
jaħtar il-kustodju, ta’ l-att jew strument ieħor li jkun jistabbilixxi
jew jirregola l-iskema, tal-kondizzjonijiet tal-liċenza għal skema
ta’ investiment kollettiv li l-iskema jista’ jkollha, tal-
kondizzjonijiet ta’ kull liċenza għal servizzi ta’ investiment u ta’
dawk il-ħtiġiet l-oħra li jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità
kompetenti.
Il-kustodju jkun 
indipendenti mill-
maniġġar ta’ 
skema ta’ 
investiment 
kollettiv.
17. Fit-twettiq tal-funzjonijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet
tiegħu, il-kustodju għandu jaġixxi b’mod indipendenti mill-
manager indipendenti mill-maniġġar ta’ u mill-maniġġar ta’ l-
iskema u unikament fl-interess tad-detenturi ta’ unitajiet jew
parteċipanti fl-iskema u ta’ l-iskema nnifisha:
Iżda l-kustodju għandu jaġixxi skond l-ordnijiet tal-
manager u l-manager għandu jaġixxi skond l-ordnijiet tal-kustodju
sal-limitu meħtieġ bil-kondizzjonijiet ta’ kull liċenza għal servizzi
ta’ investiment, bil-ħtiġiet l-oħra kollha li jistgħu jiġu stipulati
mill-awtorità  kompetenti, u bil-kondizzjonijiet ta’ l-att jew
strument ieħor li jkun jistabbilixxi jew jirregola l-iskema.
Amministrazzjoni 
u maniġġar mill-
manager u minn 
kustodju.
18. Ħlief bil-mod kif jista’ jiġi hekk awtorizzat mill-awtorità
kompetenti, persuna ma għandhiex taġixxi bħala membru tal-bord
ta’ diretturi jew ta’ organu simili jew ta’ uffiċjal responsabbli
għall-amministrazzjoni u maniġġar tal-manager u fl-istess waqt
ikollha kariga simili mal-kustodju li jkun fdat bil-kustodja ta’ l-assi
ta’ xi skema mmexxija mill-manager.
Responsabbiltà  tal-
kustodju.
19. (1) Il-kustodju jkun responsabbli għal kull telf jew
preġudizzju mġarrba mill-manager, skema jew detenturi ta’
unitajiet jew parteċipanti fl-iskema minħabba xi frodi mwettqa
mill-kustodju, nuqqas ta’ għemil bi ħsieb jew negliġenza inkluż in-
nuqqas inġustifikabbli ta’ twettieq, għal kollox jew f’parti, ta’ l-
obbligi tal-kustodju li jitnisslu taħt dawn ir-regolamenti, il-pattijiet
8 L.S.370.05 ħ
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT
u l-kondizzjonijiet tal-ftehim li bih jinħatar il-kustodju, l-att jew
strument ieħor li jistabbilixxi jew jirregola l-iskema, il-
kondizzjonijiet ta’ xi liċenza għal skema ta’ investiment kollettiv li
tagħha l-iskema tista’ tkun detentriċi, il-kondizzjonijiet ta’ xi
liċenza għal servizzi ta’ investiment jew dawk il-ħtiġiet l-oħra
kollha li jistgħu jiġu stipulati mill-awtorità  kompetenti.
(2) Il-kustodju ma għandux ikun responsabbli għal kull telf jew
preġudizzju mġarrba mill-iskema jew mid-detenturi ta’ unitajiet
jew parteċipanti fl-iskema bħala riżultat ta’ l-atti jew l-
ommissjonijiet tal-manager ħlief meta u sal-limitu li l-kustodju
jkun naqas milli jwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet relattivi skond
ir-regolament 16.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, kustodju tinkludi lil
kull sotto-kustodju ieħor li lilu jistgħu jiġu delegati jew fdati l-
funzjonijiet, dmirijiet jew assi skond ir-regolament 20.
Kustodju jista’ 
jiddelega 
funzjonijiet u 
dmirijiet jew jafda 
assi lis-sotto-
kustodju.
20. (1) Il-kustodju jista’, bil-kunsens ta’ l-iskema jew tal-
manager, fejn ikun qed jaġixxi f’isem l-iskema, jiddelega l-
funzjonijiet u d-dmirijiet kollha jew parti minnhom taħt ir-
regolament 16 lil sotto-kustodju, u jista’ wkoll jafda jew
jiddepożita parti mill-assi jew l-assi kollha ta’ l-iskema li jkunu
miżmuma fil-kustodja tiegħu ma’ dak is-sotto-kustodju.
(2) Ir-responsabbiltà  tal-kustodju għall-atti jew ommissjonijiet
tiegħu nnifsu taħt ir-regolament 19 ma għandhiex tiġi mittiefsa jew
imnaqqsa bħala riżultat tal-fatt li l-kustodju jkun iddelega
funzjonijiet u dmirijiet jew fada l-assi kollha jew parti mill-assi ta’
l-iskema lil sotto-kustodju.
(3) Meta l-kustodju jiddelega jew jafda funzjonijiet, dmirijiet
jew assi skond is-subregolament (1) lil xi persuna li jew tkun
kumpannija minn grupp jew li tkun il-manager jew soċju tal-
manager, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà  ta’ dik il-
persuna, il-kustodju jkun responsabbli għal kull telf jew
preġudizzju mġarrba mill-iskema jew mid-detenturi ta’ unitajiet
jew parteċipanti fl-iskema bħala riżultat ta’ l-atti, ommissjonijiet
jew insolvenza ta’ dik il-persuna:
Iżda l-kustodju ma jistax jiddelega lill-manager xi funzjoni
ta’ sorveljar għar-rigward tal-manager jew xi funzjoni ta’ kustodja
jew kontroll ta’ l-assi, lanqas ma jista’ l-kustodju jiddelega lil soċju
tal-manager xi funzjoni ta’ sorveljanza għar-rigward tal-manager.
(4) Meta l-kustodju jiddelega jew jafda funzjonijiet, dmirijiet
jew assi skond is-subregolament (1) lil persuna li ma tkunx
kumpannija minn grupp lanqas il-manager lanqas is-soċju tal-
manager, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà  ta’ dik il-
persuna, il-kustodju jkun responsabbli għal kull telf jew
preġudizzju mġarrba mill-manager, mill-iskema jew mid-detenturi
ta’ unitajiet jew parteċipanti fl-iskema bħala riżultat ta’ l-attijew l-
ommissjonijiet ta’ dik il-persuna kemm-il darba l-kustodju ma
jġibx prova li dik il-persuna kienet u baqgħet kwalifikata u
kompetenti sabiex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet lilha delegati
u li l-kustodju jkun eżerċita ħarsien raġonevoli sabiex jissorvelja li
l-funzjonijiet u d-dmirijiet delegati jkunu fil-fatt twettqu b’mod
KONTROLL TA’ ASSI SKOND 
L-ATT DWAR SERVIZZI TA’ INVESTIMENT ġ L.S.370.05 9
kompetenti minn dik il-persuna.
(5) Ir-responsabbiltà  tal-kustodju taħt is-subregolamenti (3) u
(4) tista’ tiġi mibdula jew imnaqqsa bil-kunsens bil-miktub ta’ l-
iskema jew tal-manager, fejn ikun qed jaġixxi f’isem l-iskema, u
skond il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tal-ftehim li bih jinħatar il-
kustodju, l-att jew strument ieħor li jistabbilixxi jew jirregola l-
iskema, il-kondizzjonijiet tal-liċenza għal investiment kollettiv li
tista’ tinżamm mill-iskema, il-kondizzjonijiet tal-liċenza għal
servizzi ta’ investiment u kull ħtieġa oħra simili li tista’ tiġi
stipulata mill-awtorità  kompetenti:
B’dan illi l-kustodju għandu jiżvela għalkollox lill-iskema
jew lill-manager, fejn ikun qed jaġixxi f’isem l-iskema, kull riskju
li jista’ jkun assoċjat max-xorta ta’ l-arranġamenti dwar il-kustodja
u li l-ftehim li bih jinħatar il-kustodju għandu jkun ifisser b’mod
ċar il-limitu tar-responsabbiltà  tal-kustodju. Kull riskju bħal dak
għandu wkoll ikun għal kollox żvelat lid-detenturi ta’ unitajiet jew
parteċipanti fl-iskema.
(6) Għall-għanijiet ta’ dan ir-regolament, "soċju" għar-rigward
tal-manager tfisser korp morali li jagħmel parti mill-istess grupp
ta’ kumpanniji bħall-manager.
Temm tal-
kustodja.
21. It-temm tal-ħatra tal-kustodju skond id-disposizzjonijiet
tar-regolament 12 ma għandux jibda jseħħ qabel il-ħatra ta’
kustodju ieħor u t-trasferiment lura ta’ l-assi miżmuma fil-kustodja
mill-kustodju li jkun qed itemm il-kariga lill-kustodju l-ġdid.
